Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6429, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-tifdil fuq miżura 4.1? Meta saret it-talba u lil min biex dan it-tifdil jintuża għal xogħolijiet addizzjonali fuq it-training hotel? X’inhuma x-xogħlijiet addizzjonali li hemm/kien hemm bżonn li jsiru fuq it-training hotel? Għaliex inħoloq il-bżonn għal dawn ix-xogħlijiet addizzjonali u meta nħoloq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-tifdil fuq miżura 4.1 kien jammonta għal €52,255.06. It-talba biex jintużaw dawn il-fondi saret f'Diċembru 2008 lill-Managing Authority. Ix-xogħolijiet jinkluldu x-xiri u tqegħid ta' photovoltaic panels u x-xiri ta' iżjed tagħmir għal kċejjen. L-għan hu li tinutża enerġija altlernalttiva u li jkompli jiżdied il-potenzjal tat-taħriġ li jista jingħata fl-ITS.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6744 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6424, jagħti lista bl-ismijiet tat-32 cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità msemmija u jindika liema minnhom żaru lil Malta f’dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid kull wieħed minnhom meta l-aħħar li daħal Malta? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamlet l-Awtorità Marittima ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Għawdex — San Lawrenz - Triq ir-Rabat - xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jibda u jitlesta ix-xogħol għat-tkomplija tat-Triq Rabat f'San Lawrenz? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-offerta għax-xogħlijiet fl-ewwel parti tat-triq ser tiġi ppubblikata fi ftit żmien ieħor, filwaqt li qiegħdin jiġu ppreparati offerti għall-bqija tat-triq, kif ukoll t-triq li twassal għad-Dwejra. Ix-xogħlijiet ppjanati li jsiru din is-sena u d-dati tagħhom jiddependu mill-eżitu ta' l-offerti. Ix-xogħlijiet li ser jsiru jinvolvu rikostruzzjoni ta' Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz u kisi mill-ġdid ta' Triq il-Ġebla tal-Ġeneral. Minħabba li għadhom qegħdin joħorġu l-offerti, ma huwiex prudenti li tingħata l-istima f'dan l-istadju.
Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’approvazzjonijiet ta l-Ministeru tiegħu lill-Ministeru għal Għawdex għall-kiri ta’ spazju fil-lukanda Downtown biex tintuża għar-Reġistru Pubbliku u għar-Reġistru tal-Artijiet? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-approvazzjonijiet flimkien ma’ kopja tat-talba li saret għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li l-Minisetru għal Għawdex għandhu bżonn il-permess tal-Ministeru tiegħi biex jagħmel dak li qed jgħid l-Onor Interpellant.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 6425 u 6746, jista’ l-Prim Ministru jispjega x’kienet ir-raġuni li filwaqt li fis-sejħa għall-applikazzjonijiet ma nħassitx il-ħtieġa li jkun indikat li wieħed mill-Adminstrative Assistants kien se jkun ibbażat f’Għawdex, imbagħad inħasset il-ħtieġa li l-Bord tal-Għażla jinforma lill-applikanti li dan l-uffiċjal kien se jkun ibbażat f’Għawdex? Jista’ jekk jogħġbu jgħid x’inhuwa x-xogħol li jkollu jsir Malta mill-Administrative Assistant li jkun ibbażat f’Għawdex? Kemm hija l-paga marbuta ma’ din il-pożizzjoni?
Kunsill Malta għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, iddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kunsill iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kunsill biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta?
Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta mistenni li din tkun diskussa?
European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta?
Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li jibda u jistlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat Għawdex? F’hiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożiti u ta’ self rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpelant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
31 ta’ Diċembru 2008 - 87,092 kontijiet ta’ depożitu jew tfaddil.
Ammonti depożitati: Euro 592,373,000.
- 6,284 faċilitajiet ta’ self jew kreditu għal total ta’ Euro 348,075,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ
(goods)
minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex -Għajnsielem — permessi meħtieġa għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 4443, 5180 u 5949, tista’ l-Ministru twieġeb dak li kont tlabtha u tgħid speċifikament x’inhu l-grad:
Tal-uffiċċjal li rċieva l-ilmenti tan-nies;
Tal-uffiċċjal li għamel it-talba għal dawn ix-xogħlijiet;
Tal-uffċċjal li ordna x-xogħlijiet;
Tal-uffċċjal li approva x-xogħlijiet;
Tal-uffiċċjal li kellu l-kompetenza li japprova dawn ix-xogħlijiet
Tal-uffċċjal li assenja l-ħaddiema fuq dawn ix-xogħlijiet;
Tal-uffċċjal li approva li l-ħaddiema jiġu assenjati fuq dawn ix-xogħlijiet;
Tal-uffiċċjal li għamel it-talba għall-materjal għal dawn ix-xogħlijiet;
Tal-uffiċċjal li approva li joħroġ il-materjal;
Tal-uffiċċjal li ċċertifika li x-xogħlijiet kieku saru skond il-proċeduri u r-regolamenti li jirrigwardaw
xogħlijet bħal dawn;
Tal-uffiċċjal li approva l-pagamenti tal-ispejjeż għal dawn ix-xogħlijiet?
Tista' tgħid jekk hi stess kenitx taf li se jsiru dawn ix-xogħlijiet u jekk tatx l-approvazzjoni tagħha għalihom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni in ġenerali diġa' ngħatat f'risposta oħra u ma hemm xejn x'inżid ma dik ir-risposta speċjalment in vista tal-fatt illi l-kwistjonijiet imqajjma fid-domanda in risposta jikkonċernaw biss l-amministrazzjoni interna ta' Dipartiment tal-Gvern, u ma hemm l-ebda lok jew interess pubbliku li jiġġustifika d-dettalji mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħidx'kienet in-nefqa taħt kull
standard item of expenditure
tal-vot rikorrenti tal-Ministeru
għal Għawdex sa l-aħħar ta’ Settembru 2008? Jista’ jgħid meta din in-nefqa daħlet fis-sistema tal-Ministeru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6173, tista’ l-Ministru tgħid jekk hijiex obbligata tħares l-interess pubbliku meta l-Ministeru tagħha joħroġ sejħa għall-offerti b’valur ta’ eluf kbar ta’
euros
?
Tista’ tgħid x’fiha ta’ natura kummerċjali li tagħti l-valur ta’ offerta li kienet l-orħos, ġiet irtirata u l-kuntratt ingħata lil ħaddieħor? Taf il-Ministru li l-liġi tesiġi li dawn il-valuri jiġu ppubblikati? Kif assigurat li ma kienx hemm kollużjoni bejn l-orħos offerent u t-tieni l-orħos offerent?
Tista’ tgħid x’fiha ta’ natura kummerċjali li tgħid x’approvazzjoni ntalbu mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment?
Tista’ tgħid x’fiha ta’ natura kummerċjali li tgħid liema artiklu tal-Abbozz tal-Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali jesiġi li r-Reġistru Pubbliku u r-Reġistru tal-Artijiet ikunu fiżikament magħquda f’lokal wieħed?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandix x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqosijiet Parlamentari numri 5602, 6009 u 6173
Għawdex -Marsalforn Waterfront u Xlendi Waterfront — disinni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx l-aġġudikazzjoni tas-sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tal-
Marsalforn Waterfront
u tax-
Xlendi Waterfront
? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinn rebbieħ f’kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-aġġudikazzjoni għall-kompetizzjonijiet tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u tax-Xlendi Waterfront saret u r-riżultat dalwaqt ser jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6066, 5525, 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3230.
Dħul għall-Gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5692 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat?