Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6178 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project No. 48

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5753 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirrerferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5753.
Leg 11 PQ #6179 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Programm wara l-ħin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Programm għal wara l-ħin ta' l-iskola bdiex? Jekk le, x'qed iżommu milli jibda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-programm għal Wara l-Ħin ta' l-iskola beda fit-13 ta' Jannar 2009.
Leg 11 PQ #6180 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Riabilitazzjoni ta' widien

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol sar fuq ir-riabilitazzjoni ta' widien f'Għawdex permezz ta' Environment Landscapes Consortium? Tista' tgħid meta ngħata l-kuntratt għal Għawdex dan il-consortium? Kemm kien iħaddem nies meta twaqqaf f'Għawdex? Kemm kien iħaddem nies fl-aħħar tas-snin 2007 u 2008 u illum? Kemm minnhom huma impjegati tas-Settur Pubbliku? Fuq liema bażi (ie: permanenti, temporanja, kuntrattwali, każwali,eċċ) ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Environment Landscapes Consortium ma ngħatax inkarigu ta' riabilitazjoni ta' Widien f'Għawdex. Ninsab infurmata wkoll li l-kuntratt tal-Consortium f'Għawdex huwa estensjoni ta' dak ta' Malta.

Xlendi — Cruise liners - bagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar kemm cruise liners li joperaw fil-Mediterran ikun jistgħu jużaw il-baga tax-Xlendi minħabba t-tunnellaġġ u t-tul tagħhom? Jekk sar, kemm hemm cruise liners li jistgħu jagħmlu użu minn din il-faċilita’? Kemm minnhom normalment jużaw lil Malta bħala cruise port?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn analiżi li saret mill-Awtorita’ Marittima jirriżulta li hemm 32 cruise liner li joperaw fil-Mediterran u li jistgħu jirmiġġaw mal-baga li ser issir barra x-Xlendi. 21 minn dawn il-cruise liners żaru lill-Malta f’dawn l-aħħar snin.
Leg 11 PQ #6425 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6168, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tħaddem din l-iskema, imsejħa Employment Aid Programme, kien jinħtieġ ir-riklutaġġ ta’ żewġ Administrative Assistants ukoll ta’ tliet Monitoring Officers, b’wieħed mill-Administrative Assistants ikun ibbażat f’Għawdex. Dan skond l-approvazzjoni tal-Managing Authority – PPCD. Fis-sejħa li saret ma kienx hemm indikat li wieħed mill- Administrative Assistants ikun ibbażat Għawdex, iżda l-applikanti kienu nfurmati b’dan mill-Bord tal-Għażla waqt l-intervista.
Leg 11 PQ #6426 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5753 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 48

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx fondi allokati għal Għawdex bħala parti mill-proġett Upgrading of Arterial and Distribution Roads (Ref No 048). Madankollu, fondi għal toroq f’Għawdex ġew allokati taħt il-proġett Reconstruction of part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road (Ref No 047) .

Armi tan-nar — collectors' items

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar serq ta' 17-il amra tan-nar li kienu għadhom kemm waslu Malta u l-uffiċjali tad-Dwana minflok ma poġġew dawn l-armi f'post b'sigurtà adegwata, tħallew fil-Qasam Industrijali tal-Marsa? Peress li dawn l-armi kienu collectors' items u min seraqhom kienu jafu l-valur kbir tagħhom, jista' l-Ministru jgħid meta sidhom li ma jaħti xejn, sejjer jiġi kkumpensat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija u għaldaqstant mhux propizju illi tingħata xi tip ta’ informazzjoni illi tista’ tfixkel kull investigazzjoni.
Leg 11 PQ #5947 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex? Liema huma l-proġetti u meta saret l-applikazzjoni dwar kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex.
Leg 11 PQ #6173 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Reġistru Pubbliku u r-Reġistru ta' l-Artijiet

Question

Nirreferi lill-Ministru għall-istqarrija nru 0191 li l-Ministeru tagħha ħareġ fit-8 ta' Frar, 2009. Tista' l-Ministru tgħid: Jekk l-arkivji humiex se jiġu wkoll rilokati fil-kumpless tal-lukanda Downtown? Għaliex l-offerenti għall-kiri ta' spazju ma kenux mitluba jintrabtu b'bid bond biex jitħarsu l-interessi pubbliċi? Għaliex ma nħassitx l-ħtieġa li l-offerenti jkun hekk marbuta? Kemm kienet l-orħos offerta? Min kien l-offerent? Tista' tpoġġi kopja ta' dik l-offerta u tal-irtirar tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Dwar xhiex intalbu l-approvazzjonijiet mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment? Meta saret kull talba? Meta ġiet approvata? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-talbiet u l-approvazzjoni tagħhom? Liema artiklu tal-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali jesiġi li r-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru ta' l-Artijiet ikunu fiżakament magħquda f'lokal wieħed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li waħda mill-oriġinali tad-dokumenti li tinsab fl-arkivji se tibqa' fiċ-Ċentru Amministrattiv. L-offerenti għall-kiri ta' spazju ma kinux mitluba jintrabtu b'bid bond peress li dan il-każ ma kienx jinvolvi sejħa għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, ma nħossx li għandi nagħti aktar informazzjoni fuq dan il-każ aktar minn dik li tajt fir-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5602 u 6009 minħabba n-natura kummerċjali tagħha.
Leg 11 PQ #6174 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Operational Programme II Project No. 2.7

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'azzjonijiet, skemi, eċċ se jsir taħt Operational Programme II Project No 2.7 Training Courses to Enhance Employability and Adaptability of the Workforce?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li taħt Operational Programme II Project No 2.7 Training Courses to Enhanace Employability and Adaptability of the Workforce ser isiru korsijiet f'diversi lingwi.
Leg 11 PQ #6175 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin fis-settur pubbliku f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpanija, eċċ kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5694.

Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 5696 u jgħid x’inhuwa l-programm ta’ xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella għall-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 5859 li prinċipalment tinkludi l-programm ta’ xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni taċ-Ċittadella għall-2009 li ser isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
Leg 11 PQ #6177 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project No 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5761 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrage with landscapped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ‘Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities’ [Ref No 33] jiffoka fuq tlett żoni turistiċi f'pajjiżna: Qawra, San Pawl il-Baħar u Pembroke. Nixtieq ninforma li proġett simili għal Għawdex għadu qed jiġi evalwat u li aktar informazzjoni tista' tingħata meta l-evalwazzjoni tiġi konkluża.
Leg 11 PQ #6069 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4430, jista' l-Prim Ministru issa jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrita u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija, u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta' kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta' ishma? Jista' jagħtini tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi dwar dawn il-ħaddiema wkoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 5188.
Leg 11 PQ #6167 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istituzzjonijiet edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett biex istituzzjonijiet edukattivi ta' reputazzjoni internazzjonali jiżviluppaw campus tagħhom f'Għawdex? X'sar s'issa fuq dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parelamentari Numru 2079.
Leg 11 PQ #6168 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni MPO Reference No 185/2005 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt, kemm hu ż-żmien definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sejħiet għall-applikazzjoni għal Administrative Assistants u għal Monitoring Officers mal-ETC kienu sejħiet miftuħa għall-pubbliku wara li nħarġu l-work permits bin-numri 216/2008 u 196/2008. Dawn is-sejħiet huma marbuta ma’ proġett ta’ Employment Aid Programme għas-snin 2008-2014 li jifforma parti mill-Fondi Strutturali Ewropej u għaldaqstant huma pożizzjonijiet b’kuntratt għall żmien definit. Skond Art 7(4)(c) ta’ Avviż Legali 51/2007 intitolat “Regolamenti ta’ l-2007 dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta’ Żmien Fiss” kif emendat b’Art 3(b)(4) ta’ Avviż Legali 239/2008, teżisti raġuni oġġettiva għalfejn il-kuntratt ta’ xogħol għandu jibqa’ fuq bażi definit minħabba li l-impjegati huma ngaġġati sat-tlestija tal-proġett.
Leg 11 PQ #6169 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali Għawdex — Child care facilities

Question

Tista' l-Ministru tara li jkun hemm child care facilities fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal dawk il-ġenituri bi tfal żgħar li jkollhom appuntament fl-Outpatients Department jew li jżuru lil qrabathom, eċċ rikoverati l-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lli l-Ministeru qed jistħarreġ jekk jistgħux jiġu ntrodotti dawn it-tipi ta' servizzi.
Leg 11 PQ #6170 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt kemm hu ż-żmien definit?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru. Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit. Informat li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.