Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2388 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2388.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8532 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom part-time biss f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2000 sal-aħħar tal-2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8534 u 7558 u jgħid jekk it-tender għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex ħarġitx sal-aħħar ta’ Marzu kif kien mistenni? Jekk fin-negattiv, għaliex? X’qed jagħmel il-Gvern biex jassigura x-xogħol għall-ħaddiema li qed jaħdmu mal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern għadu ma ħariġx is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex, għax talab lill-Awtorita Marittima sabiex tikseb aktar pariri legali. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8535 u jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom full-time (ii) nies jaħdmu għar rashom part-time bħala primary job tagħhom; (iii) impjegati full-time; (iv) impjegati part-time bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attività fl-popolazzjoni attiva?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlmentari 8212, jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħaddem nies kull fabbrika u kumpannija li qed joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji konċernati biex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Għawdex — Garage industry - applikazzjonjiet għal art
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8538 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8537 u cioè: B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u Għawdex, jista’ jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal
public service contract
? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji oħra fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Liema huma dawn il-fabbriki/kumpanniji? F’liema oqsma tal-ekonomija joperaw? Kemm qed tħaddem nies kull waħda minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki u kumpaniji li jinsabu fil-qasam industrijali tax-Xewkija amministrat mill-Malta Industrial Parks, huwa ta’ 34. Apparti minn dawn il-fabbriki, hemm 17-il plot li gew allokati sabiex jinbnew fabbriki zgħar. Il-fabbriki/kumpaniji joperaw f’setturi varji.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija fejn qed jiġi mitlub in-numru ta’ ħaddiema li tħaddem kull waħda minn dawn il-fabbriki/kumpaniji, nitlob lill-Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8239 u jgħid kemm mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’Novembru 2008 qegħdin jaħdmu f’Għawdex illum? Fejn qegħdin jaħdmu? Kemm minnhom qed jaħdmu
full-time
u kemm qed jaħdmu
part-time
? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u meta bdew jaħdmu fejn qed jaħdmu llum?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta f’Novembru 2008, 49 kienu qegħdin jaħdmu f’Għawdex sa l-aħħar ta’ Marzu 2009.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u
Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal
public service
contract
? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal
workshops
għal
garage industry
f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art
/workshop
? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8024 u jgħid kemm
cruise tourists
mistennija jżuru Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011?
Jista’ l-Minstru jgħid din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011 kemm
cruise ships
mistennija jagħmlu użu mill-baga li se titqiegħed ix-Xlendi? Meta mistennija titqiegħed din il-baga?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8212 u jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji oħra fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Min huma dawn il-fabbriki/kumpanniji? F’liema oqsma tal-ekonomija joperaw? Kemm qed iħaddmu nies kull waħda minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8212.
Jista’ l-Ministru jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Film Commission ser teżamina il-fattibilità għal dak li jirrigwardja l-ħtiġijiet tal-industrija tal-films, speċifikament faċilitajiet awdjovisivi fil-gżira t’Għawdex. Dan kollu ser isir fl-isfond tal-‘commitment’ tal-Gvern li jappoġġa u jiżviluppa kemm jista’ jkun possibbli s-settur li joffri servizzi għal-produzzjonijiet tal-films. M’hemm ebda dubju illi ċerti postijiet f’Għawdex huma dejjem attrazzjoni lill-produtturi tal-films, imma madankollu, wieħed ma jistax jinsa s-sitwazzjoni ekonomika dinjija illi affetwat l-industrija tal-films ukoll. Din il-kriżi, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali nvoluti meta produzjoni tinġibed f’gżira oħra (Ghawdex f’dan il-każ) huma ta’ disinċentiv lill-produtturi.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8013 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u Għawdex separatament li jħaddmu: minn 2 sa 5 ħaddiema; minn 10 sa 19-il ħaddiem; minn 20 sa 29 ħaddiem; minn 30 sa 39 ħaddiem; minn 50 sa 99 ħaddiem; minn 100 sa 129 ħaddiem u minn 130 sa 149 ħaddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8213, 7320 u 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati riċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq infakkar li fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6068, kien diġa’ intqal illi l-istudju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kellu jkun rivedut. Fil-fatt din ir-reviżjoni għadha mhix lesta u allura m’inhix f’pożizzjoni li npoġġi d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra. L-identifikazzjoni ta’ disinji alternattivi li jistgħu jeżistu għall-cruise berthfl-Imġarr huwa xogħol li jrid isir bħala parti minn din ir-reviżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom
part-time
biss f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2000 sal-aħħar tal-2008?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8240 u jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8240.