tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv, għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom
full-time
(ii) nies jaħdmu għar rashom
part-time
bħala primary job tagħhom; (iii) impjegati
full-time
; (iv) impjegati
part-time
bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attività fl-popolazzjoni attiva?
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom
full-time
(ii) nies jaħdmu għar rashom
part-time
bħala
primary job
tagħhom; (iii) impjegati full-time; (iv) impjegati part-time bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-ETC (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attivita’ fl-popolazzjoni attiva?
Għawdex — nies li jirreġistraw - xogħol li qed ifittxu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7859 u jgħid x’inhuwa x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7860 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il
-Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises
taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għoxrin proġett ġew sottomessi għall-proġetti li jistgħu jibbenefikaw lil Għawdex. Wieħed mill-proġetti kien sottomess minn operatur Malti.
Total ta’ €10 miljun ġie allokat għall-iskema ta’
EU Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises
li €8.5 miljun ġejjin minn fondi Ewropej u €1.5 miljun ġejjin minn fondi nazzjonali.
sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid meta mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex li kellha toħroġ għall-ewwel kwart ta’ din is-sena? X’qed iżomm li din tinħareġ? Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema li hemm mal-
Gozo Channel
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7862 u tgħid x’jonqos isir fuq il-proġett tat-training hotel fil-Qala biex tkun lesta minn kollox? Tista’ tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hemm spejjeż kommessi li għad iridu jitħallsu? Mistenni li jkun hemm spejjeż oħra minbarra dawn biex jitlesta l-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7862.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8014 u jgħid fl-aħħar tal-2008 kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom part-time biss (m’għandhomx xogħol full time) f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’Novembru ta’ l-2008 kien hemm 4,124 persuni jaħdmu għal rashom bħala part-time biss. Dawn ma jħaddmux impjegati magħhom u m’għandhomx xogħol ieħor full-time. Minn dawn 3,629 kienu qed jaħdmu f’Malta filwaqt li 495 kienu qed jaħdmu f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8024 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill-cruiseships li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2009-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ
(goods)
minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6760 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ
(goods)
minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6760.
Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il
-Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises
taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għoxrin proġett ġew sottomessi għall-proġetti li jistgħu jibbenefikaw lil Għawdex. Wieħed mill-proġetti kien sottomess minn operator Malti.
Total ta’ €10 miljun ġie allokat għall-iskema ta’
EU Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises
li €8.5 miljun ġejjin minn fondi Ewropej u €1.5 miljun ġejjin minn fondi nazzjonali.
Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6745 u 7308 7559 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju? X’qed iżomm lill-Ministru milli jwieġeb mistoqsija sempliċi li ma tridx ħin biex titwieġeb?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7316 u 6756 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6756.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7556 u cioè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7304, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-125 li għadhom jaħdmu full-time sal-lum u mid-29 li għadhom jaħdmu part-time sal-lum qed jaħdmu Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant illi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7304, in-numru ta' dawk impjegati hu 125; 96 full time u 29 part time.
Minn dawn il-125 studenti li kienu sabu xogħol qabel ma’ ggradwaw f’Novembru 2008, 102 qed jaħdmu f’Malta u 23 qed jaħdmu f’Għawdex. It-23 persuna li qed jaħdmu f’Għawdex huma maqsuma hekk :- 12
full time
u 11
part time
.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6756, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fl-20 ta’ April, 2009 qal li l-applikazzjoni għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa kienet se tiġi sottomessa fil-ġimgħat li ġejjin taħt is-sejħa ristretta għall-Cohesion Funds, meta fl-istess tweġiba kompla jgħid li din is-sejħa fetħet fid-9 ta’ Marzu u kienet diġà għalqet fis-17 ta’ April, 2009? Jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa ristretta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari Nru 6437, 7307 u 7493 u jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7529, 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7529.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa m’hemmx sejħa miftuħa taħt public service contract għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex. Biex jingħata sussidju wieħed ikun irid jonora r-regoli ta’ kompetizzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern mhux jeskludi din il-possibiltà.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament li jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji oħra fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Liema huma dawn il-fabbriki/kumpanniji? F’liema oqsma tal-ekonomija joperaw? Kemm qed tħaddem nies kull waħda minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.