Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7050 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malta għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, iddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kunsill iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kunsill biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kunsill Malti għall-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ħatar Kumitat għal Għawdex bil-għan li jiġu diskussi materji relatati mal-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ Għawdex u temi oħra ta’ relevanza għal progress tal-gżira. L-għan prinċipali ta’ dan il-Kumitat huwa li jissottometti pariri lill-Gvern għall-konsiderazzjoni tiegħu. Permezz ta’ dan il-proċess il-Gvern wessa’ l-funzjoni tal-MCESD sabiex ikun jista’ jirċievi suġġerimenti u proposti rigward is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ Għawdex direttament mill-operaturi Għawdxin. Dan il-Kumitat twaqqaf formalment fit-18 ta’ Settembru 2008 u l-membri tiegħu ġejjien minn oqsma differenti tas-Soċjetà Ċivili Għawdxija. Il-lista tal-ismijiet tal-membri fuq dan il-Kumitat ingħatat f’risposta parlamentari numru 5904. F’perjodu ta’ seba` xhur sa mit-twaqqif tiegħu, l-Kumitat iltaqa’ tlettax-il darba u iddiskutta diversi temi li għandhom impatt fuq il-qagħda soċjo-ekonomika ta’ Għawdex. 1. 3 ta’ Ottubru 2008 2. 10 ta’ Ottubru 2008 3. 22 ta’ Ottubru 2008 4. 30 ta’ Ottubru 2008 5. 21 ta’ Novembru 2008 6. 25 ta’ Novembru 2008 7. 27 ta’ Novembru 2008 8. 11 ta’ Diċembru 2008 9. 22 ta’ Jannar 2009 10. 24 ta’ Jannar 2009 11. 29 ta’ Jannar 2009 12. 5 ta’ Marzu 2009 13. 26 ta’ Marzu 2009 Temi prinċiplali li ġew diskussi waqt dawn il-laqgħat kienu: § Statistika reġjonali għal Għawdex § Riforma tat-trasport pubbliku § Proposti għall-baġit 2009 § Fondi mill-Unjoni Ewropeja § Prospetti fil-qasam turistiku § L-insularità doppja tal-gżira ta’ Għawdex Aġġornament ta’ l-istrateġija tal-immaniġjar ta’ l-iskart
Leg 11 PQ #7323 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malta għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7050 u jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, iddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kunsill iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kunsill biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7050.
Leg 11 PQ #7324 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7052 u jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7052.
Leg 11 PQ #7529 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizzi tal-Arju bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7530 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Environment Landscape Consortium

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7065, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi l-Ministeru tagħha qed iħallas għax-xogħol li jagħmel dan il-consortium f’Għawdex ladarba l-Ministeru tagħha m’għandu l-ebda kuntratt mal-istess consortium? X’awtorità u/jew kontroll għandu l-Ministeru tagħha fuq il-consortium? Min jagħti lill-consortium id-direttivi u l-istruzzjonijiet dwar x’għandu jsir f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Environmental Landscapes Consortium estenda l-kuntratt li għandu f'Malta biex ikopri xogħolijiet ta' landscaping f'Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex jiddeċiedi liema proġetti għandhom isiru. Bħalma jsir f'Malta, ix-xogħolijiet huma kkontrollati mill-Malta Embellishment and Landscaping Project, li tanalizza l-proposti tal-ELC, tiċċekkja l-istejjem tagħhom, tagħmel monitoring waqt ix-xogħolijiet, u finalment tiċċekkja li x-xogholijiet kollha saru kif miftiehem.
Leg 11 PQ #7554 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema trasferiti fuq xogħol ta' back office

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema tal-Gvern Għawdxin minn Malta għal Għawdex fuq xogħol ta’ back-office kull xahar minn Lulju 2008 ‘l hawn? Jekk fl-affermattiv, x’xogħol qed jagħmlu? Jekk fin-negattiv, meta mistennija li jiġu trasferiti minn Malta aktar ħaddiema Għawdxin fuq xogħol ta’ back office f’Għawdex? X’xogħol se jkunu qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Lulju 2008 ’l hawn, ma ġewx ittrasferiti ħaddiema tal-Gvern Għawdxin minn Malta għal Għawdex fuq xogħol ta’ ‘back-office’. Kif għamlet fl-imgħoddi, din l-Amministrazzjoni ser tkompli twettaq kull proġett li jinstab li hu vjabbli bħala ‘back-office’ sabiex uffiċjali Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu f’Għawdex.

Proġett fiċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4784 jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex meħtieġa konferma mill-Kummissjoni Ewropea għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti individwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċirkewwa huwa proġett wieħed u għall-allokazzjoni ta' fondi mill-UE għal dan il-proġett, mhiex meħtieġa konferma mingħand il-Kummissjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #7052 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Malta-EU Steering & Action Committee reġa’ twaqqaf f’Lulju 2008 biex fost funzjonijiet oħra jiffaċilita proċessi ta’ konsultazzjoni dwar liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. L-istrutturi tal-MEUSAC jinkludu: · Core Group li jiġbor flimkien uffiċjali tal-Gvern, rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, ta’ Korpi Kostitwiti (inkluż ta’ Korp Kostitwit Għawdxi), ta’ Organizzazzjonjijiet tas-Soċjetà Ċivili u esperti; u · Disa’ Kumitati Settorjali li jiġbor flimkien il-membri tal-Core Group u Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili li joperaw fis-settur trattat minn kull Kumitat rispettivament. Fost l-istrutturi tal-MEUSAC ma jeżisti ebda kunsill bħalma jeżisti, per eżempju, fl-MCESD. Il-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir fuq liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-MEUSAC m’għandux ir-rwol li jiddiskuti temi ta’ natura ġenerali bħal qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex. Il-proċedura li biha timxi l-MEUSAC tagħti l-possibilità lill-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali, inkluż lir-rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, biex jitolbu ħalli materja titpoġġa fuq l-Aġenda tal-Core Group jew ta’ xi Kumitat Settorjali, dejjem jekk din tkun marbuta mat-terms of reference tal-MEUSAC.

esportazzjoni ta’ goods

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6760 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ (goods) minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-gvern — amministrazzjoni interna

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-Parlament għandux dritt li jiskrutina l-amministrazzjoni interna tad-dipartimenti tal-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Il-Kostituzzjoni u l-Ordnijiet Permanenti jirregolaw il-mistoqsijiet u proċeduri parlamentari. L-Ordni Permanenti 27 (5) ma jippermettux domanda li ssaqsi espressjoni ta' opinjoni. Madanakollu nirreferri l-Onorevoli Interpellant, avukat bħali, għall artikolu 79 (2) tal-Kostitizzjoni.

Għawdex — Rabat - Triq Imġarr - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6758 u jgħid meta mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat, Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Imġarr - Kumpannija tal-cruise

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7321 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kura tal-pazjenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm pazjenti ġew riferuti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura fl-isptarijiet tal-Istat f’Malta kull sena mill-1999 sal-2008? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skond il-kura meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Konċessjoni ta' privattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-konċessjoni ta’ privattiva ngħatat kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — produzzjoni tal-films - open air studios

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7311 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Child Care Centres - diffikultajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6169, tista’ l-Minstru tgħid x’diffikultajiet hemm biex jiġu introdotti dawn il-faċilitajiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal-mistoqsija parlamentari Nru. 6169.
Leg 11 PQ #7312 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Settur Pubbliku - ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jaqsamhom taħt dipartimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi u entitajiet/organizazzjonijiet indipendenti statutorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pjanti għat-terminal taċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6370 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li għalihom kien ħareġ il-permess għat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess pjanti kif mibdula?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6370.
Leg 11 PQ #7314 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex -Marsalforn Waterfront u Xlendi Waterfront — disinni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6748, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-riżultat tal-aġġudikazzjoni ġiex ippubblikat? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma ġiex ippubblikat? Meta mistenni li jkun ippubblikat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-riżultati ta' l-aġġudikazzjoni tas-sottomissjonijiet għall-kompetizzjonijiet għad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u tax-Xlendi Waterfront ġew ppubblikati u qegħda npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.