Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jitlesta l-proġett ta’ estensjoni taċ-Ċentru għall-Arti, Snajja u Artiġjanat u t-twaqqif ta’ Ċentru għall-iżvilupp tas-snajja u Artiġjanat f'Għawdex? Jekk tlesta, meta? X’inhuma l-faċilitajiet ġodda li qed jipprovdi dan il-proġett? Kemm kien hemm artiġjani li applikaw biex jikru l-imħażen li inbnew f’dan iċ-Ċentru? Kemm minnhom inkrew s’issa? Xi snajja/artiġjanat qed jinħadmu u jinbiegħu fihom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti u l-Artiġjanat tlesta lejn l-aħħar tas-sena 2007. Dan qed jipprovdi aktar spazju biex iċ-Ċentru jkun jista' joffri aktar korsijiet kif ukoll workshops biex jintużaw minn dawk l-artiġjani li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom f'dan is-settur.
Applikazzjonijiet għall-imħażen s'issa kien hemm tnejn li ġew evalwati u bħalissa qegħdin fil-proċess li jiġu assenjati, u fil-futur qarib ser jerġa ikum hemm ftuħ għal aktar applikazzjonijiet għal dawn l-imħażen.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentarin 3296, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li dan is-servizz jista’ jkun sostenibbli mingħajr għajnuna tal-Istat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jagħti ġudizzju fuq is-sostenibiltà ġaladarba jkun hemm proposta konkreta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4784 jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex meħtieġa konferma mill-Kummissjoni Ewropea għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti individwali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdiewa Għawdxin li s-siġar taċ-ċitru tagħhom ġew ittestjati u instab li huma morda bil-virus taċ-ċitru tristeza għandhomx dritt għal xi kumpemns minħabba l-fatt li dawn is-siġar jiġu disrutti mill-Plant Health Officials?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru mhux obbligat jikkumpensa lil dawn il-bdiewa.
Għawdex — Qbajjar - Wardens fl-inħawi tal-Promenade
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni qatt ma tara warden fl-inħawi tal-promenade tal-Qbajjar, Għawdex, peress li minkejja l-avviżi li jidhru fl-istess promenadema tarax ħlief tfal u rġiel bir-roti jiġġerrew fl-istess promenade u nies, lokali u barranin, jiġġerrew bil-klieb u jħammġu fl-istess lokalità?
Cyber Crime Unit — Investigazzjoni fuq kompjuter cds u hard drive
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li kellhu il-kompjuter tiegħu, cds u hard drive ikkonfiskat mis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija, pendenti investigazzjoni għadu sal-lum priv mill-kompjuter tiegħu u l-aċċessorji li hawn fuq indikati allavolja mill-investigazzjoni li saret irriżulta li huwa ma kkometta l-ebda reat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hekk kif il-Pulizija tikkonkludi l-investigazzjoni u ma jkunx hemm aktar ħtieġa għaż-żamma ta' l-oġġetti elevati, dawn jiġu rritornati lil sidhom.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4792, jista’ l-Ministru jara li d-dħul tal-ħaddiema jibda jiġi kkalkulat għal Għawdex separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika numru 231/2008 li ħarġet fit-30 ta' Diċembru 2008.
Għawdex — tfal jistennew deċiżjoni tal-Istatementing Board
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4793, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Malta li qed jistennew id-deċiżjoni tal-istess bord? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlu l-applikazzjoni għas-servizz ta’ facilitator? Tista’ tgħid kemm hemm tfal li diġà għandhom dan is-servizz f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm hemm facilitators f’Malta u Għawdex separatament? Tista’ tgħid kemm-il darba iltaqa’ l-iStatementing Board f’Malta mill-2003 ‘l hawn? Tista’ tara li dan il-bord jiltaqa’ f’Għawdex aktar spiss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawedx kull sena? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4565 u 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw din is-sena bdew jaħdmu jew sabu xogħol ġdid f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2008 sal-aħħar ta’ Diċembru 2008 taħt kull item of expenditure f'Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għal ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, mill-liema u għall-liema items saru? X’kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4566, 4071 u 2783 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpanija, eċċ kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3296.
Fondi allokati g]ar-restawr u riabilitazzjoni tal-Ġgnatija
Question
Tista’ l-Ministru tagħti t-tagħrif fuq il-Mistoqsija Parlamentari 4567 u tgħid kemm fondi hemm allokati għalll-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni tal-Ġgantija mill-Voti tal-Ministeru tagħha mill- €3.1miljun taħt il-proġett tal-ERDF? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dan il-proġett din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proġett tal-European Regional Development Fund (ERDF) għat-Tempji tal –Ġgantija , li għandu total ta’€3.1 miljun, jinsab fil-fażi bikrija tiegħu u matul din is-sena 2009 mistennija jintefqu madwar €284,000. L-ewwel parti ta’ dan il-proġett tkopri servizzi ta’ Project Management, servizzi ta’ periti u disinni , kif ukoll xiri ta’ art.
B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4430 dwar trasferiment ta’ ħaddiema Għawdxin minn Malta għal Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija? Jekk dawn u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma, jista’ jagħti dwar dawn il-ħaddiema wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-istokk ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1988 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Ottubru 2008? Jista jekk jogħġbu jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u xarabanks, taxis, eċċ?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-
tender
għall-
master plan
taċ-Ċittadella ngħatatx? Jekk fl-affermattiv,
lil min nagħtat u x’inhu l-valur tagħha? Sa meta għandu jiġi sottomess il-
master plan
? Jekk fin-negattiv,
għaliex għadha ma ngħatatx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-Tender għall-Master Plan taċ-Ċittadella ngħatat lill-kumpanija Politecnica Ingegneria ed Architettura reġistrata f'Modena, l-Italja għall-ammont ta' Euro264,000 (eskluza il-VAT). Il-Master Plan għandu jkun sottomess fit-30 t'April 2010.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni, istituzzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Tagħrif mitlub għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar. L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.