Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema xogħlijet se tkun maqsuma n-nefqa ta’ €284,000 fuq il-proġett tal-Ġgantija fl-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-nefqa għal din is-sena 2009 fuq il-proġett tal-European Regional Development Fund għat-Tempji tal-Ġgantija ser tilħaq is-somma ta’ madwar €284,000. Din ser tkun tikkonsisti f’xogħlijiet ta’ Project Management, li diġa’ bdew; xogħlijiet ta’ periti u disinni – li għalihom għadha kemm ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti; flimkien ma’ xiri ta’ art fl-inħawi ta’ l-istess Tempji.
Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 1 – Upgrading and Embellishment of Industrial Estates?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proġett Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Ref 001) hemm allokati €1,600,000 għal Għawdex. Ix-xogħol maħsub hu r-rijabilitazzjoni tal-qasam industrijali tax-Xewkija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern bħalissa ħareġ sejħa ta’ interess għas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
L-informazzjoni mitluba hi ta’ natura sensittiva kummerċjalment u għalhekk ma jkunx għaqli illi tingħata.
Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4076 u 4563 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
Jista' l-Ministru jgħid jekk armla mit-tieni żwieġ għandhiex id-dritt li tibqa' tgħix fid-dar matrimonjali nonostante l-fatt li d-dar hija proprjetà parafernali ta' żewġha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la hija l-funzjoni ta' dan il-Parlament, skont il-Kostituzzjoni tagħna, illi jinterpreta l-liġi u japplikaha għal każijiet partikolari, u lanqas ma hija l-funzjoni ta’ risposta ghal mistoqsija parlamentari illi tagħti parir legali.
Dan għaliex kull opinjoni dwar it-tifsira ta’ liġi li tista’ tingħata fil-Parlament, għad li għandha l-piż tagħha, hija dejjem soġġetta għall-interpretazzjoni aħħarija ta’ dik il-liġi li jistgħu jagħtu l-Qrati fl-applikazzjoni tal-liġi għal każijiet partikolari.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentai 5195, tista’ l-Ministru tgħid:
Kif taħt item 7173 EU Structural Funds 2004-2006 intefqu €895,187 meta kien hemm allokati €464,000? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Kif taħt item 7128 Restoration and Improvements to historical sites intefqu €224,000 meta kien hemm allokati €70,000 u niżlu għal €50,000 meta minnhom fis-27 ta’ Mejju 2008 kien tnaqqsu €20,000? Għaliex minn din l-item l-ewwel tnaqqsu €20,000 u imbagħad intefqu €224,000 meta kien hemm biss l-€50,000 li setgħu jintefqu? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Kif taħt item 7133 Housing Schemes intefqu €68,540 meta kien hemm allokati €35,000? Minn fejn ġew il-flus żejda li ntefqu? X’kontijiet tħallsu matul l-2008 minn dan l-item, meta u lil min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li f'dawk il-każijiet li ntefqu flus aktar mill-allokazzjoni oriġinali dan kien dovut jew għall "virement" minn item għall-ieħor fl-istess Vot jew inkella għal żieda fl-item rispettiv li kienet effetwata mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783, 4071, 4566 u 5196 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom:
(i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u
(ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena?
Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma ngħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Part Time Social Assistants li jaħdmu fil-komunita’ jaħdmu massimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa, imma dawn jista’ jvarjaw f’eventwalita’ li xi servizz jieqaf minħabba diversi raġunijiet.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta’ fattibilità ta’ impatt ambjentali, ta’ fattibilità finanzjarja, loġistika, eċċ. dwar proġetti ta’ faċilitajiet ġodda fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Jekk saru meta saru u minn min? Liema portijiet ġew identifikati fejn dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu provduti? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Xlendi - Cruise Liners - faċilità ta' baga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-akbar tunnellaġġ u tul tal-cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità tal-baga fix-Xlendi? Meta hu mistenni li titqiegħed din il-baga? Kif u b’liema opri tal-baħar huwa maħsub li l-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art? Fejn se jittrakkaw l-opri tal-baħar li jniżżlu l-passiġġieri l-art?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5191, 4564, 4068 u 2780 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Jista’ jgħid il-Ministru għaliex din l-informazzjoni ilha erba' xhur biex tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li informazzjoni għall-ewwel parti tal-Mistoqsija għadu qed jinġabar.
L-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeġ (
goods
) sena, sena mill-2003 sal-lum maqsuma skond l-
areas
ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjon mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni hija miġbura minn dawk kollha li huma reġistrati għall-VAT f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid meta kellu jitlesta l-proġett ta' training hotel fil-Qala? Jekk tlesta, meta? Tista' tgħid jekk humiex qed jiġu aċċettati bookings għall-irqad fiha mingħajr ħlas? Jekk fl-affermattiv, wieħed xi jrid jagħmel biex jibbukkja? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'din it-training hotel? X'inhu l-grad tagħhom u x'xogħol qed jagħmlu attwalment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 4572, inżid ngħarfu li it-training hotel fil-Qala strutturalment hija lesta.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 4790 u 5185 billi data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex hija importanti ħafna għat-tfassil ta’ pjan sostenibbli għat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jara li t-TOURSTAT survey jibda jkopri din id-data?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s’issa, informazzjoni dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni f’Għawdex hija miġbura permezz tal-Accomstat Survey, stħarriġ li jsir kull xahar. Din l-informazzjoni tkopri dawk it-turisti li joqogħdu fil-lukandi u fi stabbilimenti kollettivi oħrajn. Rigward il-possibiltà li t-Tourstat Survey jibda jkopri data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex, l-implikazzjonijiet ta’ din l-estensjoni, qegħdin jiġu mistħarrġa.
Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2007 u l-2008:
i) għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u
ii) għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex?
Jista’ jagħtini n-numru ta’ kull applikazzjoni?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’
passenger terminal
fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus allokati għall-Marsalforn Waterfront u għax-Xlendi Waterfront għal din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa issa hemm is-somma ta' Euro20,000 allokata għall-premjijiet ta' kompetizzjonijiet għal disinji tal-Marsalforn Waterfront u tax-Xlendi Waterfront.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4781, jista’ l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif skond il-grad tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 4781.
Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitluba f’din il-Mistoqsija, irid jittieħed ħafna żmien u riżorsi biex tinġabar l-informazzjoni, minħabba l-kwantità kbira ta’ gradi differenti, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni fuq xi grad partikulari, nitolbu jkun aktar speċifiku.