Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-€4 miljuni li l-gvern ibbaġitja għas-sena 2010 biex titnaqqas il-waiting list fl-Isptar Mater Dei intnefqu fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Jista' din l-informazzjoni jaqsamha, fuq:
a) operazzjonijiet tal-ortopedija;
b) operazzjonijiet tal-marrara;
ċ) operazzjonijiet tal-katarretta; u
d) operazzjonijiet oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Żjara tal-Ministru Taljan — taħdidiet mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħdidiet li l-Gvern Malti kellu jagħmel mal-Gvern Taljan rigward is-settur tas-saħħa wara ż-żjara tal-Ministru Taljan fil-bidu ta' din is-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-pazjenti li kienu fuq il-waiting lists għal knee u hip replacements sal-31 ta' Diċembru, 2009 ġew operati fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li se jinxtara CT Scan għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jekk iva, kif se jinxtara dan il-makkinarju jekk hux bit-tender process u jekk iva, meta se joħorġu l-call for tenders? Meta hemm il-ħsieb li se jiġi stallat dan l-apparat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Isptar Ġenerali t'Għawdex se jkun attrezzat b'
CT Scanner
. Dan huwa possibli permezz ta' sejħa pubblika li kienet tinvolvi
EU tendering
. Dan il-proċess huwa konkluż u dalwaqt jibda x-xogħol relatat ma' l-istallar ta' dan l-apparat.
Sptar Mater Dei — average percentage bed occupancy
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-average percentage bed occupancy mill-każijiet tal-mediċina fl-Isptar Mater Dei għax-xahar ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2010? Kemm minn dawn il-każijiet ddaħħlu b'mard respiratorju? Kemm minnhom kienu residenti tas-South ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk il-VolServ jew xi membri tagħha kellhomx jew għandhomx xi permess biex ibiegħu il-giftware bħalma wħud mill-membri ta' din l-organizazzjoni kienu qed jagħmlu il-ġimgħa 5 ta' Mejju fil-foyer tal-Outpatient Block tal-Isptar Mater Dei għall-ħabta tal-11.00a.m.?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra
POYC system — valur tal-mediċini u affarijiet oħra
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju tal-mediċini u affarijiet oħra relatati mat-trattament tal-pazjenti li kellhom jintremew għax skadew minn mindu bdiet taħdem il-POYC system?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex l-operazzjonijiet tal-emerġenza tal-ġurnata, fil-maġġoranza tal-ġranet jibdew isiru wara s-7.00 pm meta t-team kirurgu jkun jista' jibda qabel dan il-ħin u s-swali tal-operazzjonijiet ma jkunux qed jintużaw?
Tqassim tal-pilloli u titqib ta' l-insulina lill-anzjani
Question
Ladarba t-tqassim tal-pilloli kif ukoll it-titqib ta' l-insulina fil-homes ta' l-anzjani huwa kompitu tan-nurses, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern qiegħed jassigura li dan qiegħed iseħħ? Fejn għandhom iressqu l-ilmenti tagħhom il-qraba ta' dawn l-anzjani meta dan ma jseħħx? Min jinżamm responsabbli meta din il-proċedura ma tinżammx u jiġri xi każ fatali?
Sptar Mater Dei — job description għan-nurses, deputy nursing officers u nursing officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix job description għan-nurses, deputy nursing officers, u għan-nursing officers li jaħdmu fis-swali tal-Isptar Mater Dei?
Jekk iva, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex dawn qatt ma ġew stabbiliti?
Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju tal-mediċini u affarijiet oħra relatati mat-trattament tal-pazjenti li kellhom jintremew għax ġew expired mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009 mill-:
i. Medical stores
ii. In-patient Pharmacy Mater Dei Hospital
iii. Out-patient Pharmacy Mater Dei Hospital
iv. Sptar Boffa
v. Sptar Monte Carmeli
vi. u mill-polikliniċi ta' Malta individwalment?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Strumenti ta' l-operazzjonijiet sterilizzati fil-privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema speċjalitajiet fl-Isptar Mater Dei qed ikollhom l-istrumenti ta' l-operazzjonijiet tagħhom sterilizzati fil-privat u mhux fil-CSSD (Central Sterile Supplies Department) ta' l-Isptar Mater Dei? Kemm qed iqum dan l-eżerċizzju fil-ġimgħa lill-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' nurses li qed jokkupaw postijiet maniġerjali u 'l fuq minn dawn, kif ukoll amministrattivi:
fl-Isptar Mater Dei,
fl-Isptar Boffa,
fl-Isptar Monte Carmeli
kif ukoll f'kull poliklinika f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Mediċini mogħtija mill-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju ta' mediċini u affarijiet oħra relatati mal-investigazzjoni kif ukoll mat-trattament tal-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ġew rikjesti biex jingħataw dirett mill-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Xi pazjenti lmentaw li l-clamps li qed jintużaw fuqhom waqt li huma jkunu fuq il-magna tal-kliewi qed ikollhom tebgħat ta' demm ta' pazjenti oħrajn u mhux qed jinħarġu minn packs sterilizati kif kienet il-prattika sa ftit ġimgħat ilu. Jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni li dawn il-clamps qed jiġu mnaddfa u sterilizati lege artis?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fl-aħħar leġislatura l-Gvern żied it-taxxa tal-VAT minn 15% għal 18%, żieda ta' 20% għall-introjtu tal-Gvern minn fuq din it-taxxa li kellha tmur bħala nefqa addizzjonali għas-settur tas-saħħa, jista' l-Ministru jagħti rendikont sena b'sena sal-lum ta' kemm kienu l-ammonti ta' flus li iddaħħlu minn fuq din iż-żieda ta' 20%? Kemm minn dawn l-ammonti marru bħala ħlas addizzjonali fuq l-ispiża tas-saħħa sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul globali mill-1 ta’ Jannar 2004 sa l-aħħar ta’ Mejju 2009 kien kif muri fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-Dipartiment tal-VAT mhux f’pożizzjoni li jiddetermina kemm minn dawn l-ammonti huma attribwiti għaż-żieda in kwistjoni, minħabba l-fatt li matul is-snin jibqa’ ikun hemm dħul sena wara sena li jkun jirreferi għas-snin ta’ qabel, kif ukoll minħabba t-tkabbri fl-ekonomija.
Rigward l-aħħar mistoqsija l-Gvern mill-2004 'il hawn nefaq dawn il-fondi fil-qasam tas-saħħa:
2004 - €181m;
2005 - €185m;
2006 - €194m;
2007 - €203m; u
2008 - €235m.
Għall-2009, il-Gvern ivvota xejn anqas minn €267m.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' anaesthetic machines li kienu jintużaw fl-Isptar San Luqa li ġew iddikjarati obsolete u min flokhom kellhom jinxtraw oħrajn ġodda għall-Isptar Mater Dei? Kemm minn dawn l-obsolete anaesthetic machines sarilhom overhaul u jistgħu jintużaw fil-contingency plan kontra s-swine fever fl-Isptar Mater Dei?
Sptar Mater Dei — Contingency plan kontra l-Swine Fever
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġiet tiswielu l-contingency plan u tal-apparat li kellu jinxtara biex ikun għal-lest biex jitwettaq dan il-pjan kontra s-swine fever jekk ikun neċessarju fl-Isptar Mater Dei?
Sptar Mater Dei — Manpower plan - call for applications
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm postijiet battala bħala konsulenti skont il-manpower plan tal-Isptar Mater Dei? F'liema dipartimenti huma dawn il-postijiet battala? Meta hu mistenni li tinħareġ il-call for application għal dawn il-postijiet wieħed b'wieħed?