Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xewkija — Micro-enterprise park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għall-bini ta micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9043 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ta' Għawdex — Decompression Chamber

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il sessjoni ta’ treatment saret, xahar b’xahar, mid- Decompression Chamber fl-Isptar ta’Għawdex minn meta bdiet taħdem sal-lum? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skond it-tip tat-trattament li ngħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa: Decompression chamber fil-Hyperbaric Unit ta' l-Isptar Generali t'Għawdex intuża hekk: 2008 Lulju Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 11 2008 Awwissu Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 12 2008 Settembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 22 Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Għaddasa 6 2008 Ottubru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 17 2008 Novembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 6 2008 Diċembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 16 2009 Frar Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 10 2009 Marzu Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 22 2009 April Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 18 Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Għaddasa 1 2009 Mejju Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 19
Leg 11 PQ #9044 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9045 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti infrastrutturali f'Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 5947 dwar proġetti infrastrutturali f’Għawdex, jista’ l-Prim Ministru jgħidli x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9048.
Leg 11 PQ #9030 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Micro enterprise park

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta r-rapport mid-Direttorat tal-Ippjanar dwar il-bini ta’ micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-kontribut għall-Prodott Gross Domestiku nazzjonali f’termini assoluti u bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku totali tal-intrapriżi l-kbar kollha f’Malta li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9036 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali tal-MCESD

Question

B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 7565 dwar il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD, jista’ l- Prim Minstru jgħid x’sar s’issa fuq ir-rakkmandazzjonijiet li għamel dan il-Kumitat? Jista’ jgħidli x’hemm ħażin li l-Minuti ta’ dan il-kumitat ikunu aċċessibbli għall-Membri ta’ din il-Kamra u tal-poplu in ġenerali? Fihom materja li mhijiex ta’ interess pubbliku? Jistgħu l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat ikunu miftuħa għall-membri tal-pubbliku? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan l-MCESD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritlux xi rakkmandazzjoni li ġejja mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-MCESD dwar statistika reġjonali għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq din ir-rakkmandazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir xogħol fil-ġbir ta’ statistika fuq bażi reġjonali. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika ser jippubblika news release dwar dan is-suġġett fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #9038 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Zewwieqa Waterfront

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'sar s’issa fuq il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront? Meta mistenni li jibda dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li xogħol relatat mal-proġett taż-Żewwieqa diġa’ beda kif indikat fir-risposti tal-mistoqsija parlamentari Numru 2067 ta’ din il-Leġislatura u Numri 27518 u 29310 tal-Leġislatura ta’ qabel. Inżid ngħid li bħalissa l-applikazzjoni għal dan il-proġett qiegħda il-Mepa għall-approvazzjoni.

Bini ta' airstrip f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritlux xi rakkmandazzjoni li ġejja mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-MCESD biex isir studju ta’ fattibilita’ dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq din ir-rakkmandazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma rċevejt xejn minn dak li qed isemmi hu.

Għawdex — ħolqien/tkabbir ta’ yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8778 u jgħid x’inhuma l-proġetti li hemm għall-ħolqien jew tkabbir ta’ yacht marinas f’Għawdex? Fiex wasal kull proġett? Meta hu mistenni li jinbeda u jispiċċa kull proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8748, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet ta’ kunfidenzjalità li minħabba fihom ma jistax jagħti l-Prodott Gross Domestiku Settorali għal Għawdex għas-snin 1999 sa 2007 klassifikat skond NACE A17 – ESA 95 taħt il- Production Account ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-raguni hija li iktar ma tidħol f’dettal fl-attivitajiet ekonomiċi bħal ma jiġri meta tikklassifika skond NACE A17, speċjalment fil-każ ta’ Għawdex, ikun hemm biss xi kumpanija jew tnejn f’dik l’attivita’ partikulari li jekk nagħtu l-informazzjoni fuqhom inkunu qegħdin pratikament ngħidu kif sejrin kumpaniji individwali. Din tikkomprometti il-kunfidenzjalita’.
Leg 11 PQ #8978 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min għamlu u meta? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 6016 li ngħatat fis-seduta 83.
Leg 11 PQ #9003 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Dħaħen miċ-ċumnija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid id-dħaħen suwed li spiss joħorġu miċ-ċumnija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn xiex huma kkawżati? Tista’ tgħid jekk dawn id-dħaħen humiex konformi mal-liġijiet Maltin u ma’ dawk Ewropej?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8773 u jgħid kemm daħlu yachts f’kull yacht marina f’Malta u Għawdex separatament kull xahar mill-1999 ‘l hawn? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar kemm daħlu passiġġieri fuq il- yachts ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Marittima żżomm rekord ta’ dħul ta’ yachts fil-marinas tagħha biss, fuq bażi annwali u mhux xahar b’xahar. Lanqas ma tinżamm informazzjoni dwar in-numru ta’ passiġġieri li jidħlu fuq il-yachts. Għaldaqstant, in-numru ta’ visiting yachts li daħlu fil-marinas ta’ l-Awtorita’ Marittima bejn l-1999 u l-2008 huwa kif jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

baga li se titqiegħed fix-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8774 u jgħid kemm tiżen u x’dijametru fiha l-baga li se titqiegħed fix-Xlendi? Jista’ jgħid kemm hu l-galleġġjament nett tagħha? Jista’ jgħid jekk it- tender għax-xiri tagħha ngħatatx? Jekk fl-affermattiv, min ħadha u meta huwa obbligat li tiġi stallata f’postha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tkun tista’ tingħata meta jintem il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-baga u li bħalissa qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 11 PQ #9020 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Child care centre

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8775, peress li l-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li rreferietni għaliha ma fihiex l-informazzjoni kollha li tlabtha, tista’ l-Ministru tgħid fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-ċentru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan iċ-ċentru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #8710 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8537 u cioè: B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 7529 dwar servizzi tal-ajru bejn l-ajruport ta’ Malta u Għawdex, jista’ jgħid għaliex il-Gvern ħalla dan is-servizz wieqaf u ma fetaħx sejħa għal public service contract ? Meta mistenni li tinfetaħ din is-sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suq f’dan il-qasam hu liberalizzat u l-Gvern lest jikkunsidra kull talba mill-privat sabiex wieħed jipprovdi servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex sakemm din tkun ġiet ipproċessata u approvata mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija numru 7529.