Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Xagħra - sqaq mhux aċċessibli

Question

B'referenza għal PAB 678/96 u l-ECF 1446/96 li dwaru hemm sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar datata 3 ta' Novembru 2000 u li nonostanti l-istess sentenza, l-appellanti reġgħu poġġew franka stones u materjal ieħor 'il barra mil-linja uffiċjali bil-konsegwenza li abitanti tal-istess sqaq li jagħti għal Triq Marija Bambina Xagħra Għawdex ilhom snin ma jistgħux jgħaddu minn dan l-isqaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħditx direct action u tiġi inforzata l-liġi aktar u aktar meta f'dan il-każ, id-direct action tista' tiġi inforzata finalment fi ftit spejjeż u dan meta hemm ordni ta' inforzar bin-numru ECF/00513/11 li dwaru ma sar l-ebda appell?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Cost-Benefit Analysis għat-tkabbir tal-Port tal-Imġarr

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35633 fejn ntqal li l-gvern jidhirlu li hu aktar bżonnjuz li ninvestu f’mina milli jsir it-tkabbir tal-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost-benefit analysis taż-żewġ proġetti? Jekk sar, il-gvern għamel analiżi komparattiv taż-żewġ proġetti? X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull proġett? Fuq liema kriterji l-gvern wasal għall-konklużjonijiet tiegħu? X’inhuma t-timeframes għall-proġett tal-mina? Hemm xi studji li qed isiru bħalissa? Jekk hemm, dwar xiex qed isiru? Min qed jagħmilhom? Jekk m’hemmx, hemm xi ħsieb li jsiru? Dwar xiex se jsiru u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Investiment Barrani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35631 u jgħid kemm kien l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-pajjiż minn fejn ġie l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar ċifri li għandna miġbura huma sa Ġunju 2011. Iċ-ċifri sal-aħħar tal-2011 għadhom qed jinħadmu u se jkunu ppublikati aktar tard dan ix-xhar. L-informazzjoni disponibbli qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tali informazzjoni mhux qed tinkludi l-pajjiżi minn fejn ġie l-investiment minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

Pontoons — Cruiseliners f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin il-bagi u l-pontoons li jorbtu magħhom il-cruiseliners f’Għawdex? Kemm hemm bagi u pontoons f’kull post? Meta tqiegħdu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sit fejn tqiegħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #35750 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żjarat barra minn Malta minn uffiċjali Maltin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35203 dwar breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012, tista' l-onor Ministru dwar kull żjara tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-GA 27 u GA 27A li hemm referenza għalihom fil-Post Travel Submission Forms?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35085 u 34647 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35752 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

language schools reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex separatament? Kemm jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti? Ta' liema lingwi huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hawn 40 skola tal-EFL liċenzjata, 39 f’Malta u 1 f’Għawdex. Skont l-istatistika l-iktar reċenti tal-NSO jiġifieri tal-2011 għandna l-informazzjoni li ġejja: Fl-2011, 1,287 għalliema ħadmu fl-iskejjel tal-EFL liċenzjati f’Malta u Għawdex Fl-2011, 69,297 student tal-EFL ġew Malta, bl-Italja, Ġermanja, Russja u Franza ikunu l-ikbar suq. Italja – 12,364 student Germanja - 11,874 student Russja - 8, 238 student Franza - 8,083 student Informazzjoni dwar kemm studenti jistgħu jieħdu ma tistax tiġi determinata minħabba meta Skola tal-EFL tilħaq il-kapaċita massima tagħha tista’ tapplika għal Anness u tuża spazju ta’ klassijiet addizzjonali.

Malta Health Review Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35388 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jara li jerġa' jiġi appuntat il-Malta Health Review Tribunal?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — nies jaħdmu bit-telework

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħaddiema li wara l-1 ta' Jannar 2011 bdew jaħdmu t-telework fl-istess dipartiment f'Għawdex u lista ta' dawk li ġew f'Għawdex trasferiti f'dipartimenti oħra wara din l-istess data u llum qed jaħdmu t-telework f'Għawdex? Jista' jgħid id-data meta għamlu t-talba biex ikunu jistgħu jaħdmu t-telework jew biex jiġu trasferiti f'dipartimenti oħra f'Għawdex?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija mhix ċara u ma tispeċifikax għal liema dipartiment qed jirreferi. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija b'mod li tkun tista' tiġi mwieġba.
Leg 11 PQ #35979 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Intern

Għawdex — CID

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm baqa' pulizija stazzjonati f'Għawdex fl-iskwadra tas-CID? Peress li jidher li l-unika tnejn li baqa' fl-iskwarda tas-CID f'Għawdex se jispiċċaw mill-korp, jista' jgħid kemm pulizija beħsiebha tkun komposta din l-iskwadra tas-CID?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm żewġ membri tal-Korp li jagħmlu xogħol ta’ CID f’Għawdex. Infurmat ukoll illi t-tqassim tal-membri tal-Korp isir skont l-esiġenzi tal-Korp u n-neċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien.

feasability study dwar irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35272 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-environmental impact assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-parti tal-feasibility study li tikkonċerna il-proġett dwar il-bini ta’ rmiġġ għall-cruise liners fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr. Dan sar abbażi tal-ewwel stimi tax-xogħol u għalhekk għandu jitqies bħala indikazzjoni preliminarja tant li stimi oħra diġa jindikaw spiża ħafna aktar għolja. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Appropriate Assessment li sar fuq talba tal-MEPA bħala parti mill-proċess tal-EIA, liema proċess kif ukoll rapport tal-EIA jiġu konklużi wara li l-MEPA tiddiċiedi fuq l-eżodu tal-imsemmi Appropriate Assessment.

fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35270 dwar fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min għamel il-proposta lill-Gozo Channel? Meta saret il-proposta? Jista’ jpoġġi kopja tal-proposta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid meta se tkun konkluża l-evalwazzjoni ta’ din l-proposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-proposta saret mill-Grupp Universitarji Għawdxin bħala parti minn Survey li għamlet hi stess fost l-istudenti Għawdxin. Il-proposta tressqet waqt diskussjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali nhar it-22 ta’ Mejju 2012. Kopja tal-proposta diġa qegħda f’idejn il-Kamra tar-rappreżentanti u tista tinġabar mingħand l-Editing Section. Nifhem li l-kumitat qed jikkunsidra li jħejji rapport tekniku dwar il-vijabbilità tagħha. L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35270, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proposti li għandha l-Gozo Channel u li qed jiġu evalwati? Minn min saru dawn il-proposti u meta saru? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-proposti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid meta se tkun konkluża l-evalwazzjoni ta’ kull waħda mid-diversi proposti li rrefera għalihom l-Ministru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru 35745.
Leg 11 PQ #35747 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768 u 35207 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34503 u 35020 u jgħid kemm intnefqu flus kull sena mill-2004 ‘l hawn fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-kumpanija Gozo Channel? Kemm hu mistenni li jintnefqu din is-sena? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont liema passiġġieri u servizzi huma koperti b’dan il-Public Service Obligation?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35749 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

żjartat barra minn Malta

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-aħħar ta' April 2012 diġà ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 35203. Ninsab infurmata wkoll li ma saret l-ebda safra minn uffiċċjali tal-Ministeru fix-xahar ta' Mejju 2012.

MEPA — informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35295, jista’ l-Ministru jgħid għaliex skont il-konklużjoni tal-AA, il-proposta hija oġġezzjonabbli fi prinċipju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relattiv għall-oġġezzjonijiet tagħha?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li tqajmu mill-"Appropriate Assessment" kienu l-impatti mistennija waqt il-fażi tal-kostruzzjoni (l-aktar minħabba t-tħaffir għall-pedamenti) u t-tqalliegħ tal-baħar waqt l-operat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Appropriate Assessment kif ukoll id-dokument tal-MEPA kif mitlub fl-Interpellanza.

MEPA — informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35295, jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Direttorat tal-Ippjanar qed jikkonsulta mal-applikant issa sabiex jiġi determinat jekk hux se jitkompla il-proċess tal-EIA li dan il-proċess suppost beda fl-2003, cioè 9 snin ilu? X’żamm illi dawn il-konsultazzjonijiet ma sarux qabel? Min hija l-kumapnija li nagħtat il-kuntratt biex tagħmel l-EIA? Meta nagħtat il-kuntratt? X’inhu n-numru tat-tender relattiv?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA kienet avżat lill-applikant illi jinħtieġ EIA u ħarġet it-termini ta' riferenza fis-17 ta' Lulju 2003. L-EIA ġie sottomess lill-MEPA fl-2007 u għal darb' oħra fl-2008. Dan l-istudju kien preparat minn Ecorys Nederland Bv u Euroconsultants SA u s'issa għadu ma ġiex konkluż. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent ħareġ diversi avviżi lill-applikant sabiex jiġi konkluż dan ir-rapport. Sadanittant, id-Direttiva 92/43/EEC (EU Habitats Directive) ġiet introdotta fil-liġi Maltija, permezz ta' l-Avviż Legali 257 ta' l-2003 (u aktar tard l-Avviż Legali 311 ta' l-2006 li daħal fis-seħħ minfloku) u għalhekk f'Ottubru/Novembru ta' l-2009 l-applikant ġie avżat li hu neċessarju li jsir Appropriate Assessment (AA). Fid-19 ta' Frar 2010, Transport Malta avżat lill-MEPA illi Adi Associates Environmental Consultants Ltd se jkunu qed iħejju l-AA. F'Marzu ta' l-2010, ġie sottomess ir-rapport tal-konsulenti li tqabbdu mill-applikant biex jieħdu ħsieb l-istudji ta' l-AA, u ġie stabbilit li l-iżvilupp propost se jkollu impatti inaċċettabbli fuq tip ta' habitat li jaqa' taħt l-ambitu tad-Direttiva Ewropea. Abbażi ta' dan ir-rapport, f'Mejju ta' l-2010 saret ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Ħarsien ta' l-Ambjent li kkonkludiet il-proċess ta' l-AA. Fit-3 ta' Frar 2012, l-applikant innotifika lill-MEPA li se jwaqqaf il-proċess tal-EIA minħabba r-riżultat negattiv tal-AA. Fl-4 ta' Ġunju 2012, id-Direttorat tal-Ippjanar talab lill-applikant biex jikkonferma formalment l-intenzjoni tiegħu dwar l-EIA qabel ma jiġi finalizzat ir-rapport tad-Direttorat dwar din l-applikazzjoni.

Port tal-Imġarr — proġetti ta' tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 35294 u jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għat-tkabbir tal-port tal-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34638.

Għawdex — Imġarr - faċilitajiet ta’ rmiġġ/i

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 35293 u jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett għal faċilitajiet ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-port tal-Imġarr? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumneti li ġew sottomessi mal-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġġorr in-numru PA/03051/03?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21310 fejn irreferejt għall-fatt li l-NHAC (Heritage Advisory Committee) fi ħdan id-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA ma' jirrakkomandax din l-applikazzjoni/proposta. Is-sitwazzjoni ma' nbidlitx u dan il-proġett mhux ipprogrammat għall-iżvilupp. Id-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.