Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn binjiet pubbliċi f'Malta u Għawdex u kemm minn dawn il-binjiet huma aċċessibli u konformi mar-regoli li jintalbu nies ikollhom postijiet pubbliċi provduti mill-privat? Kemm hawn postijiet pubbliċi provduti mill-istat li għadhom mhux skont dawn ir-regoli? Jista' jgħid meta huwa l-pjan li dawn il-postijiet se jiġu konformi ma' dawn ir-regoli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindika eżatt għal liema regolamenti qed jirreferi fil-Mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bżonn staff biex is-Settur Ċivil ikollu l-full complement u f'liema gradi jinsabu? Jista' jgħid meta se ssir sejħa biex dawn il-postijiet jiġu mimlija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħolqien ta’ vakanzi fis-Servizz Pubbliku huwa determinat mill-esiġenzi tas-Servizz u l-prijoritajiet tal-Gvern prevalenti minn żmien għal żmien. Għalhekk mhix kwistjoni li titkellem fuq full complement jew nuqqas tiegħu. Għaldaqstant, li jiġri hu li skont l-esiġenzi u l-prioritajiet, it-talbiet għal ingaġġ ta’ nies jiġi diskuss u miftiehem regolarment bejn uffiċjali mill-Public Adminsitration HR Office, il-Ministeru tal-Finanzi, u l-Ministeru li jkun issottometta t-talba. B’hekk it-talbiet rispettivi jiġu evalwati b’mod ħolistiku.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għamilx studju biex jara l-pensjoni medja tal-lum x'saħħa finanzjarja għandha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudji li saru s’issa kienu dwar l-adekwatezza tal-pensjonijiet u dawn kienu jifformaw parti mix-xogħol li sar dwar ir-Riforma fis-sistema tal-pensjonijiet.
Fil-fatt il-grupp tekniku fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-Pensjonijiet kien għamel studju bit-titlu “
Determining Adequacy
”. Dan l-istudju kien intiz biex jiggwida lil Grupp ta’ Ħidma fid-determinazzjoni ta’
replacement rate
adekwata f’sistema ta’ pensjoni sostenibbli.
Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ġie ppreżentat bħala
Supplementary Paper No 7
tar-rapport finali tar-Riforma tal-Pensjonijiet ta’ l-2005. Dan l-istudju jidher fil-
website
tal-Ministeru.
Barra minn hekk sar ukoll fl-istess żmien,
Social Impact Assessment
dwar il-pensjonijiet mill-istess Grupp ta’ Ħidma.
Jiena nfurmata ukoll li l-Grupp ta’ Ħidma għandu l-ħsieb li dawn l-istudji jiġu
updated
wara li jittieħdu deċizjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tar-Riforma tas-sistema tal-pensjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba tnaddaf Wied il-Qlejja fil-limiti ta' bejn ir-Rabat, il-Mosta u l-Baħrija f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin, kull sena sar xogħol ta’ tindif f’diversi partijiet minn Wied Qlejgħa, speċjalment fiż-żona magħrufa bħala Chadwick Lakes.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi grupp ta' ħaddiema li x-xogħol tagħhom huwa speċifikament li jaraw li l-widien jibqgħu jkunu mnaddfa u li ssir il-manutenzjoni meħtieġa ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għall-ilmijiet tax-xitwa? Jista' jgħid kemm huwa kbir dan il-grupp bħala riżorsi umani u x'budget għandhom għal sena xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan dan il-Ministeru hemm sezzjoni msejħa Valley Management Unit dedikata biex tagħmel xogħol ta’ riabilitazzjoni u tindif ta’ widien u ġibjuni tal-ilma tax-xita. Din is-sezzjoni fiha 29 ħaddiem, inkluż periti u uffiċjali tekniċi. Dan il-vot għas-sena kurrenti jammonta €400,000.
Tista' l-Ministru tgħid biċ-ċar jekk il-poplu Malti u Għawdxi għandux iħallas il-liċenzja tat-TV jew le? Tista' tgħid ekk din l-liċenzja hijiex se tiġi mneħħija jew jekk hemmx il-ħsieb li din se ssir b'mod ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni jew jitlob lill-awtorità konċernata tieħu azzjoni ħalli fil-Mosta tiġi rranġat l-anomalija li hemm iktar minn triq waħda bl-istess isem ta' Triq il-Waqqafa u bl-istess numri ġewwa dawn it-toroq, liema numri identiċi qed joħolqu problemi kbar lir-residenti tal-istess toroq? Jista' jintervjeni għaliex diġà tlabt lil diversi awtoritajiet biex jieħdu passi, imma ħadd m'għadu għamel xejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tlabt lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex jirreferi t-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali tal-Mosta peress li huwa l-Kunsill Lokali li jrid jagħmel tali talba skont proċedura stabbilita dwar bdil ta’ ismijiet ta’ toroq.
Jista' l-Prim Ministru jieħu passi sabiex fi Triq il-Waqqafa ġewwa l-Mosta jitwaħħlu rumps ħalli t-traffiku jnaqqas il-veloċità meta jkun għaddej minn din it-triq, liema nuqqas ta' rumps qed iħalli sewwieqa jgħaddu b'veloċità kbira? Jista' jintervjeni peress li diġà tlabt lil awtoritajiet oħrajn biex jieħdu passi, imma ħadd m'għadu għamel xejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex jirreferi t-talba tiegħu għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jsiru lights fil-by pass ta' bejn il-Mosta u l-Imġarr fil-parti fejn tidħol għad-Dwejra u fejn hemm it-tabella li tindika li dieħel l-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu t-turisti lejn Malta u minn liema destinazzjonijiet kienu, meta komparati mal-istess perjodu tas-sena l-oħra matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għall-istatistika uffiċjali fuq il-websajt tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. L-informazzjoni kollha mitluba permezz ta’ din il-Mistoqsija tista’ tinkiseb permezz ta’ dan il-link u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra:
http://nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=3086
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa f'għajnuna umanitarja l-għajnuna li Malta tat lill-pajjiż ġar tagħna, il-Libja, fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011?
Response (BORG, TONIO)
Wara l-għajnuna f'waqta fl-evakwazzjoni mil-Libja ta' madwar 20,000 barrani, il-gvern għaraf li s-sitwazzjoni gravi fil-Libja tirrikjedi assistenza umanitarja f'termini ta' provista ta' ikel, ilma u mediċini u anki ta' assistenza kirurgika fi sptarijiet Maltin għall-midruba fil-konflitt Libjan.
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li s-servizzi li ingħataw sa issa (12 ta' Ottubru 2011) mid-Dipartiment tas-Saħħa jammontaw għal € 211,439. Din l-ispiża tinkludi spejjeż ta' evakwazzjoni medika minn Sfax u minn Benghazi iżda ma tinkludix il-kura li qed tingħata bħal issa lil pazjenti Libjani li għandhom fl-isptar għal-kura. Ma tinkludix ukoll l-ispejjeż assoċjati mal-kura li qed tingħata preżentament fi sptar privati.
Hemm ukoll spiża li tammonta għal € 548,949 li ntefqu komplessivament bejn il-25 ta Frar u d-29 ta' Awwissu 2011 fuq provista ta' ikel għall-evakwati li twasslu Malta mill-Libja, assistenza medika għall-istess evakwati, transport bl-arju għar-ripartrijazzjoni ta' cittadnin għal pajjiżi terzi tagħhom kif ukoll għajnuna umanitarji u transport marittimu lejn Tripli.
Jista' l-Ministru jgħid fejn imur l-ilma li jiġbru l-culverts li jsiru fit-toroq Maltin u Għawdxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ilma li jinġabar fil-culverts li jsiru fit-toroq imur parti minnu ġewwa ġwibi, parti oħra fil-widien u hemm parti ta’ toroq li huma viċin il-baħar, fil-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx għamel studju ħalli jara fejn jispiċċa l-ilma li tiġbor kull culvert li għandna f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sezzjoni tal-Manutenzzjoni tal-Widien tal-Ministeru għaddejja b’ eżercizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar ġibjuni li jilqgħu l-ilma tax-xita ġewwa Malta. Bħala parti minn dan l-eżercizzju qed tinġabar ukoll informazzjoni dwar il-culverts li minnhom jintlew dawn il-ġibjuni. Dan l-eżerċizzju qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Transport Malta u l-Water Services Corporation li għandhom numru ta’ culverts li huma responsabbli għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jnaddaf il-culverts, jekk huwiex il-kunsill lokali jew xi ħadd mill-Ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tal-culverts huwa r-responsabilita ta’ dik l-entita li taħtha taqa ir-responsabbilta’ tal-area jew triq ta’fejn ikunu jinstabu dawn il-culverts. Jekk dawn il-culverts ikunu f’ toroq arterjali jew distributorji dawn jaqgħu taħt ir-responsabilita ta’ Transport Malta li ghanda ftehim mad-Direttorat tal-Indafa biex inaddafhom. Fil-kaz ta’ toroq oħra lokali dawn jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali rispettiv. Hemm ukoll ċertu culverts li jinstabu f’ areas li huma direttament taħt ir-responsabilita tal-Gvern Ċentrali u li jitnaddfu mill-MInisteru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx għamlu xogħol ta' tindif ta' culverts? Jekk iva, f'liema lokalità u għal kemm-il sena wara xulxin għamluh?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28292, ninfurmah li qabel ma kienet devoluta ir-responsabbiltà għat-toroq lokali lill-Kunsilli Lokali rispettivi, dan ix-xogħol kien isir mill-iStorm Water Unit. Ngħarrfu wkoll li l-Ministeru jagħmel ukoll tindif ta’ culverts li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Kunsilli Lokali meta dawn jagħmlu talba f’dan is-sens u jintlaħaq ftehim dwar il-ħlas għal dan ix-xogħol.
Arranġament simili seħħ għas-sentejn 2009 u 2010, fejn sar xogħol simili bi ħlas għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.
Tista' l-Ministru tgħid kemm marru Maltin jaħdmu fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2009, 2010 u 2011? Jista' jghid f'liema xogħol dawn marru jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m`ghandhiex din l-informazzjoni.
Il-korporazzjoni tirċievi biss
termination form
u xi drabi r-raġuni għat-terminu tal-impjieg tkun
abroad
irrelevanti jekk telqux lejn l-Ewropa jew le. L-ETC ma tkunx infurmata dwar f’liema pajjiż jew xogħol marru jaħdmu.
Maltin jaħdmu barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm marru Maltin jaħdmu barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2009, 2010 u 2011?Tista tgħid f'liema xogħol dawn marru jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m'għandhiex din l-informazzjoni.
Il-korporazzjoni tirċievi biss
termination form
u xi drabi ir-raġuni għat-terminu tal-impjieg tkun
abroad
irrelevanti jekk telqux lejn l-Ewropa jew le. L-ETC ma tkunx infurmata dwar f’liema pajjiż jew xogħol il-Maltin marru jaħdmu.