Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — scafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa kuljum l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar madwar xahrejn ilu u sal-lum kull ma sar kien ġurnata xogħol biss fuq il-faċċata tal-istess awtorità?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar inkerha mingħand is-Sur Peter Fenech. L-ispiża biex jiġi armat u żarmat l-iscafolding ser tiswa €1,656 (incl VAT). B'effet mill-5 ta' Novembru 2012, beda jkun hemm ħlas addizzjonali ta’ €2.66 kuljum peress li nżamm aktar minn xahrejn fuq il-post. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-i scafolding intrama fuq parir ta' Perit biex ikun possibli li din il-faċċata tiġi spezzjonata u tittieħed deċiżjoni fuq kif għandha tiġi msewwija wara li rriżulta ħsara fil-faċċata. Bħalissa l-Awtorita' qed tistenna rapport mingħand il-Perit fuq il-ħtieġa tat-tip ta' xogħol li jrid issir u qiegħda tiġbor kwotazzjonijiet tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jinbdew x-xogħlijiet mill-aktar fis possibli.

MEPA — personal assistant tas-CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-personal assistant tas-CEO? Sar l-proċess normali kif stipulat fil-ftehim kollettiv tal-UTAC għal ħafra ta' personal assistant tas-CEO? Jista' jgħid x'hemm inkluż f'forma ta' allowances u benefiċċji fil-pakkett finanzjarju li għandha l-persuna magħżula?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-personal assistant taċ-CEO tal-MEPA intgħażlet mill-istess CEO sabiex isservi bħala assistenta personali tiegħu b'effett mill-21 ta' Marzu 2011. Ma saretx l-ebda sejħa għal din il-kariga. Bħal kull personal assistant ieħor fi ħdan l-Awtorita' din tirċievi above grade allowance. Peress li l-kariga taċ-CEO ġiet kostitwita sena ilu, il-grad tal-personal assistant taċ-CEO ġie ekwiparat mal-grad (grad numru 7) tal-PA taċ-Chairman tal-MEPA. Dan sar minn Awwissu ta' din is-sena. Hija tirċievi wkoll telephone allowance.

MEPA — scafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa kuljum l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar madwar xahrejn ilu u sal-lum kull ma sar kien ġurnata xogħol biss fuq il-faċċata tal-istess Awtorità?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — personal assistant tas-CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-personal assistant tas-CEO? Sar l-proċess normali kif stipulat fil-ftehim kollettiv tal-UTAC għal ħafra ta' personal assistant tas-CEO? Jista' jgħid x'hemm inkluż f'forma ta' allowances u benefiċji fil-pakkett finanzjarju li għandha l-persuna magħżula?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — Uffiċċju taċ-CEO - refurbishing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus l-uffiċċju l-ġdid taċ-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż dak kollu li nxtara bħala parti mir-refurbishing ta' dan l-uffiċċju? Huwa minnu li fost l-oħrajn, intnefqu mal-€1,200 fuq pjanti (indoor plants) biex isebbaħ l-uffiċju tiegħu?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — skola sekondarja tas-subien - court li ġie mgħotti

Question

Wara li tfassal sillabu ġdid tal-Edukazzjoni Fiżika, li għandu jwassal sabiex it-tagħlim tal-PE isir pemess tal-kunċett tat-teaching games for understanding li jisħaq li waqt il-lezzjoni tal-PE, it-tfal ikunu maqsumin fi gruppi żgħar li jilgħabu diversi small sided games bħal invasion games: football, hockey, handball, net/wall games, badminton, volleyball u tennis, kif tista' l-Ministru tispjega l-fatt li fl-iskola sekondarja tas-subien taż-Żokrija fil-Mosta se jiġi, ġie stallat b'mod fiss handball surface pitch li għatta l-court b'markings li kien hemm u b'konsegwenza ta' dan handball biss jista' jiġi pprattikat fl-istess court? Dan ma jtellifx lit-tfal mill-intitolament tas-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika waqt il-ħin tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi installat handball pitch fl-iskola Kulleġġ Maria Regina, Sekondarja Subien, Mosta, l-iskola ġiet ikkonsultata dwar din l-istess proposta. L-iskola tat il-feedback tagħha u ma kien hemm l-ebda referenza li se jitnaqqsu l-faċilitajiet sportivi jekk jiġi installat dan il-pitch. Tant hu hekk, li anke issa l-iskola ssostni li hemm spazju biżżejjed fl-iskola biex isiru lezzjonijiet tal-PE f’dixxiplini differenti u dawk imsemmija fil-mistoqsija parlamentari jistgħu jsiru f’żoni alternattivi. Ta’ min jgħid ukoll li l-handball pitch stess tista’ tintuza għal dixxiplini oħra. Wieħed ukoll irid jinnota li l-handball huwa sport relattivatment ġdid hawn Malta u għalhekk huwa pass għaqli li fi skola jkollna din id-dixxiplina wkoll.

Mediċina radioattiva għat-Tyhroid Ablation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li wara li ngħataw trattament bil-mediċina radioattiva Iodine għal Tyhroid Ablation, intbagħtu d-dar minflokk inżammu fil-post speċifiki għal wara dan it-trattament fl-Isptar Boffa? X'kienu l-istruzzjonijiet li ngħataw dawn il-pazjenti? Kif ġie mmaneġjat il-radioactive excreta ta' dawn il-pazjenti? X'kienet ir-raġuni li s-solita prassi ma nżammitx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li trid issir distinzjoni bejn żewg tipi ta’ trattament bl-jodju rajuattiv: (a) Dak għall-kura tal-kanċer tat-tirojde – fejn id-doża hija pjuttost qawwija u kull pazjent jinżamm f’kamra mgħammra apposta. Id-dranaġġ minn din il-kamra jinżamm f’sistema ta’ tankijiet, u id-dranaġġ jiġi mormi biss wara numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay . Il-pazjent jintbgħat id-dar biss wara li l-ammont ta’ radjuattivita miżmum fil-ġisem jaqa taħt livell aċċettabli. (b) Dak għall-kura tat- thyrotoxicosis – fejn id-doża hija ħafna inqas u t-trattament jingħata bħala out-patients . Għalhekk: 1) L-ebda pazjent li jirċievi kura għall-kanċer tat-tirojde fuq bażi ta’ in-patient ma jintbgħat id-dar qabel ċertu perjodu. 2) Kull pazjent li jingħata trattament bl-jodju rajuattiv ( in jew out patient ) jingħata fuljett ta’ informazzjoni qabel l-appuntament għat-trattament. Ikollu laqgħa qabel it-trattament fejn ikun jista’ jsaqsi mistoqsijiet, kif ukoll istruzzjonijiet bil-miktub fuq prekawzjonijiet ta’ sigurta mir-radjazzjoni. Dan skond A.L. 472 ta’ l-2004. 3) Id-dranaġġ jiġi miżmum għal numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay .

Sptar Mater Dei — żjara mill-Università ta' Louvain

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'kien ir-riżultat minn dik il-viżita li għamlet id-delegazzjoni mill-Università ta' Louvain xi tliet snin ilu hawn Malta rigward is-settur tas-saħħa u l-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid għadx hemm xi kuntatti mal-University Hospital ta' Louvain? Jekk fl-affermattiv, f'liema settur u fuq liema livell?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fis-sena 2010 gie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita` u l-Universita Kattolika tal-Leuven. Permezz ta’ dan il-ftehim żewg tobba Maltin fil-livell postgraduate, wieħed fil-kirurgija u l-ohra fl-anesteżija ibbenefikaw minn taħriġ intensiv fl-isptar ta’ din l-Universita`. Iż-żewg tobba temmew it-taħriġ tagħhom b’success. Fl-2013, l-ispeċjalita` tal-Anesteżija ser tibgħat trainee ieħor għall-perjodu ta’ taħriġ. Tul l-2011, żewġ delegazzjonijiet mill-kirurġija u anki mill-anesteżija żaru ukoll dan l-isptar tal-Universita’ Kattolika ta’ Leuven bħala parti mill-istess ftehim.

Skema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm s'issa spiżeriji involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u kemm minn dawn għandhom l-aċċess għall-persuni b'diżabilità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 162 spiżerija privata li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Il-POYC ma żżomx informazzjoni fuq aċċess għall-persuni b’diżabilità fl-Ispiżeriji li qegħdin jipparteċipaw fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Skema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — spiżerija li nqatgħu mis-sistema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi spiżeriji li wara li kienu involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek iddeċidew li jinqatgħu minn din l-sistema u għal liema raġunijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn mindu bidet l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2007 kien hemm żewġ spiżeriji li ddeċidew li jinqatgħu minn din is-sistema. Fiż-żewġ każi, ir-raġuni l-ingħatat kienet li dawn ma setgħux ikomplu għar-raġunijiet personali.

Skema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek — Memorandium of Understanding

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jiskadi l-Memorandium of Understanding li għandu mal-ispiżeriji involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u jekk qegħdin isiru xi diskussjonijiet mal-Kamra tal-Ispiżjari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Memorandum of Understanding skada fis-27 ta’ Lulju 2012. Il-ftehim ġie estiz sa Diċembru 2012. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha kkonċernati f’dan ir-rigward.

diskussjonijiet biex jinfetħu medical schools

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għadhomx għaddejjin diskussjonijiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda, St George's Medical School u John Hopkins University separatament, biex dawn jiftħu medical schools Malta? Jekk iva fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, x'inhi r-raġuni għaliex dawn id-diskussjonijiet sfaw fix-xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sar proċess ta’ għażla wara sejħa għall-proposti mis-St George’s Medical School u r-Royal College of Surgeons tal-Irlanda. F’Jannar tal-2011, s-St George’s Medical School kienu nfurmati li kienu ntagħzlu mill-Bord tal-Għażla. Sfortunatament, is-St George’s ma kienux laqgħu l-istedina tal-Gvern biex jitwaqqaf dan il-programm. Bħalissa ma hemm ebda proċess ta’ diskussjonijiet biex titwaqqaf skola medika, ma’ ebda parti msemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari.

diskussjonijiet biex jinfetħu medical schools

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk għadhomx għaddejjin diskussjonijiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda, St George's Medical School u John Hopkins University separatament, biex dawn jiftħu medical schools Malta? Jekk iva fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, x'inhi r-raġuni għaliex dawn id-diskussjonijiet sfaw fix-xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 36755 li ġiet imwieġba mill-Onor. Ministru Cassar.

Research fil-kamp mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u min huma l-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei li qed jagħmlu research f'xi kamp mediku? Kemm minn dawn qed jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea? Għal kemm jammontaw individwalment dawn il-fondi? Liema huma t-topics tar-research tagħhom u meta hu mistenni li jispiċċa dan ir-research?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm tlett konsulenti li qed jagħmlu research f’ kamp Mediku. Hemm konsulent li s-suġġett tar-riċerka huwa Infection Prevention and Control, liema riċerka mistenni tispiċċa fl-aħħar ta’ din is-sena u li tammonta għal €93,645. Dan l-ammont ġej mill-fondi ‘Public Health Programme’ . Iż-żewg konsulenti l-oħra qed jagħmlu riċerka li hija studju fuq l-effett tal-kwalita’ tal-arja fuq it tfal ta’ bejn il-11u l-14-il sena u l ġenituri tagħhom. Din ir-riċerka tammonta għal €345,000 mill-fondi Italja – Malta, u huwa mistenni li tispiċċa f’Marzu 2013.

Sptar Mater Dei — ward ġdida għall-pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispiża li se jidħol fiha l-gvern biex ibiddel l-istoring space tal-uniformijiet tan-nurses f'level 1 Sptar Mater Dei f'ward bis-sodod għall-pazjenti? Kemm se jkun hemm sodod għall-pazjenti f'dan l-ispazju? Huwa ppjanat li jitpoġġew ukoll xi stretchers f'dan l-ispazju kif qed ikun hemm fl-emerġenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa għaddej proċess sabiex ikun magħruf jekk spazji li jeżistu ġewwa l-Isptar Mater Dei jistgħux jintużaw aħjar. Aktar informazzjoni tkun tista’ tingħata meta dan il-proċess jiġi konkluż.

Sptar San Vinċenz de Paule — residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar San Vinċenz de Paule li huma: a) indipendenti; b) dawk li għandhom bżonn carers; u ċ) dawk li għandhom bżonn għajnuna ta' nurses?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa hemm 1,111 resident fir-Residenza San Vincenz de Paule. Minn eżerċizzju li sar fl-aħħar ġimgħat ta’ Marzu 2011 jirriżulta li 17% ta’ dawn ir-residenti huma indipendenti skont il-modified Chricton score. Huwa diffiċli li tistabbilixxi eżattament bejn dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn is-servizz ta’ nursing care jew ta’ carers peress li dawn is-servizzi jikkumplimentaw lil xulxin fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. Infurmat wkoll li hemm 31% tar-residenti li huma klassifikati bħala mild-moderate functional impairment u 52% li huma klassifikati bħala total dependency . Hemm ukoll 30% tar-residenti li huma kkunsidrati bħala cognitively impaired .

Residenza San Vinċenz de Paule — abbuż sesswali fuq residenti nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet xhur kienx hemm rapporti ta' abbuż sesswali/stupru fuq residenti nisa fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm kien hemm każijiet simili fis-sena 2009 u fl-2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul dawn l-aħħar 3 xhur kien hemm rappurtat każ wieħed ta’ stupru/abbuż sesswali fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Fis-sena 2010 kien hemm każ wieħed ukoll rappurtat filwaqt li fis-sena 2009 ma kien hemm l-ebda każ. Il-każijiet kollha kienu ġew mgħoddija lill-pulizija għall-investigazzjoni. L-ewwel każ, il-persuna tkeċċa, filwaqt li t-tieni każ qed jiġi investigat mill-pulizija.

Kura tal-pazjenti tan-newrokirurġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Isptar San Raffaele ta' Milan dwar il-kura tal-pazjenti tal-newrokirurġija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Sa issa għad m’hemm l-ebda ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Isptar San Raffaele ta’ Milan.

Ħ'Attard — Roseville Home - residenti sussidjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Roseville Home f'Ħ'Attard li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li joħroġ il-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sa l-aħħar ta’ Frar 2011 f'Roseville Home, H’Attard kien hemm 87 residenti li qed jiġu sussidjati mill-Gvern biex jinżammu f’din il-home. Minn dawn is-87 resident hemm 56 li huma highly dependent u 31 semi dependent. L-ispiża għal Frar 2011 għal dawn ir-residenti kienet hekk: Semi Dependent - Euro 29,498 Highly Dependent - Euro 61,327

Sptar San Vinċenz de Paule — residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar San Vinċenz de Paule li huma: a) indipendenti; b) dawk li għandhom bżonn carers; u ċ) dawk li għandhom bżonn għajnuna ta' nurses?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.