Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Biċċerija mill-2004 sal-lum? Liema proġetti kellhom isiru b'dawn il-flus u dawn il-flus intużawx kif kien ippjanat? X'inhu l-istat tal-Biċċerrija llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Aġenzija Sapport — għajnuna lil persuni b'diżabilità fil-komunità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jistennew biex jibdew jingħataw servizz mill-Aġenzija Sapport fil-komunità wara li ġie approvat li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa bħala servizz fil-komunità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm seba’ u tletin (37) persuna jistennew li jingħataw is-servizz fil-komunità wara li ġie approvat li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa bħala servizz fil-komunità.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità mill-Aġenzija Sapport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija SAPPORT tinforma li m’hemmx numru ta’ ġimgħat stipulati bejn iż-żmien minn meta jiġi approvat is-servizz u meta jibda jingħata l-istess servizz. L-Aġenzija tagħmel l-almu tagħha biex is-servizz jibda jiġi provdut mill-aktar fis possibbli, dejjem skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilita. F’dan il-Budget żdiedu ir-riżorsi u għalhekk iktar persuni b’diżabilità se jgawdu minn dan is-servizz.
studenti b'diżabilità — studju waqt il-ħin tal-iskola
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sapport fil-komunità biex studenti b’diżabilità, li fil-ħin tal-iskola jkollhom full-time Learning Support Assistant ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jistudjaw id-dar, meta dawn ma jistgħux jagħmlu dan waħedhom minħabba d-diżabilitajiet li jkollhom u meta x-xogħol jiżdied ħafna speċjalment minn Form 3 sa Form 5 fl-iskola sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi m’għandux programm wara l-ħin tal-iskola li jgħin it-tfal bil-homework. L-iskola tagħti gwida u struzzjonijiet ta’ dak li għandu jsir id-dar. Dan japplika ukoll għall-studenti li għandhom diżabilità.
Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book
Question
B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet fil-waiting list is-Sinjura li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li ilha tistenna għall-intervent tal-katarretti mill-2005?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il- file mediku tal- pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant din kienet ġiet irriferuta għall-ewwel darba bħala New Case għal Right Cataract fl-2003. L-operazzjoni biex titneħħa ir-Right Cataract saret fis-7 ta’ Mejju 2005. Il-pazjenta reġgħet ġiet irreferuta b’ticket of refarral bħala New Case għall-operazzjoni tal-Left Cataract fis-26 ta’ Marzu 2011. Hija tpoġġiet fuq waiting list għal Left Cataract Extraction f’April tal-2011. Għaldaqstant, is-sinjura Agius ilha tistenna fuq il-waiting list għal Left Cataract Extraction għal dawn l-aħħar 7 xhur.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-liftijiet tad-Dar tal-Anzjani tal-Gvern tal-Mosta jiġu msewwija għaliex wieħed ilu għaxar snin imkisser u l-ieħor ilu xahar ma jaħdimx? Huwa minnu li m'għandhomx parts għal dan il-lift u li l-mudell ta' dan il-lift ilu għaxar snin skadut?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju ta' kemm qed joħloq inkonvenjent għall-anzjani meta l-lifts fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta jkunu bil-ħsara, speċjalment għal dawk l-anzjani li jkollhom problemi bl-immobilità u għalhekk kull darba li dawn il-lifts ikunu bil-ħsara dawn l-anzjani jispiċċaw jew jibqgħu fuq, jew inkella l-anzjani li jkunu isfel ma jkunux jistgħu jitilgħu fuq biex jisimgħu l-quddiesa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Naċċerta lill-Onor. Interpellat li kif ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30689, qed isir dak kollu possibli biex is-servizz tal-lifts jiġi għan-normal fl-iqsar żmien possibli.
Naċċerta lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed isegwi dan il-każ mill-qrib.
skejjel tal-gvern — ħaddiema li għandhom il-kors tal-first aid
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li kapaċi jagħtu l-first aid fost it-tfal fl-iskejjel tal-gvern? Kemm-il darba ħadu dan il-kors u kull kemm isir taħriġ biex dawn il-ħaddiema jibqgħu aġġornati fit-taħriġ tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-iskejjel tal-gvern hemm 53 għalliem tal-
Health & Safety
ikwalifikati biex jagħmlu l-
First Aid
. Apparti minn dawn, id-Direttorat għandu informazzjoni minn għalliema oħra dwar jekk għandhomx din l-istess kwalifika. L-informazzjoni qiegħda fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mosta — Triq il-Qalbiena Mostin - speed cameras jew sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni biex jittieħdu passi ħalli Triq il-Qalbiena Mostin, Mosta ma tibqax qisha korsa tal-karozzi u jsiru speed cameras u/jew sleeping policeman ġo fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li rreferejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi ħalli jsiru traffic lights fi Triq il-Qalbiena Mostin, il-Mosta kantuniera ma' Triq il-Mitbaħ peress li ħafna tfal, anzjani u persuni oħrajn jagħmlu użu minn din il-cross road biex imorru l-mużew jew il-knisja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
xogħol li kien dieħel f'Malta u ġie miżmum mid-dwana
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu każjijiet ta' xogħol li kien dieħel f'Malta u għal xi raġuni jew oħra nżamm mid-dwana ta' Malta milli jidħol fil-pajjiż tul dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli ż-żona tas-Sriedaq fil-Mosta titnaddaf mill-ħmieg li hemm bħalissa, liema ħmieġ qed jattira ġrieden li qed jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi ż-żona imsemmija hija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li taħtu taqa’ ir-responsabbiltà għall-kunsilli lokali.
Mosta — tindif taż-żona tal-Knisja ta' San Pawl tal-Qlejja
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi neċessarji biex iż-żona tal-Knisja ta' San Pawl tal-Qlejja, fil-Mosta titnaddaf u tibqa' tinżamm nadifa mill-imbarazz u l-ħmieġ li jigi mormi fl-akkwati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29282.
uffiċjali pubbliċi li d-dwana żammewlhom xi xogħol milli jidħol f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm uffiċjali pubbliċi bħala propjetarji - jew li għandhom parti minn xi kumpanija - li minħabba xi raguni d-dwana ta' Malta żammewlhom ix-xogħol tagħhom milli jidħol f'Malta matul dawn l-aħħar 20 sena? Jekk iva, x'kien il-każ u kif ġie solvut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'każijiet kien hemm fejn kien dieħel xi xogħol f'Malta min-naħa tad-dwana fl-aħħar 20 sena u nżamm milli jidħol fil-pajjiż? X'kien il-prodott li kien se jigi importat f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
importaturi Taljani u Sqallin li jbiegħu xogħol lill-Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallsu kontribuzzjonijiet l-importaturi Taljani u Sqallin li qed idaħħlu x-xogħol tagħhom f'Malta u jmorru wara l-bibien tan-nies ibiegħu dan ix-xogħol a skapitu tas-sidien ta' negozji żgħar li jridu jħallsu l-kontijiet tal-kera tal-ħanut, id-dawl u l-ilma, minbarra l-pagi tal-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni fid-dipartiment ma tinżammx b’mod li tiddistingwi din il-kategorija ta’ nies mill-kategoriji l-oħrajn, għaldaqstant ma tistax tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija bid-dettalji kif mitluba.
Università ta' Malta — teżijiet preżentati minn studenti
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm kien hemm teżijiet li ġew preżentati minn studenti lill-Università ta' Malta fis-sena 2010? Ta' liema fakultajiet kienu u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm teżijiet ta' studenti li saru u ġew preżentati matul is-sena 2010 lill-Università ta' Malta kienu jagħmlu parti minn xi proġett jew li permezz tagħhom intefa' dawl fuq xi proġett jew policy tal-Gvern Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-fakultajiet tal-Universita’ dejjem jipproponu lill-istudenti suġġetti u temi għat-teżijiet tagħhom li jkunu ta’ interess u ta’ benefiċċju għall-pajjiz, kif ukoll suġġetti li jittrattaw żviluppi reċenti fil-pajjiż jew
policies
tal-Gvern.
Mhux possibbli li ngħidu jekk kienux parti minn xi proġett partikolari għax din l-informazzjoni mhix magħrufa.
Università ta' Malta — sitwazzjonijiet li riedu jsiru studji fuqhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm sitwazzjonijiet li riedu jsiru studju fuqhom u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew xi dipartiment ieħor talab lill- Università sabiex tagħmel riċerka fuqu?