Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7316 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6756 u jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7304 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li sabu xogħol qabel ma ggradwaw

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7068, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-205 li rrefera għalihom fit-tweġiba tiegħu għadhom jaħdmu llum? X’inhu x-xogħol tagħhom, full-time jew part-time?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mill-205 studenti li kienu sabu xogħol qabel ma’ ggradwaw f’Novembru 2008, 125 minnhom għadhom jaħdmu sal-llum. Minn dawn 96 huma impjegati full time filwaqt li 29 huma impjegati part time.

Għawdex — Business Centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7069.

Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6437, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7307 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Casino - tender

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3230, jista l-Prim Ministru jgħid f’liema data l-Gvern kien ħareġ sejħa għal tender? X’inhuma l-kriterji li jistabbilixxu meta jkun iż-żmien propizju biex tinħareġ tender ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6745 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7309 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6426 u tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Xlendi — Boat Shelters

Question

X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tal-Artijiet irid jieħu lura l-boat shelters li hemm fit-telgħa ta' San Xmun, Xlendi, Għawdex biex iwaqqagħhom bl-iskuża li jrid jwessa' t-triq? Jaf l-Ministru li dawn il-boat shelters huma antiki u jifformaw parti mill-istorja tal-bajja tax-Xlendi, Għawdex? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-twessigħ tat-triq hija biss skuża peress li fir-realtà t-triq ma tistax titwessa' kif inhi imma li dawn il-boat shelters sejrin jitwaqqgħu biex jibbenefika żviluppatur li sejjer jibni hemm u l-istess dipartiment sejjer jagħmillu l-faċċata tiegħu fuq it-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Tajjeb illi l-Onorevoli Interpellant ikun jaf illi l-ordni u l-esproprjazzjoni saret mill- Gvern ta’ dak iż-żmien fl-1997. Ninsab infurmat li l-applikazzjoni bħalissa qiegħda f’idejn il-MEPA.
Leg 11 PQ #7148 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jipproċessa l-applikazzjoni li qed tingħata separatament, li ilha pendenti għal żmien twil?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba mill-persuna konċernata, fl-14 ta’ Novembru 2007 sabiex jiġi rikonoxxut fil-post mikri mill-Gvern minflok missieru li ġie nieqes. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lis-sinjur biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu. Peress li huwa ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-18 ta’ Diċembru, 2007 u għal darba oħra reġa ma weġibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura unclaimed. Għalhekk fid-29 ta’ Lulju, 2008 dan il-każ ġie rreferut quddiem il-Panel li jiddiskuti każijiet simili fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar fejn il-membri tal-Penel iddeċidew li ssir spezzjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa u ġie deġiż li terġa ssir spezzjoni oħra sabiex jiġi diterminat jekk din il-persuna qegħda verament tgħix hemm jew le. L-ispezzjoni għandha issir f’qasir żmien
Leg 11 PQ #7221 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-pulizija — charges fuq nuqqas ta' taħrikiet fuq il-litter act

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-ġustifikazzjoni taċ-charges li jingħataw membri mill-Korp tal-Pulizija f'Għawdex għar-raġuni li dawn ma jagħtux ammont suffiċjenti ta' taħrikiet taħt il-Litter Act?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fost id-dmirijiet li għandha l-Pulizija skont il-liġi, hemm dawk tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati. Dawk il-membri tal-Korp li jonqsu li jirrapurtaw ksur ta' liġi, fosthom il-ksur tar-Regolamenti dwar iż-Żibel u Skart, ikunu meqjusa li naqsu mid-doveri tagħhom u għalhekk ikunu soġġetti għal passi dixxiplinarji.

Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex

Question

No question text.

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja tat-talba tal-Ministeru għal Għawdex u l-approvazzjoni maħruġa minn dan il-Ministeru mitluba mill-Onor. Interpellant.

Għawdex — Qasam Industrijali - Riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tenders għal xogħolijiet relatati mar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex ser jinħarġu din is-sena u x-xogħolijiet jibdew isiru fl-2010. Il-valur tax-xogħolijiet iqarreb l’€1.6 miljun, VAT eskluż, u ser jiġu ffinanzjati mill-‘ERDF 2007–2013 Program’. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin: · titjieb tal-infrastruttura tat-toroq · titjieb tas-servizzi ġenerali · titjieb fid-dawl tat-toroq · ġbir ta’ ilma tax-xita · rinnovazzjoni u tisbieh tal-partijiet komuni. · Żvilupp ta’ ċentru tal-amministrazzjoni li ser jinkludi Childcare Facility
Leg 11 PQ #7065 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Environment Landscape Consortium

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-Environment Landscapes Consortium għall-estensjoni għal Għawdex tal-kuntratt tagħhom għal Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l-Ministeru għal Għawdex ma għamel l-ebda kuntratt mal-Environment Landscapes Consortium, pero dan il-Konsorzju estenda x-xogħol ta' "Landscaping" f'Għawdex.
Leg 11 PQ #7066 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951 jista’ l-Prim Ministru jgħid liema mill-proġetti ESF 1.21, 1.31, 2.64 u 2.7 huma esklussivament għal Għawdex u liema għandhom attivitajiet speċifiċi għal Għawdex? X’inhuma l-attivitajiet speċifiċi f’kull każ? X’inhuma l-korsijiet maħsuba taħt ESF1.23?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ESF 2.7 huwa esklussivament għal Għawdex, filwaqt li l-proġetti ESF1.21, ESF1.31 u 3.64 (mhux 2.64 kif kien indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5951) għandhom attivitajiet speċifiċi mmirati għal Għawdex. Il-proġett ESF 2.7 jikkonsisti f’taħriġ f’ilsna barranin fuq livell mitkellem. Il-proġett ESF 1.21 jikkonsisti f’korsijiet ta’ taħriġ speċifiku dwar it-teknoloġija tal-informatika fl-ECDL. Wieħed minn dawn il-korsijiet ser jiġi organiżżat f’Għawdex. Il-proġett ESF 1.31 jikkonsisti f’korsijiet ta’ taħriġ fil-konservazzjoni u restawr ta’ patrimonju fl-injam. Wieħed minn dawn il-korsijiet, iffukat fuq il-preservazzjoni ta’ wirt kulturali ta’ natura materjali, ser isir ukoll f’Għawdex. Sadanittant, taħt il-proġett ESF 3.64 li jikkonsisti fi programm ta’ għajnuna marbuta max-xogħol, Għawdex qed jibbenefika minn perjodu itwal li matulu jitħallas is-sussidju irrelevanti mill-kategorija li jaqa’ fiha l-impjegat. Fir-rigward tal-proġett ESF 1.23, il-korsijiet huma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji, turiżmu u teknoloġija tal-informatika.

Gozo Bus Owners Association — Stakeholders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6439 u jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul l-aħħar sena, il-Ministeru qabbad esperti tat-trasport biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema tat-trasport pubbliku f'Għawdex. L-għan kien biex tkun introdotta sistema ta' trasport pubbliku li tkun effiċjenti u ta min joqgħod fuqha, bl-anqas impatt fuq l-ambjent u b'konformita ma regoli Ewropej. Is-sistema l-ġdida ser tuża vetturi iktar ġodda u ser tkun ibażżata fuq rotot li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet t'Għawdex. Sa issa saru tlett laqgħat mal-Gozo Bus Owners Association u saret laqgħa oħra mas-sidien tat-taxis. Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet li jkun ħa fid-detall meta dawn jittieħdu.
Leg 11 PQ #7068 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li sabu xogħol qabel ma ggradwaw

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5941 u 6433, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-gradwati li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw? Jista’ jgħid fejn sabu x-xogħol, kemm minnhom f’Malta u kemm minnhom f’Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ dawk il-gradwati Għawdxin li kienu sabu xogħol qabel ma ggradwaw mill-Universita ta’ Malta f’Novembru 2008 huwa ta’ 205. Minn dawn kien hemm 147 impjegati f’Malta u 58 impjegati f’Għawdex. Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema settur dawn il-gradwati kienu qed jaħdmu. Ix-xogħol ta’ dawn il-gradwati ried ikun reġistrat ma’ l-ETC wara Jannar tal-2003 u qabel Novembru tal-2008 (il-perjodu ta’ meta l-gradwati kienu għadhom qed jistudjaw).

Għawdex — Business Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7059 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Dokument: Viżjoni eko-Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejja xi dokument ta’ strateġija għat-twettiq tal-Viżjoni eko-Għawdex? Jekk fl-affermattiv, minn min qed jitħejja? Meta mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bħalissa qed jitħejja dokument ta’ strateġija mill-Ministeru għal Għawdex mgħejjun minn team ta' esperti kkordinat mill-Kumpanija Ernst & Young. Dan mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Leg 11 PQ #7060 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — inizzjattivi ġodda dwar l-Eko-Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inizzjattivi ġodda ttieħdu dwar l-Eko-Għawdex minn meta ġie varat dan il-konċett ‘l hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li apparti li sar programm ta’ konsultazzjoni wiesa u qed tiġi mħejjija l-istrategija, fil-Ministeru għal Għawdex, sar, jew għaddej xogħol fuq diversi proġetti fosthom xiri ta’ karozzi elettriċi, pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema, kampanja ta’ edukazzjoni fid-djar, iniżjattiva l-enerġija alternattiva, valorizzar tal-enerġija alternattiva tradizzjonali, korsijiet edukattivi, promozzjoni ta Għawdex għall-investiment, l-użu ta’ ilma ‘ second class ’, u riżorsi edukattivi għat-tfal.
Leg 11 PQ #7061 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6432 u 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)

Response (DALLI, JOHN)

Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari għas-snin 1999 sa' 2005, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20214 fis-Seduta 418 tat-18 ta' Lulju, 2006. Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2006 sa' 2008 hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.