Legislature:
Category:
Reset
Active:

Armi tan-nar — collectors' items

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar serq ta' 17-il amra tan-nar li kienu għadhom kemm waslu Malta u l-uffiċjali tad-Dwana minflok ma poġġew dawn l-armi f'post b'sigurtà adegwata, tħallew fil-Qasam Industrijali tal-Marsa? Peress li dawn l-armi kienu collectors' items u min seraqhom kienu jafu l-valur kbir tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta sidhom li ma jaħti xejn, sejjer jiġi kkumpensat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5941 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdxin li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 bdew jaħdmu jew sabu xogħol f’Malta u Għawdex separatament minn meta ggradwaw ‘l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex. Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.
Leg 11 PQ #5945 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turisti barranin li żaru Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5523 u jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 'l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f'Għawdex kull sena? Jista' jagħti t-tagħrif mitlub xahar xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Labour Force Surveys

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.

Lobour Force Surveys — turiżmu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.

Labour force surveys

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.

Labour Force Surveys — Turiżmu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4435 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4785.
Leg 11 PQ #5753 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 48

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5755 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 56

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 56 – Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li taħt il-proġett Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo (Ref No 56) hemm maħsub €150,000 għal Għawdex. B’dawn il-flus hu maħsub li jiġi mqawwaf work shop fl-Istitut tal-Inġenjerija Mekkanika tal-MCAST ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #5756 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 66

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 66 – Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-nefqa allokata għal Għawdex bħala parti mill-proġett Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo (Ref No. 66) tammonta għall-€34,500. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tal-informatika li jinsabu fix-Xewkija kif ukoll fix-Xagħra, Għawdex.
Leg 11 PQ #5758 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 63

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 63 – Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li taħt il-proġett Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo (Ref No. 63) hemm allokazzjoni li tammonta għal- €119,000 għal Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett ser tiġi mwaqqfa faċilità fejn l-istudenti jistgħu jitgħallmu l-lingwi kif ukoll jitħarrġu f’ħiliet relatati mal- call centres .
Leg 11 PQ #5759 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 58

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 58 – Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-flus allokati għal Għawdex bħala parti mill-proġett Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools (Ref No 58) jammontaw għall- €238,000. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tax-Xjenza u t-Teknologija fi skejjel f’Għawdex.
Leg 11 PQ #5761 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrage with landscapped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Labour Force Surveys

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2396 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4434 u jagħti t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif kif joħroġ mill-Labour Force Survey ma jistax jitqabbel ma’ dak tan-National Accounts għaliex id-definizzjonijiet li jintużaw fil-LFS mhux direttament komparabbli. Is-salarju mill-LFS huwa magħmul minn dak li huwa aktar magħruf bħala l-‘basic salary’ u għaldaqstant il-figura ma tinkludix ħlas għal overtime, bonuses u allowances. L-informazzjoni provduta minn National Accounts fil-PQs ta’ qabel tinkludi kull forma ta’ ħlas li l-impjegat jirċievi mal-paga. Għalhekk, għalkemm qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-figuri, dawn iridu jiġu nterpretati b'kawtela.
Leg 11 PQ #5385 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qbajjar - Wardens fl-inħawi tal-Promenade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni qatt ma tara warden fl-inħawi tal-promenade tal-Qbajjar, Għawdex, peress li minkejja l-avviżi li jidhru fl-istess promenade ma tarax ħlief tfal u rġiel bir-roti jiġġerrew fl-istess promenade u nies, lokali u barranin, jiġġerrew bil-klieb u jħammġu fl-istess lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Żebbuġ (Għawdex) ħa nota ta’ dan l-ilment u, permezz tar-rappreżentant tiegħu, ser iressqu għall-attenzjoni tal-Kumitat Konġunt.
Leg 11 PQ #5693 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4430, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma? Jista’ l-Prim Ministru jagħtini wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi dwar dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5694 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpannija, eċċ. kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5695 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — programm ta' xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuwa l-programm ta’ xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella għall-2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-2009 ser isiru x-xogħolijiet ta’ dokumentazzjoni tas-swar esterni u monitoraġġ tal-blat sottostanti taħt il-programm ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja ERDF. Dawn ix-xogħolijiet qegħdin isiru flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u Żvilupp Rurali. Jiena nfurmata wkoll li ser isir xogħol kontinwu ta’ manutenzjoni u restawr fil-partijiet interni u f’xi ħitan taċ-Ċittadella mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Dan ix-xogħol huwa kumplimentat bi tħejjija ta’ Master Plan għaċ-Ċittadella ko-finanzjat mill-mekkaniżmu finanzjarja ta’ l-Area Ekonomika Ewropeja (EEA) li hu ppjanat li titlesta f’Awissu 2010. Fl-istess ħin Heritage Malta għaddejja b’xogħolijiet ta’ refurbishment fuq il-mużew ta’ l-Arkeoloġija u l-mużew tax-Xjenza Naturali.

Ċittadella — xogħlijiet ta' restawr u riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-programm ta’ xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella għall-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.