Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post preżenti fejn isiru t-testijiet tal-vetturi taħt il-kategoriija B, huwiex addattat jew le? Il-post ta' fejn isiru dawn it-testijiet se jimxi għal x'imkien ieħor, jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post preżenti fejn jibdew t-testijiet tal-vetturi taħt il-kategorija ‘B’ huwa adekwat. Għalissa m’hemm l-ebda pjan li l-post ta’ fejn isiru dawn it-testijiet se jimxi għal x’imkien ieħor.
nuqqs ta' riżorsi f'dipartiment ta' Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment li jieħu ħsieb it-testijiet tal-karozzi u vetturi oħra għandux nuqqas ta' risorżi umani? Jekk iva, kemm u f'liema gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Unit responsabbli mit-testijiet tal-karozzi u vetturi oħra fi ħdan Transport Malta m’għandu l-ebda nuqqas ta’ riżorsi umani fil-preżent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm plots u proprjetà esproprijata? Kemm huwa l-valur tagħha llum u meta l-gvern beħsiebu jħallas lura lis-sidien oriġinali?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għandu record ta’ kull espropriju. Però ma jistax jgħid kemm hemm plots li fuqhom ħareġ espropriju billi din il-figura tvarja waqt il-proċess tal-akkwist skont kemm ikun hemm sidien involuti. Madankollu d-Dipartiment iżomm lista ta’ kull talba għal-ħlas ta’ kumpens. Skont din il-lista l-ammont dovut għall-art huwa ta’ madwar €50 miljun. Ma’ dan l-ammont jista’ jiżdied ukoll imgħax dovut lis-sidien, kif ukoll xi żieda addizzjonali fil-prezz tal-art li jista’ jkun hemm wara li l-kumpens offrut jiġi kkontestat quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet.
Kull sena, il-Gvern jalloka ammont ta’ flus sabiex jitħallsu s-sidien ta’ dawn l-artijiet li ġew esproprjati. Fil-fatt din-is-sena kien hemm is-somma ta’ €9,000,000 li intużaw kollha biex jitħallsu dawn l-esproprji antiki, filwaqt li fil-Budget ta’ din is-sena ġiet ivvutata somma oħra ta’ €9,000,000 biex inkomplu nħallsu lis-sidien ta’ artijiet esproprijati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-qtil b'ittra bomba tal-mibkija Karen Grech u li dan jista' jitfa' dawl ġdid fuq dan il-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom mhumiex konklużi. Għaldaqstant ma nħossx illi xi tagħrif dwar l-andament tal-istess investigazzjonijiet għandhom jiġu ppublikati.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jingħataw l-istudenti li għandhom autistic needs fis-sistema edukattiva tagħna fuq livell primarju, sekondarju u terzjarju speċjalment waqt l-eżamijiet u kif jiġu kkoreġuti l-karti tal-istess studenti? Tittieħed in konsiderazzjoni l-kundizzjoni ta' dawn l-istudenti meta dan ix-xogħol ikun qed isir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom affarijiet out of stock is-sala CAPD matul l-ewwel 10 xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sala tal-Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis (CAPD) fl-ewwel 10 xhur tas-sena qatt ma kellhom affarijiet out of stock.
Li ġara hu li minħabba batch recall minn kumpanija ewlenija, 8 affarijiet li jintużaw fis-sala CAPD kellhom jitwaqqfu milli jintużaw.
Madankollu, b’aġġustamenti li saru u b’sistemi oħra ta’ trattament dan it-trattament baqa’ jingħata lil-100 pazjent li jużaw dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm containers mikrija fil-Pitkalija f'Ta' Qali? Jista' jgħid għalfejn qed jservu dawn il-containers? Kemm se jdumu mikrija u kemm qed jiġu jiswew kull xahar f'kera?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda container mikri fil-pitkalija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jridu jħallsu l-bdiewa u l-pitkala fuq kull kaxxa biex din tinħasel? Min qed jieħu ħsieb dawn il-flus u kemm allura fih flus dan il-fond fejn jinġabru dawn il-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li l-bdiewa ,il pitkala u xerrejja jħalsu rata ta' ċenteżmu ta’ Ewro (€0.01c) għal kull €2.33 ta’ bejgħ ta’ prodott li jsir fil-Pitkalija. .
Dawn il-flejjes jidħlu f’fond amministrat mill-Amministrazzjoni tal-Pitkalija u preżentement dan il-fond ilaħħaq €86,256 u li minnhom għad iridu jitnaqqsu l-ispejjeż biex sar dan il-ħasil.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu l-gvern bħala proprjetà tiegħu barrieri li m'għadhomx jintużaw? Għal liema skop qed jintużaw dawk il-barrieri madwar Malta u Għawdex li tħaffru sabiex jittieħdu l-ġebel minnhom u li issa m'għadhomx jintużaw bħala barrieri u min qed jieħu ħsieb il-management ta' dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li r-restawr tal-barrieri isir skont il-policies li hemm fil-pjanijiet lokali, li jkopru iktar minn mitt barriera li jaqgħu taħt pjanijiet lokali differenti, kif ukoll taħt il-Pjan ta’ Struttura, partikolarment Kapitlu 12 - Minerali. Barra minn hekk, fil-passat inħarġu numru konsiderevoli ta’ permessi ta’ żvillup għal restawr ta’ barrieri differenti. Il-mistoqsija hija wisq vaga biex tingħata tweġiba sodisfaċenti. Jekk L-Onorevoli Interpellant għandu domanda fuq xi barriera partikolari nitolbu jindika is-sit biex hekk tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għal eco-contribution meta jħallas il-kont tad-dawl u l-ilma u meta persuna ma tibqax intitolata għal dan il-benefiċċju?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-eko riduzzjoni tingħata fuq il-kontijiet residenzjali jiġifieri fuq dawk il-kontijiet li hemm il-persuni reġistrati għas-sussidju. M’hemm l-ebda eko riduzzjoni fuq kontijiet domestic u non-residential.
L-eko riduzzjoni tinħadem:
A. Jekk ma jkun hemm l-ebda individwu reġistrat għas-sussidju, l-eko riduzzjoni mhix eliġibbli.
B. Jekk ikun hemm individwu wieħed biss reġistrat fuq Servizz Residenzjali, l-istess servizz ikun eliġibbli għal-eko riduzzjoni ta’ 25% ta’ l-ammont kollu dovut għall-konsum ta’ l-elettriku għall-perjodu kopert mill-kont jekk il-konsum ma jaqbiżx il-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum annwu ta’ 2000 units.
C. Jekk ikun hemm aktar minn persuna waħda reġistrata għas-sussidju, kull persuna hija ntitolata għall-1750 units fis-sena jinqasmu 1000 unit b’eko riduzzjoni ta’ 25% u 750 units b’eko riduzzjoni ta’ 15%. F’kelma waħda, fejn il-konsum hu inqas minn 1750 units kull persuna, it-tnaqqis ta’ 25% fil-kont japplika għall-ewwel 1000 unit għal kull persuna u 15% oħra fuq kull persuna japplikaw fuq il-kumplament tas-750 unit li jibqa’.
D. Jekk il-konsum ta’ perjodu partikolari, jaqbeż il-kwota msemijja hawn fuq, tintilef l-eliġibiltà tal-eko riduzzjoni.
E. L-eko riduzzjoni tiġi kkalkolata abbażi ta’ qari attwali li jsir minn rapreżentant tal-korporazzjoni jew fuq qari tal-konsumatur.
F. Jekk għal perjodu kopert mill-kont ma jkunx hemm qari attwali jew qari tal-konsumatur, l-eliġibilità ta’ l-eko riduzzjoni għall-perjodu kopert mill-kont tintilef għal kollox. L-eko riduzzjoni tiġi kkalkolata fuq bażi pro rata tal-konsum annwali relattiv.
Ninsab infurmat illi hemm 145,512 kont residenzjali li huwa eliġibbli biex jirċievu eko riduzzjoni. Matul l-2010 ingħataw €11.3 miljun ewro f’eko riduzzjoni. Sa Lulju ta’ din is-sena ngħataw €6.3 miljun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm fondi tal-UE matul is-snin 2009/10/11 - għal-liema proġetti kienu? Kemm saru minn dawn il-progetti li ttieħdu il-fondi għalihom u kemm allura fadal proġetti u fondi xi jsiru u x'jitqassmu? Jista' l-Ministru jgħid it-timeframe ta' dawn il-proġetti u fondi msemmja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, infurmat li r-riżorsi taħt il-Programmi rispettivi huma fuq medda ta’ perjodu ta’ implimentazzjoni li jtawwal għal disa’ snin b’kollox u għaldaqstant m’hemmx allokazzjoni għal sena partikolari. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’proġetti li ġew approvati fis–snin mitluba, jiġifieri 2009, 2010 u 2011. Dawn il-proġetti qegħdin f’fażijiet differenti ta’ implimentazzjoni . Il-lista annessa qed tindika wkoll il-perjodu ta’ implimentazzjoni.
Laqgħa ta' Directorate General for Maritime Affairs and Fisheries — kwota għall-qbid tal-pixxispad
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-persuni li attendew għal-laqgħa organizzata minn Directorate General for Martime Affairs and Fisheries Mare fi Brussel fil-25 ta' Ottubru 2011, bi preparazzjoni għal-laqgħa annwali tal-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT) dwar il-pixxispad? Kemm min dawn il-persuni kienu min-naħa tas-settur tas-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom? Kemm kienu dawk min-naħa tal-Ministeru/Dipartiment tas-Sajd? Jista' jgħid jekk f'din il-laqgħa ntlaħaqx xi ftehim dwar l-introduzzjoni ta' kwota għall-qbid tal-pixxispad? Dan it-tali ftehim se jħalli effetti negattivi fuq is-sajjieda li jistadu għall-pixxispad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward il-laqgħat imsemmija saru żewġ laqgħat separati; waħda għar-rappreżentanti Governattivi li saret nhar l-24 ta’ Ottubru, u laqgħa informattiva li saret għar-rappreżentanti tas-settur. Għall-ewwel laqgħa, Malta kienet rappreżentata mill-Attachè fl-Ammbaxxata ta’ Malta u Uffiċjal mid-Dipartiment tas-Sajd. Il-Gvern m’għandux informazzjoni dwar ir-rappreżentanza maltija għall-laqgħa li saret għas-settur.
Peress li inizjalment ma kienx intlaħaq qbil, fl-laqgħa sussegwenti b’vot maġġoritarju ntlaħaq kompromess fil-working group fejn il-Kummissjoni aċċettat li twaqqa’ l-proposta għall-introduzzjoni ta’ kwota ta’ qbid filwaqt li jiżdied it-tielet xahar bħala staġun magħluq. Malta insistiet kontra d-dħul tat-tielet xahar jekk ma jkunx hemm marbut magħha kumpens xieraq għas-sajjieda.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif hemm sinjal isfar ta' no parking quddiem il-bieb, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, meta m'hemmx garaxx fiżikament fil-post iżda din hija sempliċiment entrata privata ta' dar? Ma jaħsibx li dan is-sinjal isfar huwa illegali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret minn Transport Malta jirriżulta li l-bieb ta’ tali propjetà, li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant, jagħti għal fuq parkeġġ intern għal vetturi u għandu l-permessi kollha meħtieġa tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u għaldaqstant Transport Malta approvat sinjali sofor doppji, tul ta’ metru, fuq iż-żewġ naħat ta’ tali bieb.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta’ Trasport Malta, irriżulta li l-kaxxa safra li hemm quddiem dan il-bieb ma ġietx approvata mill-Awtorita` u se jittieħdu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward.
B'referenza għall-Fortizzi ta' San Leonardu, Tas-Silġ, Delimara u Bengħajsa, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex:
a) mikrija jew taħt forma oħra ta' xi kuntratt jew fil-proċess li jiġu mgħoddija lil xi ħadd;
b) lil min huma mikrija jew se jiġu mgħoddija;
ċ) id-data minn meta saru jew se jsiru dawn il-kuntratti u meta jiskadu;
d) għal liema skop ġew mikrija; u
e) għal kemm-il Euro huma mikrija fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Fortizzi ta' San Leonardu, Tas-Silġ, u Delimara huma mikrija, filwaqt li t-tliet kirjiet li kien hemm fil-Fortizza ta’ Bengħajsa, ma reġgħux ġew imġedda din is-sena u se jinbeda l-proċess biex dan il-Forti jiġi żgumbrat u jgħaddi lura f’idejn il-gvern.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dettalji kollha dwar dawn il-fortizzi kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom spejjeż minn jarma fil-farmers market?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biex bidwi jkun jista’ jarma fil-Farmers’ Market, wieħed irid iħallas €70 bħala reġistrazzjoni ma’ dan il-Ministeru li titħallas kull sena. Kull min jarma jrid jimxi mar-regolamenti li ġew stabbiliti.
Importazzjoni ta' ħaxix, frott u laħam minn Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet importazzjoni ta' ħaxix, frott u laħam ieħor minn Sqallija fuq il-vapuri li qasmu bejn Malta u Sqallija matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2011 u matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Sqallija hija parti mill-Italja u l-figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-importazzjoni huma biss fuq bażi nazzjonali, jiġifieri ma jistgħux jingħataw fuq Sqallija biss.
Tista' l-Ministru tgħid min jagħti t-taħriġ, jekk jingħata, lill-għalliema ħalli dawn ikunu jistgħu jagħtu first aid jekk ikun hemm il-bżonn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li taħriġ fil-First Aid ingħata lill-għalliema interessati minn għaqdiet akkreditati fil-First Aid, bħal Malta Red Cross, St. John Ambulance Malta u l-Emergency First Response.
Il-Health and Safety Unit offra taħrig għall-għalliema kollha tal-Health and Safety
f’Lulju u Settembru tal-2010. Iċ-ċertifikat li ngħata lill-għalliema huwa validu għal tliet snin u t-taħriġ ingħata mill-Malta Red Cross
.