Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Imgarr - Kumpannija tal-cruise

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7320 u 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Rabat - Triq Imġarr - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7319 u 6758 u jgħid meta mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat, Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet in kwistjoni mistennija li jibdew wara li tinħareġ sejħa għall-offerti aktar tard din is-sena u jintgħażel il-kuntrattur. Is-sejħa għall-offerti tkun tista' tinħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li jinħareġ il-permess tal-MEPA. Il-bini mill-ġdid ta' din it-triq mistenni li jieħu madwar sena u xogħolijiet isiru f'numru ta' fażijiet. Ix-xogħolijiet jinkludu xogħolijiet ta servizzi, titjib fl-'alignment' tat-triq, bini ta' ħitan, bini ta' dorok tal-ilma u ġibjuni għal-ġbir tal-ilma biex jintuża għat-tisqija, bankini, xogħol ta' asfalt, dawl tat-triq u tħawwil ta pjanti u siġar. L-istima tax-xogħolijiet għadha mhux finalizzata.
Leg 11 PQ #8239 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Università ta' Malta — studenti li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’Novembru 2008 li qegħdin jaħdmu f’Għawdex illum? Fejn qegħdin jaħdmu? Kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm qed jaħdmu part-time? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u meta bdew jaħdmu fejn qed jaħdmu llum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Malta Film Commission — open air studio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7312 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Settur Pubbliku - ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jaqsamhom taħt dipartimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi u entitajiet/organizazzjonijiet indipendenti statutorji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Settur Pubbliku li kienu jaħdmu Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru, 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella: Diċembru 2008 Dipartimenti tal-Gvern 3065 Entitajiet/Organizazzjonijiet/Korporazzjonijiet Indipendenti Statutorji 306 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Ishma Pubbliċi 256 Total 3627
Leg 11 PQ #7564 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti Infrastrutturali f'Għawdex — Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5947, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma tatx l-approvazzjoni meħtieġa f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjonijiet li jikkonċernaw proġetti infrastrutturali f’Għawdex għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #7565 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali tal-MCESD — rakkmandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ittieħdu u x’rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-istess kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex iltaqa’ diversi drabi u ddiskuta numru ta’ temi li kollha huma konnessi mill-qrib mas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika attwali ta’ Għawdex, il-lista tal-laqgħat li saru s’issa ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7050. L-Onorevoli Interpellant bla dubbju huwa nfurmat illi kemm l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali kif ukoll l-Kumitati tiegħu (Il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex u l-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili) m’għandhomx funzjoni eżekuttiva u skond il-liġi r-rwol ewlieni tagħhom huwa dak li jressqu pariri u rakkmandazzjonijiet lil Gvern. Fost ir-rakkmandazzjonijiet li bgħatt l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, hemm proposti relatati ma bżonn ta’ aktar attenzjoni fir-rigward ta’ Statistika Reġjonali għal Għawdex, proposti għall-baġit tal-2009, proposti biex proġetti kapitali għal Għawdex jiġu mpoġġija fuq fast track u suġġeriment li jsir feasibility study biex eventwalment tittieħed deċizjoni fuq il-bini ta’ airstrip f’Għawdex u fost oħrajn proposti relatati mar-riforma tat-trasport pubbliku fil-gżira. Għat-talba biex jitpoġġew il-minuti tal-laqgħat fuq il-mejda tal-kamra, jien nfurmat illi l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kumitati huma aċċessibli biss għall-membri rispettivi.

Investiment dirett f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ tagħna, jirriżulta li fl-aħħar tas-sena 2008 kien hemm 6.5 miljun Euro investiment barrani f’kumpaniji bl-indirizz tagħhom Għawdex.

Kumpannija Bryvarc

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija tibda topera f’Għawdex il-kumpannija Bryvarc li timmanifattura l- cards tal- plastic ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u a tenur ta’ l-artiklu 33 tal-Kapitlu 325 tal-Liġijiet ta’ Malta hi koperta bil-kunfidenzjalita` uffiċjali. Naturalment sta għall-kumpanija in kwistjoni li tiddeċidi kif u meta tagħmel il-pjanijiet kummerċjali tagħha pubbliċi.

Għawdex — Prodott Gross Domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Gross Domestiku ta’ Għawdex għall-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Prodott Gross Domestiku ta’ Għawdex għall-2008 ser jigi maħdum u ippublikat fir-release li jmiss ta Diċembru.
Leg 11 PQ #8024 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiseships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2009-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7316 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6756 u jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6756.

sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex li kellha toħroġ għall-ewwel kwart ta’ din is-sena? X’qed iżomm li din tinħareġ? Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema li hemm mal- Gozo Channel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7862 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - Proġett tat-training hotel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’jonqos isir fuq il-proġett tat- training hotel fil-Qala biex tkun lesta minn kollox? Tista’ tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hemm spejjeż kommessi li għad iridu jitħallsu? Mistenni li jkun hemm spejjeż oħra minbarra dawn biex jitlesta l-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari Nri. 7063 u 6429 rispettivament.

każ ta' tneħħija ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara kif student li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, tneħħielu l-facilitator li kien il-ħin kollu miegħu u li bl-assistenza tiegħu kien qed javvanza fl-istudju tiegħu? Dan tneħħielu mingħajr ebda preparazzjoni ta' xejn bl-iskuża li l-finanzi tal-Gvern ma jippermettux din l-għajnuna lil dan l-istudent?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna imsemmija fil-Mistoqsija.
Leg 11 PQ #7917 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ — rikonoxximent bħala inkwilin ta' flat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, jiġi rikonoxxut bħala inkwilin ta' flat fir-Rabat Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba tas-sinjur fl-14 ta’ Novembru, 2007. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lila biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu imma peress li dan ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-tmintax ta’ Diċembru, 2007. Għal darba oħra dan il-persuna reġa ma wegibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura “unclaimed”. Għalhekk dan il-każ gie rreferut quddiem il-board fid-29 ta’ Lulju, 2008 fejn il-membri tal-bord iddeċidew li ssir spezjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa fid-29 ta’ Jannar, 2009. Il-membri tal-bord iddeċidew li terġa ssir spezzjoni oħra meta x-xogħol ikun tlesta. Fl-20 ta’ Marzu 2009 nies mil-Awtorita’ tad-Djar marru jagħmlu spezzjoni imma għal darb’oħra ma sabu lil ħadd. Meta finalmente ssir din l-ispezzjoni L-Awtorita’ Tad-Djar tkun f’pozizjjoni li tieħu deċizzjoni

Intrapriżi f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament li jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8014 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies jaħdmu għal rashom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar tal-2008 kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom part-time biss (m’għandhomx xogħol full-time ) f’Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.