Legislature:
Category:
Reset
Active:

Offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex hijiex se torbot lill-kuntrattur li jħaddem b’mod regolari, tal-anqas kif inhu llum, is-servizz tal-cargo għal Sa Maison? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Marsamxett Road - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-Joint Office f'Marsamxett Road, Valletta m'hemmx lift u dan meta bil-liġi anki sempliċi stabbiliment kummerċjali jrid ikollu lift? M'huwiex il-każ li l-Gvern qed jikser il-liġi huwa stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Capital Gains Tax u bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru f'Għawdex Capital Gains Tax u bolla fuq kuntratti mill-Gvern sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Workshops

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 8709 u 8538 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal art u/jew għal workshops għal garage industry f’Għawdex? Meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet? Kemm minhom huma approvati? Meta ġew approvati? Għaliex għadhom ma nagħtawx art/workshop? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi l-proġetti approvati? Dawk li ma ġewx approvati għaliex għadhom ma ġewx proċessati? Kemm huwa mistenni li joħolqu impjiegi dawn il-proġetti li għadhom mhumiex approvati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqsant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8968 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiseships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024, 8539 u 8744 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex fis-snin 2009, 2010 u 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xlendi — Baga li tintuża mill-cruise ships

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8026, 8540 u 8746 u jgħid din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011 kemm cruiseships mistennija jagħmlu użu mill-baga li se titqiegħed ix-Xlendi? Meta mistennija titqiegħed din il-baga?

Response (GATT, AUSTIN)

Din l-informazzjoni tkun tista tingħata biss wara li l-baga msemmija tiġi wżata.

sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid meta mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex li kellha toħroġ għall-ewwel kwart ta’ din is-sena? X’qed iżomm li din tinħareġ? Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema li hemm mal- Gozo Channel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8706.

Yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu yachts f’kull yacht marina f’Malta u Għawdex separatament kull xahar mill-1999 ‘l hawn? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar kemm daħlu passiġġieri fuq il-yachts?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baga li se titqiegħed ix-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiżen u x’dijametru fiha l-baga li se titqiegħed fix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm hu l-galleġġjament nett tagħha? Jista’ jgħid jekk it-tender għax-xiri tagħha ngħtatx? Jekk fl-affermattiv, min ħadha u meta huwa obbligat li tiġi stallata f’posta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8775 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Child care centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-twaqqif ta’ child care centre f’Għawdex? Jekk iva, meta saret u x’inhu n-numru tal-applikazzjoni? Jekk le, meta mistenni li ssir l-applikazzjoni? Fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-Centru? Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-twaqqif ta’ child care centre f’Għawdex? Jekk iva meta saret u x’inhu n-numru tal-applikazzjoni? Jekk le, meta mistenni li ssir l-applikazzjoni? Fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-Centru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fl-affermattiv. In-numru ta' l-applikazzjoni hu PA 2357/09.
Leg 11 PQ #8776 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Teatri tal-opra

Question

Tista’ l- Ministru tgħid jekk kinux evalwati xi proposti li saru biex iż-żewġ teatri tal-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa dwar dawn il-proposti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li uffiċċjalment ma saru l-ebda proposti biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha.

Għawdex — Mġarr - Uffiċċju tad-Dwana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħalaq l-Uffiċċju tad-Dwana fl-Mġarr Għawdex u meta mistenni li jerġa jiftaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar li ngħalaq l-uffiċċju tad-Dwana fl-Imgarr, Għawdex kien fit-30 ta’ Settembru 2006. L-uffiċċju reġa nfetaħ fis-16 ta’ Mejju, 2007 u min dak inhar baqa’ miftuħ 24 siegħa kuljum.

Għawdex — ħolqien/tkabbir ta' yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti li hemm għall-ħolqien jew tkabbir ta’ yacht marinas f’Għawdex? F’hiex wasal kull proġett? Meta mistenni li jinbeda u jispiċċa kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8738 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8536, jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ gradwati li sabu xogħol wara Novembru 2008 humiex jaħdmu full-time jew part-time bħala xogħol primarju?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ż-żewġ gradwati li sabu xogħol wara Novembru 2008 qegħdin jaħdmu full-time bħala xogħol primarju.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8530, jista’ l-Ministru jgħid, kategorija b’kategorija, kemm jimpjegaw nies l-entrapriżi f’Malta u Għawdex separatament li jħaddmu: minn 2 sa 5 ħaddiema; minn 10 sa 19-il ħaddiem; minn 20 sa 29 ħaddiem; minn 30 sa 39 ħaddiem; minn 50 sa 99 ħaddiem; minn 100 sa 129 ħaddiem, minn 130 sa 149 ħaddiem, minn 150 sa 249 u minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-kunfidenzjalita tad-data ir-risposta kif mitluba ma tistax tingħata, għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra din l- informazzjoni.
Leg 11 PQ #8744 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024 u 8539 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-snin 2009, 2010 u 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xlendi — Baga tal-cruise ships

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8026 u 8540 u jgħid din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011 kemm cruiseships mistennija jagħmlu użu mill-baga li se titqiegħed ix-Xlendi? Meta mistennija titqiegħed din il-baga?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex għas-snin 1999 sa 2007 klassifikat skond NACE A17 – ESA 95 taħt il-Production Account?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita’ l-Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex għas-snin 1999 sa 2007 klassifikat skond A17 ma jistax jingħata.
Leg 11 PQ #8772 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Teatri tal-opra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kinux saru xi proposti biex iż-żewġ teatri tal-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? Jekk saru xi proposti, dawn ġew evalwati? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa dwar dawn il-proposti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-Baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.