Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti fis-sena 2011 b'kollox? F'liema klassi ta' hotels tpoġġew kemm damu f'Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Matul is-sena 2011 żaru Malta 1,411,748 turist, żieda ta’ 5.6% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena 2010. 70.3% tat-turisti li żaru Malta f’dan il-perjodu qagħdu f’hotels, żieda ta’ 4.2% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena 2010.
Statistika uffiċjali mill-NSO,
(Tourstat Survey),
li tinsab f’Tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, turi li t-turisti li żaru Malta użaw din it-tip ta’ akkomodazzjoni.
Skond statistika oħra ppublikata mill-NSO
(Accomm Stat)
li tinsab f’Tabella ‘B’ li wkoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa stmat li fl-ewwel ħdax il-xahar tas-sena 2011,
1,140,139 turist
qagħdu
f’collective accommodation
, żieda ta’ 7.5% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2010. Din il-figura ma tinkludix turisti li qagħdu f’akkomodazzjoni privata.
Il-maġġoranza (46.5%) qagħdu f’lukandi ta’ erba’ stilel, filwaqt li 25.6% qagħdu f’lukandi ta’ ħames stilel u 19.1% qagħdu f’lukandi ta’ tliet stilel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li kull turist ħalla flus f'Malta f'kull ġurnata li dam hawn? Kemm huwa kkalkulat li nefqu flus ras għal ras it-turisti li ġew iżuru Malta matul is-sena 2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, matul is-sena 2011, huwa kkalkulat li t-turisti li ġew Malta nefqu €872 ir-ras, żieda ta’ 3.1% meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa totali tat-turisti li żaru Malta fl-2011 qabżet il-1.2 Biljun Ewro.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġew it-turisti li żaru Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin u jekk hemmx it-tendenza li qed jiżdiedu t-turisti minn xi pajjiż partikolari?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-istatistika ta’ l-NSO turi li matul il-perjodu Jannar sa Novembru 2011, it-turisti li żaru Malta u Għawdex ġew l-aktar mill-Ingilterra, mill-Italja, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Iscandinvaja u minn Spanja.
Matul l-aħħar ħames snin kien hemm l-akbar żieda ta’ turisti mill-pajjiżi ta’ l-Italja, Spanja, Skandinavja u Franza.
Aktar informazzjoni rigward dan qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema suq qed jippjanaw li jinġieb numru ikbar ta' turisti fix-xhur u s-snin li ġejjin? Jista' jgħid x'qed jiġri biex dan il-pjan iseħħ?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-istrateġija ta’ żvilupp ta’ swieq addottata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tikkonsisti fil-konsolidazzjoni ta’ swieq maturi bħal dak Ingliż, Taljan, Franċiż u Ġermaniż; it-twessiegħ ta’ swieq sekondarji inkluż dak Spanjol, Skandinav u Russu u l-iżvilupp ta’ swieq emerġenti bħal Polonja u ċ-Ċina.
Dawn is-swieq jistgħu jkunu kemm ġeografiċi kif ukoll motivazzjonali.
L-istrateġija timmira sabiex testendi kemm jista’ jkun l-appell staġjonali tal-gżejjer tagħna billi tattira turisti minn pajjiżi differenti li jsiefru għall-varjeta wiesgħa ta’ raġunijiet li kapaċi nissodisfaw bl-offerta diversa tagħna.
Niddistingwu wkoll bejn swieq li kapaċi jiġġeneraw tkabbir fi żmien qasir jew medju u dawk, bħal swieq aktar imbegħda bħal dawk Ażjatiċi u mill-Amerika Latina li jeħtiġilhom aktar żmien sabiex jibdew juru tkabbir.
L-istrateġija tagħna hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ aċċessibilita’ bl-ajru (kemm b’mod dirett f’każ ta’ swieq viċini jew permezz ta’
code shares
f’każ ta’ swieq aktar imbegħda), il-proviżjoni ta’ prodott u servizz adegwat kif ukoll
marketing
iffokat u effettiv li jimmira lejn popolazzjonijiet distinti ta’ turisti potenzjali.
studenti b'diżabilità — studju waqt il-ħin tal-iskola
Question
B'referenza għall-mistoqsija supplimentari li saret għall-mistoqsij parlamentari 29680, tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix il-pjanw biex dan is-servizz jiżdied u allura ġenituri u perusni li jieħu ħsieb persuna li għandha bżonn ħafna għajnuna jkollhom ukoll is-sapport neċessarju anke wara l-ħin tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema mistoqsija supplimentari qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jonfoq id-dipartiment kuljum biex jaħsel il-crates tal-bdiewa ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n nefqa ta’ pagi tal-ħaddiema hija bejn wieħed u ieħor ta’ €360 kull ġurnata. Ma' dawn irrid jiżdied il-kunsum tad dawl u lilma u l-ispiża ta’ €10 għall-water treatment disinfectant għal kull ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kaxxi għad-dispożizzjoni tal-użu tal-bdiewa matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija ħlief għas-sena 2011, r-responsabbiltà li jkun hemm in-numru meħtieġ ta’ kaxxi għad-dispożizzjoni tal-bdiewa kienet ta’ Pitkali Crates Limited li kienet kumpanija privati. Din il-kumpanija ma ħallietx l-ebda record formali ta’ kemm kien hemm minn dawn il-kaxxi. Minn meta ħa f’idejh din il-funzjoni dan il-Ministeru inxtraw 43,000 kaxxi b’ materjal ġdid (u mhux riċiklat biex tkun żgurata is-saħħa u d-durabilità tal-istess kaxxi). Wara li diġà nħarġet sejħa pubblika, huwa mistenni li fi żmien qasir jitpoġġew 36,000 kaxxa oħra għad-dispożizzjoni tal-bdiewa.
Rapporti fuq tkissir, serq jew isserrar ta' kaxxi tal-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti ta' tkissir, serq jew isserrar ta' kaxxi tal-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29976, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Pitkali Crates Limited li kienet responsabbli minn din il-funzjoni sa l-aħħar tal-2010 qatt ma ppreżentat rapporti simili.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-industrija fejn jintużaw kaxxi tal-plastik returnable, huwa aċċettabbli li kaxxi jinkisru fl-użu, partikolarment wara li jkun għadda ż-żmien fuqhom u jsiru fraġli. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li jagħmel rapport dwar il-kaxxi miksura sakemm ma jkunx hemm żieda eċċessiva f’qasir żmien li tkun prekkupanti. Ninfurmah ukoll li rigward każijiet ta’ allegat serq, hemm diġa għaddejja inkjesta.
Sabiex ma jkunx hemm abbużi mill-kaxxi li jidħlu miksurin, kien deċiż li dawn il-kaxxi li ma jkunux aktar utilizzabbli jkunu sserrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ Servizz fil-Komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Learning support assistants — studenti b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm jingħata sapport fil-komunità biex studenti b’diżabilità li fil-ħin tal-iskola jkollhom full-time learning support assistant ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jistudjaw id-dar meta dawn ma jistgħux jagħmlu dan waħedhom minħabba d-diżabilitajiet li jkollhom u meta x-xogħol jiżdied ħafna speċjalment minn form 3 sa form 5 fl-iskola sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29680.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27405 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-gvern għandux f'moħħu li jiftaħ xi mużew tat-trasport pubbliku ta' Malta fil-qarib ġejjieni? Jekk iva, fejn se jkun u x'beħsiebu jesponi f'dan il-mużew?
Response (DEMARCO, MARIO)
Heritage Malta għaddejja kontinwament b'diversi operazzjonijiet ta’ salvataġġ sabiex tassikura ruħha li wirt li għandu x’jaqsam mat-trasport jew mal-industrija jiġi salvat. Dan qiegħed isir sabiex fil-futur ikun jista’ jinfetaħ mużew tal-wirt industrijali u/jew tat-trasport. Għadu jingħad iżda li f’dan l-istadju m’hemmx pjan speċifiku dwar meta u fejn sejjer jinfetaħ mużew tat-trasport/wirt industrijali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27403 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29681 u ċioe: B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29674 u jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Biċċerija mill-2004 sal-lum? Liema proġetti kellhom isiru b'dawn il-flus u dawn il-flus intużawx kif kien ippjanat? X'inhu l-istat tal-biċċerrija llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk huwiex jirreferi għall-vot għall-nefqa rikorrenti jew kapitali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-aprentisti li kien hemm jitħarrġu mal-gvern tul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 baqgħu attwalment jaħdmu f'dan l-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa t-triq li min-Naxxar tagħti għal San Ġwann madwar ir-roundabout ta' ħdejn il-bidu tal-ħwienet, wara li tkun tlaqt lil Ta' Mekkek area int u nieżel lejn San Ġwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq hija inkluża f'programm ta' tiswijiet li hemm il-ħsieb li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.