B'refernza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-passat, il-Gvern ħareġ sejħa għal tender u l-operatur li ħada m’għamilx użu mill-permess f’Għawdex. Bħalissa l-Gvern qed jara l-possibilita’ li dan il-permess f’Għawdex ikun parti minn proċess sħiħ, fejn jinħareġ tender meta l-Gvern jara li hu iż-żmien propizju li jiġri dan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Open-Air Studio għall-produzzjoni tal-Films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar petizzjoni ta' individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li bis-sentenza tal-Qorti Kriminali tal-Appell (Għawdex) tal-11 ta' Frar 2009 ngħata sentenza ta' sitt xhur priġunerija fuq kultivar ta' ħaxixa meta ċ-ċirkostanzi kollha kienu jimmilitaw li l-piena karċerarja ma kenitx waħda ġusta tant li l-istess Prim Imħallef li ddeċieda dan l-appell ħass fil-kuxjenza tiegħu li b'ittra jikkomunika lill-President ta' Malta biex l-akkużat jew jingħata maħfra jew li jservi l-inqas perijodu possibbli mill-istess piena karċerarja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret petizzjoni mill-individwu konċernata u din, peress li tirrigwarda reat b'konnessjoni ma' droga ġiet konsidrata mill-Kabinet skont il-proċedura kurrenti u ttieħdet deċiżjoni dwarha li ġiet komunikata lill-individwu konċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6424, jista’ l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet tat-32
cruise liners
li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità msemmija u jindika liema minnhom żaru lil Malta f’dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid kull wieħed minnhom meta l-aħħar li daħal Malta? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamlet l-Awtorità Marittima ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta’
cost-benefit
biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6425, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex fl-applikazzjonijiet ma kienx indikat li wieħed mill-Assistenti Amministrattivikellu jkun ibbażat f’Għawdex kif inhuma l-proċedura u l-prassi stabbiliti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru stess, sabiex ma jitħallewx barra milli japplikaw u ssir diskriminazzjoni kontra dawk l-Għawdxin li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux imorru jaħdmu Malta? Jista' jgħid kemm kien hemm residenti f’Għawdex li applikaw għall-pożizzjoni ta’ Assistent Amministrattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ndikatx fl-avviż li deher fil-gazzetti li wieħed mill-Administrative Assistants ser ikun ibbażat ġewwa Għawdex, minħabba li jista’ jkun hemm perjodi li jsir xogħol ġewwa Malta.
Kien hemm tliet persuni residenti f’Għawdex li ġew mitluba jattendu għall-intervista għall-
Administrative Assistant
fuq l-iskema
Employment Aid Programme
wara li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5941 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-286 studenti Għawdxin li ggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2007/2008 kien hemm 25 persuna li bdew jaħdmu f’Malta u Għawdex, 23 persuna sabu xogħol f’Malta u 2 persuni sabu xogħol f’Għawdex.
Informat ukoll li kien hemm xi gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma gradwaw. Dawn mhumiex inklużi mal-25 persuna ta’ hawn fuq.
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 5951, jista’ l-Prim Minstru jgħid:
· kemm hi mistennija li tkun in-nefqa għal Għawdex fuq kull wieħed mill-20 proġett imsemmi?
· Jekk għall-iskemi tal-Programm Operattiv II li huma miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin hux qed jassigura li Għawdex jieħu 10% tal-fondi allokati għal dawn l-iskemi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni aġġornata dwar il-proġetti magħżula tinsab fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt.
Fil-każ tal-proġetti:
ERDF 022 Wied il-Mielaħ – towards ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism
ERDF 024 Upgrading of Villa Rundle Gardens
ERDF 047 Reconstruction of Part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road
ERDF 068 Upgrading of Operating Theatre and Setting up of Radiology Unit
u
ERDF 078 Upgrading of Giordan Lighthouse Global Atmospheric Watch (GAW) Research Station
l-allokazzjoni għal Għawdex hija ta’ 100%.
Mill-proġett ERDF 001 Upgrading and Embellishment of Industrial Estates l-allokazzjoni indikattiva għal Għawdex hija 10%; mill-ERDF 032 Archaeological Heritage Conservation Project 35%; mill-ERDF 039 Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo 20% u mill-ERDF 056 Upgrading and Expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta / Gozo 10%. Mill-ERDF 058 Purchase of science and technology laboratory equipment for state schools u mill-ERDF 066 Computer Systems and Computer Labs at MCAST Malta and Gozo l-allokazzjoni indikattiva għal Għawdex hija ta’ 8% kull proġett.
Fir-rigward tal-iskemi imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951, inkluzi l-iskemi taħt il-Programm Operattiv II, m’hemm allokazzjoni fissa għall-ebda parti tat-territorju. Dan peress li dawn huma skemi u għalhekk is-sejħiet għal proġetti jew għad iridu jiġu mnedija mill-organiżżazzjonijiet li ser jimplimjew dawn l-iskemi jew infetħu pero’ għadhom m’għalqux.
F’dan ir-regward nixtieq niċċara wkoll li l-impenn huwa li Għawdex jieħu 10% tal-ammont totali tal-Fondi ta’ Koeżjoni u mhux 10% ta’ kull skema jew proġett individwali.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5955, tista’ l-Ministru tgħid kull wieħed/waħda mit-13-il care worker f’liema fergħa tad-dipartiment qiegħed/qiegħda u x-xogħol li jwettaq/twettaq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tlettax-il care worker huma assenjati fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fiċ-Ċentru ta' Taħriġ għall Adulti, fl-uffiċċju għall-Kura ta' l-Anzjani, fil-Qorti t'Għawdex u fiċ-Ċentru Amministrattiv. Rigward ix-xogħol li dawn qegħdin iwettqu, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5955.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’faċilitajiet ġodda mistennija jitwaqqfu fl-MCAST f’Għawdex matul din is-sena? Kemm hija stmata l-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ ser iwaqqaf proġett ġdid fiċ-ċentru ta’ l-MCAST fix-Xewkija li jikkonsisti f’ Contact Centre Training b’għaxar Computer Stations li jistgħu jservu wkoll għall-Language Lab.
L-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet hija ta’ €119,417.00 (b’varjanza ta’ 3%) u tinkludi l-VAT.
Proġett ieħor huwa l-bini ta’
sub-station
b’valur tal-kuntratt ta’ €45,849.23 li jinkludi l-VAT.
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assistants and Monitoring Officers
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6170 dwar pożizzjonijiet ta’ administrative assistants u monitoring officers, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-applikazzjoni ETC Ref No HR/37/08 għal Administrative Assistants u Monitoring Officers mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet sejħa esterna, li għaliha seta’ japplika kull min kellu l-kwalifiki rekwiżiti. Is-sejħa esterna saret wara li ma’ nstab ħadd fuq il-partijiet 1, 2 u 3 tar-reġistru.
Din is-sejħa kienet għal pożizzjoni b’kuntratt għal żmien definit.
Informat ukoll li ż-żmien definit huwa ta’ bejn Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5530 tista’ l-Ministru tagħti t-tagħrif li tlabtha u tgħid:
Meta kellu jitlesta l-proġett kollu ta’
training hotel
fil-Qala? Jekk tlesta, meta? Jekk ma tlestiex kollu, x’jonqos isir?
Xi spejjeż tħalllsu sal-lum,? Kemm hemm kontijiet approvati li għadhom ma tħallsux? Kemm hi l-istima ta’ dak kollu li jonqos isir?
Jekk humiex qed jiġu aċċettati
bookings
għall-irqad fiha mingħajr ħlas? Jekk fl-affermattiv, wieħed x’irid jagħmel biex jibbukkja?
Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f’din it-
training hotel?
X’inhu l-grad tagħhom u x’xogħol qed jagħmlu attwalment?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5530, inżid ngħarfu li, l-proġett tat-training hotel, kif kien ippjanat, tlesta lejn l-aħħar tal-2008. Sal-aħħar tat-2008 l-ispejjez li tħallsu kienu jammaontaw għal €1,822,481.92 (vat inkluz). Kontijiet pendenti approvati m'hemm xejn. Peress li kien hemm xi tifdil fuq il-misura 4.1, il-Ministeru applika biex ikun jista' juza dawn il-fondi biex jagħmel xi xogħol addizzjonali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5527, tista’ l-Ministru tgħid:
issa ġewx assenjati xi
workshops
f’dan iċ-Ċentru? Jekk iva, ta’ liema snajja? Jekk le, x’qed iżomm milli jiġu assenjati?
meta ħarġet l-aħħar sejħa għal applikazzjoni għal dawn l-imħażen?
xi spejjeż tħalllsu sal-lum fuq dan il-proġett? Kemm hemm kontijiet approvati li għadhom ma tħallsux? Kemm hi l-istima ta’ dak kollu li jonqos isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ġew assenjati imħażen biex isir xogħol ta' pyrography u artwork ieħor. Is-sejħa għal-applikazzjoni kienet ħarġet fis-26 ta' Mejju 2008. L-ispejjeż li tħallsu sal-lum jammontaw għal €870,694.66 (vat inkkluż). Kontijiet pendenti approvati m'hemm xejn.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 5528, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)