Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9439 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9440 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Settur Finanzjarji — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur finanzjarju f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar t’April ta’ din is-sena? Jista’ jikklassifikahom f’full-time u f’part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Għawdex - impjegati

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi ma għandux impjegati f'Għawdex li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 11 PQ #9442 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Għawdex - impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista’ tagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.

own resources dovuti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-formula u jgħid fuq liema ammonti u kif inħadmu u ġew ikkalkulati l-own resources li kienu dovuti kull sena mill-2004 sal-2008 lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mid-Dħul Gross Nazzjonali, mill-UK Rebate u minn riservi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Capital Gains Tax u bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru f'Għawdex Capital Gains Tax u bolla fuq kuntratti mill-Gvern sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9030 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Micro enterprise park

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta r-rapport mid-Direttorat tal-Ippjanar dwar il-bini ta’ micro-enterprise park fi Triq il-Madonna tar-Rummiena fix-Xewkija Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità qed tistenna l-Fire and Safety Report tas-sit mingħand l-applikant. Wara li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħti l-kunsens tiegħu r-rapport ikun jista' jitlesta’.

Prodott Gross Domestiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-kontribut għall-Prodott Gross Domestiku nazzjonali f’termini assoluti u bħala perċentwali tal-Prodott Gross Domestiku totali tal-intrapriżi l-kbar kollha f’Malta li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Valur Mizjud Gross ta’ l-Intrapriżi kbar kollha li jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq hija stmata għall-€924.6 miljuni għas-sena 2008. Dan jammonta għall-18.7% tal-Valur Mizjud Gross ta’ l-ekonomija kollha li huwa stmat li jlaħħaq €4,933.5 miljuni.
Leg 11 PQ #9036 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali tal-MCESD

Question

B'referenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 7565 dwar il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD, jista’ l- Prim Minstru jgħid x’sar s’issa fuq ir-rakkmandazzjonijiet li għamel dan il-Kumitat? Jista’ jgħidli x’hemm ħażin li l-Minuti ta’ dan il-kumitat ikunu aċċessibbli għall-Membri ta’ din il-Kamra u tal-poplu in ġenerali? Fihom materja li mhijiex ta’ interess pubbliku? Jistgħu l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat ikunu miftuħa għall-membri tal-pubbliku? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant mitlub jirreferi għar-risposta ċara li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7565. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li fejn jirrigwarda l-minuti u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, l-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan l-istruttura tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jsegwi bl-istess mod is-sistema li hemm in vigore fil-Kunsill.
Leg 11 PQ #9391 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ urġenti ta' MRI

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, isirilha l-MRI kemm jista' jkun malajr peress li l-appuntament tagħha huwa għal Awwissu, imma dan huwa każ urġenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9053 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-2013, il-Gvern, permezz tal-Ministeru għal Għawdex ser ikun qiegħed jimplimenta il-programm elettorali ppreżentat fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet. Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant, il-proġett li jiġu ffinzjati mill-UE jgħaddu minn proċess ta' l-għażla u għalhekk hu prematur li jingħad liema ser jiġu ffinzanzjati minn fondi tal-UE.

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9055 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 9048.
Leg 11 PQ #9061 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qbajjar - Promenade - tiswijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni, meta titkisser xi ħaġa fil-promenade tal-Qbajjar ta' Għawdex, din ma tissewwiex jew tiġi mibdula, bħal ma hu l-każ tal-funtana, li ilha iktar minn tliet snin imkissra, u dan l-aħħar tkissru wkoll xi wieħed mill-bankijiet u dik il-parti fejn it-tfal imorru jiżżerżqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-promenade tal-Qbajjar taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' taż-Żebbuġ. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #9062 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — servizz ta' helper

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fir-raħal tax-Xewkija Għawdex, m'hemmx helpers u hemm ħafna anzjani bla servizz ta' helper? Taf li irrispettivament minn dak kollu li jintqal mill-Gvern fir-rigward tal-anzjani, dan in-nuqaas fis-servizz qiegħed jikkawzalhom tbatija iebsa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm numru ta' persuni li għadhom mingħajr is-servizz ta' l-għajnuna fid-djar għall-anzjani. Il-Ministeru diġa' għamel talba għall-mili ta' dawn il-postijiet.
Leg 11 PQ #9063 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — ċimiterju - waiting list - sepultura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fuq il-wating list biex jakkwistaw dritt ta' sepultura billi jingħataw qabar fiċ-ċimiterju tar-Rabat li hemm fil-limiti tax-Xewkija Għawdex? Huwa l-ħsieb ta' dan il-Gvern li jingħataw il-fakultà li jixtru dan id-dritt ta' sepultura fiċ-ċimiterju tar-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma teżisti l-ebda waiting list ta' persuni sabiex jakkwistaw dritt ta' sepultura fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fix-Xewkija, Għawdex. Kull persuna għandha d-dritt ta' sepultura fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex bla ħlas, fejn isir użu ta' oqbra komuni fl-istess ċimiterju li jippartjenu lill-istat. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi jekk qed jirreferi għal xiri ta' oqbra fil-preżent hemm 254 applikazzjoni fil-waiting list u l-proċess għal din il-fakulta' wasal fi stadju avvanzat ħafna.
Leg 11 PQ #8539 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise tourist li jżuru Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8024 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex din is-sena u fis-sentejn 2010 u 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għas-sena 2009, huwa mistenni li ser jidħlu u jsorġu Għawdex sitt (6) Cruise Liners li fuqhom sa jkun hemm madwar 3,185 Cruise Tourists. Il-Cruise Liners huma mistennija li jżuru Għawdex bejn ix-xhur ta’ Ġunju u Novembru ta’ din is-sena. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Aġenti li jirrapreżentaw dawn il-vapuri. Huwa kmieni wisq biex wieħed jagħti figura finali għas-sena 2010 imma s’issa vapur wieħed huwa konfermat li se jidħol Għawdex fis-sajf b’madwar 1,600 passiġġier abbord.
Leg 11 PQ #8744 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruiships lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8024 u 8539 u jgħid kemm cruise tourists mistennija jżuru Għawdex mill- cruiseships li se jidħlu Għawdex din is-sena u fis-snin 2009, 2010 u 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8539.

Għawdex — Imġarr - Rmiġġi roro

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ngħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.