Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6171 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employability Programme Operational Programme II

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-azzjonijiet li jridu jwettqu, taħt l-Employability Programme Operational Programme II Project Ref No 2.4, sabiex joffru opportunitajiet ta' taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu x-xogħol jew li jeħtieġu li jiġu mħarrġa mill-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-persuna partikolari li se tkun tieħu ħsieb dan il-proġett f'Għawdex intgħażlitx? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura saret biex intgħażlet u x'kienu l-kriterji tal-għażla? Fuq liema bażi ġeit ingaġġata eż permanenti, kuntrattwali, każwali, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5764, l-Employability Programme jikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet intiżi sabiex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu xogħol jew jeħtieġu li jiġu imħarrġa mill-ġdid. Dawn l-azzjonijiet huma mmirati kemm għall-Maltin kif ukoll għall-Għawdxin. Fost l-azzjonijiet hemm il- Job Search Assistance, t-taħriġ f’ħiliet bażiċi, u fil-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi differenti ( Work Orientation Training Initiatives) , Traineeship Scheme , Training Subsidy Scheme, u sistema ta’ skills assessment. Il-persuna li ser tkun responsabbli minn dan il-Proġett f’Għawdex intgħażlet. Fil-proċess tal-għażla ġiet segwita il-proċedura stabbilita tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Il-kriterju tal-għażla kien li l-persuna konċernata ried ikolla diploma jew baċellerat fix-Xjenzi Soċjali. Din il- persuna ġiet ingaġġata fuq bażi kuntratwali għall-perjodu definit.
Leg 11 PQ #5958 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 32

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operatonal Programme 1 Project Ref No 32 - Archaeologicl Heritage Conservation Project?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-proġett ERDF 32 – Archeological Heritage Conservation Project, ser jintefqu €3,136,130 fuq xogħolijiet fil-Ġgantija f’Għawdex.
Leg 11 PQ #5959 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 88

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 88 - Promotion of renewable energy souces in the domestic sector?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Promotion of renewable energy sources in the domestic sector (Ref No 88) tikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet immirati sabiex joffru għajnuna finanzjarja li tkopri parti mill-ispiża għal xiri ta’ tagħmir li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli. Is-settur domestiku Malti u Għawdxi ser ikun jista’ japplika.
Leg 11 PQ #5960 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 102

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 102 - Energy-smart Authority?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Energy-smart Authority (Ref No 102) huwa proġett pilota li jinvolvi l-istallazzjoni ta’ tagħmir għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli fil-kwartieri tal-Awtorità tad-Djar stess fil-Floriana.
Leg 11 PQ #6066 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għawdex — Casino

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5525, 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6067 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5533 u jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li lejn l-aħħar tas-sena 2008, ġie deċiż disinn ġdid għat-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa. Għaldaqstant, kellha tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida għand l-Unjoni Ewropeja għall-fondi għal dan il-proġett. Sadanittant saret applikazzjoni għand il-MEPA għall-approvazzjoni tad-disinn il-ġdid. Deċiżjoni finali dwar il-proġett tkun tista’ titieħed meta jkunu deċiżi l-applikazzjonijiet imsemmija.

Għawdex — Cruise Liners

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5690 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ fattibilità ta’ impatt ambjentali, ta’ fattibilità finanzjarja, loġistika, eċċ. dwar proġetti ta’ faċilitajiet ġodda fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex? Jekk saru meta saru u minn min? Liema portijiet ġew identifikati fejn dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu provduti? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 l-Awtorita’ Marittima kkumissjonat feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) għall-iżvilupp ta’ cruise berth l’barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex. Dan l-istudju sar mill-kumpanija Ecorys B.V. L-EIA ġie sottomess lill-MEPA fejn fuq rakkomandazzjonijiet ta’ din l-Awtorita’ se jiġi aġġornat. Min-naħa l-oħra, aktar reċenti, ġew żviluppati disinji iktar dettaljati u ser jiġu ikkonsidrati alternattivi oħra għal dan il-proġett. Għaldaqstant il- feasibilty study oriġinali għandu wkoll jiġi rivedut.
Leg 11 PQ #5532 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2007 u l-2008: i) għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u ii) għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex? Jista’ jagħtini n-numru ta’ kull applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità ma vvalidat l-ebda applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin imsemmija għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u ma rċeviet l-ebda Development Notification Order għall-istess tip ta' żvilupp. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet validati jew Development Notification Orders irċevuti li għandhom fil-proposta il-kelma "passaġġ", "passaġġi", "passage", "path", "lane", "road", "trejqa", "triq", "trejqiet", "toroq" u li l-isem tal-applikant huwa il-Ministeru t'Għawdex, Joyce Dimech jew Joseph Portelli li huma t-tnejn Diretturi fil-Ministeru t'Għawdex jew id- Department of Project and Development . Skond l-istess sistema ta’ l-informatika, l-Awtorità ma vvalidat l-ebda applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin imsemmija għall-bini mill-ġdid ta’ hitan tas-sejjieħ f’Għawdex u rċeviet Development Notification Order waħda, DN1116/07, għal dan l-istess tip ta’ żvilupp. Ta’ min wieħed ifakkar li manutenzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ skond l-Avviż Legali LN115/07 Class 2 ma jirrekjedi l-ebda tip ta' applikazzjoni u manutenzjoni ta' toroq li jagħtu għall-irziezet mid-Dipartiment tal-Agrikoltura , skond l-Avviż Legali LN115 Class 8, ma tirrekjedi l-ebda tip ta' applikazzjoni.

Għawdex — Xlendi - Cruise Liners - faċilità ta' baga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-akbar tunnellaġġ u tul tal-cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità tal-baga fix-Xlendi? Meta hu mistenni li titqiegħed din il-baga? Kif u b’liema opri tal-baħar huwa maħsub li l-passiġġieri jkunu jistgħu jinżlu l-art? Fejn se jittrakkaw l-opri tal-baħar li jniżżlu l-passiġġieri l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-cruise liners li se jkunu jistgħu ju¿aw il-baga fix-Xlendi jridu jkunu ta’ mhux iktar minn 20,000 tunnellaġġ (displacement) u 130 metru. Din il-baga mistennija li titqiegħed lejn nofs din is-sena. Il-passiġġieri huma mistennija jitwasslu l-art permezz ta’ tenders (dgħajjes ¿għar) tal-vapuri stess, u jitrakkaw mal-moll e¿istenti li hemm fil-bajja.
Leg 11 PQ #5947 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex? Liema huma l-proġetti u meta saret l-applikazzjoni dwar kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5949 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Xogħlijiet mingħajr permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 4443 u 5180 tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni li tlabtha u tgħid speċifikament x’inhu l-grad: tal-uffiċjal li rċieva l-ilmenti tan-nies; tal-uffiċjal li għamel it-talba għal dawn ix-xogħlijiet; tal-uffċjal li ordna x-xogħlijiet; tal-uffċjal li approva x-xogħlijiet; tal-uffiċjal li kellu l-kompetenza li japprova dawn ix-xogħlijiet tal-uffċjal li assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet; tal-uffċjal li approva li l-ħaddiema jiġu assenjati fuq dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li għamel it-talba għall-materjal għal dawn ix-xogħlijiet; tal-uffiċjal li approva li joħroġ il-materjal; tal-uffiċjal li ċċertifika li x-xogħlijiet kienu saru skond il-proċeduri u r-regolamenti li jirrigwardaw xogħlijiet bħal dawn; tal-uffiċjal li approva l-pagamenti tal-ispejjeż għal dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid jekk kenitx taf li se jsiru dawn ix-xogħlijiet u jekk tatx l-approvazzjoni tagħha għalihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta għal din il-mistoqsija diġa ingħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 5180.
Leg 11 PQ #5951 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti, skemi, eċċ għal Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li huma approvati mill-Gvern s'issa taħt il-programmi tal-Unjoni Ewropea għall-2007-2013? X'inhuma l-proġetti, skemi, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt il-Programm Operattiv I, sa issa hemm għoxrin proġett / skema li minnhom ser jibbenefika Għawdex u li huma approvati. Dawn huma: ERDF 001 Upgrading and Embellishment of Industrial Estates ERDF 022 Wied il-Mielaħ – towards ecologically and culturaly sensitive, sustainable tourism ERDF 024 Upgrading of Villa Rundle Gardens ERDF 032 Archeological Heritage Conservation Project ERDF 039 Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo ERDF 047 Reconstruction of Part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road ERDF 056 Upgrading and Expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta / Gozo ERDF 058 Purchase of science and technology laboratory equipment for state schools ERDF 066 Computer Systems and Computer Labs at MCAST Malta and Gozo ERDF 068 Upgrading of Operating Theatre and Setting up of Radiology Unit ERDF 078 Upgrading of Giordan Lighthouse Global Atmospheric Watch (GAW) Research Station ERDF 088 Promotion of renewable energy souces in the domestic sector Skemi ta’Għajnuna u Inizjattiva Finanzjarja li huma miftuħa għal Intrapriżi Maltin u Għawdxin:- 1. ERDF International Competitiveness Grant Scheme 2. ERDF Small Start-up Grant Scheme 3. ERDF Innovation Action Grant Scheme (Innovation); ERDF Innovation Action Grant Scheme (Environment) 4. ERDF E-Business Development Grant Scheme 5. ERDF Research and Development Grant Scheme 6. Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises 7. ERDF Energy Grant Scheme 8. ERDF Child Care Scheme Il-proġetti kollha approvati taħt il-Programm Operattiv II huma miftuħa għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha u għaldaqstant kull min hu eliġġibbli jista’ jipparteċipa u jibbenefika. Madankollu, sa issa, ħames proġetti partikulari huma jew esklussivament għal Għawdex jew għandhom attivitajiet speċifiċi għal Għawdex:- ESF 1.21 Parents and Teachers Fusion ICT Training Programme ESF 1.23 Higher Education Courses to Address Skills Mismatches in Gozo ESF 1.31 Wood CPR: Education and Training in Wood Conservation-Restoration ESF 2.64 Employment Aid Programme ESF 2.7 Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce
Leg 11 PQ #5953 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa kurrenti

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 4446 u 4794, tista’ l-Ministru taċċerta lill-Kamra li fl-14 ta’ Novembru, 2008 il-Ministeru tagħha ma kienx għadu jaf kemm kienu saru pagamenti sat-30 ta’ Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposti li diġa tajt fuq dan is-suġġett.
Leg 11 PQ #5955 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm senior care workers, care workers u assistant care workers fil-ministeru tagħha? Tista' tgħid fejn huma assenjati u x'xogħol qed iwettqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5956 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Prodott gross domestiku

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5520, tista’ l-Ministru tgħid fejn fl-istqarrija tan- National Statistics Office numru 231/2008 hemm muri d-dħul tal-ħaddiema Għawdxin? Tista’ tgħid kemm kien dan id- dħul kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li fl-istqarrija numru 231/2008 li tippubblika l-NSO ippubblikat m’hemmx muri d-dħul tal-ħaddiema Għawdxin izda n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta kif ukoll f’Għawdex maqsumin skond l-industrija (A6). Din l-informazzajoni ma tiġix ikkalkulata. F’din l-istqarrija nsibu wkoll li ġej: Valur Gross Miżjud (Prezzijiet Bażiċi) sep aratament bejn Malta u Għawdex fl-industriji li ġejjin: A1 – Agrikoltura, kaċċa u forestrija; said, razzett tal-ħut u servizz ta’ attivitajiet relatati A2 – Industrija li tinkludi ukoll provvista ta’ elettriku, gass u ilma A3 – Kostruzzjoni A4 – Kummerċ bl-ingrosa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi, muturi u oġġetti personali u tad-dar, lukandi u ristoranti; trasport, ħazna u komunikazzjoni A5 – Intermedjazzjoni finanzjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju A6- Servizzi oħra Valur Gross Domestiku separatament bejn Malta u Għawdex Impjiegi separatament bejn Malta u Għawdex fl-industriji li ġejjin: A1 – Agrikoltura, kaċċa u forestrija; said , razzett tal-ħut u servizz ta’ attivitajiet relatati A2 – Industrija li tinkludi ukoll provvista ta’ elettriku, gass u ilma A3 – Kostruzzjoni A4 – Kummerċ bl-ingrosa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi, muturi u oġġetti personali u tad-dar, lukandi u ristoranti; trasport, ħazna u komunikazzjoni A5 – Intermedjazzjoni finanzjarja, attivitajiet ta’ proprjeta’ mmobbli, kiri u negozju A6 - Servizzi oħra
Leg 11 PQ #5188 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Trasferiment tal-Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4430 dwar trasferiment ta’ ħaddiema Għawdxin minn Malta għal Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija? Jekk dawn u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma, jista’ jagħti dwar dawn il-ħaddiema wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Permezz tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4430 fit-2 ta’ Diċembru 2008, ingħata t-tagħrif dwar it-trasferimenti li seħħew għal Għawdex fis-Servizz Pubbliku u f’entitajiet oħra fis-Settur Pubbliku bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008. Ninsab infurmat li fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, qed jidher ukoll fid-dettal it-trasferimenti li saru għal Għawdex ta’ 45 membru tal-Korp tal-Pulizija u 7 membri fil-Forzi Armati fi ħdan iż-żewġ Korpi għall-perjodu msemmi. B’hekk ingħata tagħrif eżawrenti dwar it-trasferimenti li seħħew għal Għawdex fis-Servizz P ubbliku, fl-entitajiet pubbliċi u f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza ta’ l-ishma għall-perjodu mitlub.
Leg 11 PQ #5523 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — turisti barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawedx kull sena? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #5694 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpannija, eċċ. kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-kumpens għal ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li joqogħdu Għawdex iżda jaħdmu Malta hu ta’ €1.26. Dan jingħata bħala forma ta’ sussidju fuq it-trasport għal kull ġurnata xogħol u huwa mħallas mill-Ministeru għal Għawdex. Dwar il-kumpens lill-ħaddiema tal-korporazzjonijiet, aġenziji u entitajiet tal-Gvern, dan ivarja u mhux l-impjegati kollha jirċevuh. Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant trid ammont kbir ta’ riżorsi, u ma naħsibx li jkun għaqli li r-riżorsi tal-Gvern jintużaw biex jingħataw aktar dettalji sakemm na ningħatax raġuni valida għal dan.
Leg 11 PQ #5762 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 39

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 39 – Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li huwa maħsub li bħala parti mill-proġett Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo (Ref no 039) isir xogħol ta’ restawr u rijabilitazzjoni fuq madwar 17,500 metru kwadru ta’ swar fiċ-Ċittadella, Għawdex. L-allokazzjoni indikattiva għal dan il-għan hi ta’ madwar €7,252,000.
Leg 11 PQ #5764 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project 24

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 24 – Employability Programme?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Employability Programme jikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet immirati sabiex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu xogħol jew jeħtieġu li jiġu mħarrġa mill-ġdid. L-Għawdxin jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet kollha. Sabiex l-Għawdxin ikunu jistgħu jibbenefikaw aħjar, persuna partikolari li ser tkun qed taħdem fuq il-proġett ser tkun responsabbli speċifikament mill-klijenti Għawdxin u t-taħriġ li ser ikun qed isir ġewwa Għawdex.