Jista' l-Minstru jgħid kemm-il darba ħarġet u kemm kien hemm sajjieda li bbenefikaw mill-iskema Loan and Grant matul dawn l-aħħar 20 sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li. sejħa kienet saret permezz ta’ Avviż Legali taħt Kap. 146; Att tal- 1956 dwar l-Għajnuna Finanzjarja lill-Industriji tal-Biedja u tas-Sajd
Peress li l-informazzjoni mitluba tifrex fuq żmien twil li allura jirreferu għal records li huma arkivjati, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar u qiegħed isir sforz biex tkun tista tinġabar u tweġiba tingħata fil-futur.
Sajjieda — waiting list għal għajnuna mill-iskema loan and Grant
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sajjieda li għadhom fuq il-waiting list biex jieħdu għajnuna mill-iskema Loan and Grant? Meta huwa ppjanat li din il-waiting list tispiċċa? Kemm fadal flus li għad iridu jitqassmu lis-sajjieda minn din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 31483 irrid inżid li peress li għad irid ikun finalizzat l-eżerċizzju ta’ skrutinju biex ikun stabbilit jekk it-talbiet li saru humiex eliġibbli jew le, mhux possibbli li f’dan il-mument jkun konfermat in-numru ta’ dawk fuq il-waiting list biex jirċievu din l-għajnuna.
Fid-dawl tal-kumplessità u t-tul ta’ dan l-eżerċizzju ta’ verifika ma ninstabx f’qagħda li nħabbar meta dan l-eżerċizzju hu mistenni li jkun mitmum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30669 u jgħid jekk huwiex veru jew le li qed isiru pjanijiet mill-Unjoni Ewropea biex jibdew jinġabru taxxi biex imorru direttament għall-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk dawn it-taxxi humiex se jkunu addizzjonali ma' dawk diġà eżistenti jew jekk humiex taxxi li diġà jeżistu u li se jingħataw forma oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhix l-ewwel u l-aħħar darba li ideat fuq riformi li jmissu t-taxxa mħallsa f’pajjizi membri jigu introdotti fl-aġenda ta’ xi wieħed mill għadd kbir ta kumitati tekniċi li jiddiskutu materja finanzjarja. Naturalment il-gvern Malti dejjem jistudja fid-dettal u b’reqqa kbira l-implikazzjonijiet ta suġġerimenti ta din in-natura mill-punto di vista ta’ pajjiż li hu ħerqan jissalvagwardja l-kompetenza li jgawdi f’qasam strateġiku u sensittiv bħal ma hu dak tat-taxxa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm qed jiswew lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-uffiċċji taċ-chairman, tas-CEO u tal-erba' diretturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-gradi, il-paga, il-perkaċċi u l-overtime li tħallsu lil kull impjegat f'dawn l-uffiċċji? Tista' din l-informazzjoni tkun maqsuma sena b'sena mil-1998 sal-lum u tingħata spjegazzjoni ta' kif telgħu l-ispejjeż fuq kull individwu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm issellfu kotba mil-libreriji pubbliċi matul is-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ kotba li ġew mislufa lill-pubbliku matul is-sena 2011 huwa mqassma hekk:
Librerija Pubblika Ċentrali : Librerija tal-Adulti 154,933
Librerija tat-Tfal 97,880
Libreriji Reġjonali 204,067
Libreriji Fergħat (Malta) 263,271
Libreriji Fergħat (Għawdex) 64,501
Librerija Għawdex (Gozo Lending Library) 41,460
Total
826,112
Żieda ta’ kotba mislufa fuq is-sena ta’ qabel - 46,637
età ta’ min jissellef kotba mil-libreriji pubbliċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti statistika ta' x'inhi l-età ta’ min jissellef kotba mil-libreriji pubbliċi f'Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-età li persuni jibdew jissellfu l-kotba hija waħda bikrija. Fil-Librerija Pubblika hemm tfal anke ta’ sena li huma membri tal-librerija u dan sabiex ninkoraggixxu l-gibda għal qari minn età daqshekk bikrija. Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Malta Libraries qed jaħdem fuq proġett tal-Bedtime Reading (Aqra Ktieb Qabel Torqod) u dan ħareġ minn konferenza li ġiet organizzata fuq it-tema tal-qari fejn ħareġ qawwi l-kunċett li għandna ninkoraġġixxu t-tfal minn mindu jitwieldu anke jekk imissu l-ktieb b’idejhom. Naturalment hawn jidħol l-impenn tal-ġenituri li jaqraw lit-tfal il-kotba u dwar dan il-Kunsill qed iħejji DVDs fejn tingħata struzzjoni kif għandhom jinqraw il-kotba mill-ġenituri. Għalhekk l-età hija minn sena ‘l fuq. Tajjeb ngħidu wkoll li biex ninkoraġġixxu l-qari is-Sezzjoni fil-Librerija Pubblika Ċentrali li tieħu ħsieb persuni bi bżonnijiet speċjali qed tibgħat fid-djar tal-anzjani u nies li jbatu biex jaqraw tape-cassettes (bla ħlas postali) bi stejjer u temi oħra u dan qed ikun ta’ nkoraġġiment meta ssib li matul is-sena 2011 ġew mislufa aktar minn 23,000 tape cassette.
lukandi/ristoranti, bars u stabbilimenti li għalqu għax-xhur tax-xitwa
Question
Jista' l-Ministru jagħti figuri ta' kemm għalqu lukandi/ristoranti, bars u stabbilimenti oħrajn li jiddependu mit-turiżmu għall-għejxien tagħhom matul ix-xhur tax-xitwa tas-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li:
matul ix-xitwa 2009 / 2010, tnax-il lukanda kienu temporanjament magħluqa,
matul ix-xitwa 2010 / 2011, disa' lukandi kienu temporanjament magħluqa,
waqt li matul ix-xitwa 2011 / 2012, seba' lukandi kienu temporanjament magħluqa minn total ta’ 190 lukanda.
L-awtorità m’għandhiex informazzjoni ta’ kemm ristoranti,
bars
u stabbilimenti oħrajn setgħu għalqu għal xi perjodu matul is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu b'mod dirett u kemm jiġi kkalkulat li hawn ħaddiema jaħdmu magħhom b'mod indirett matul is-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Statistika uffiċċjali mill-Uffiċċju tal-Istatistika (NSO), turi n-numru ta’ persuni li jaħdmu full-time u part-time f’lukandi u ristoranti kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid li hemm ħafna iżjed mpiegi li jiddependu b’mod dirett fuq is-settur tat-turiżmu. Dawn jinkludu mpiegi fil-mużewijiet pubbliċi u privati, gwidi, aġenti tal-ivvjaġġar,
excursion organisors, destination management companies
li jieħdu ħsieb organizzazzjoni ta’ konferenzi barranin f’pajjiżna kif ukoll impiegi fis-settur tat-trasport, fis-settur tal-ħwienet, fis-settur tal-agrikoltura u fis-settur tas-servizzi fost l-oħrajn. Fl-istatistika uffiċjali dawn l-impiegi jidhru fis-settur rispettiv tagħhom u mhux taħt it-turiżmu u dan skont prassi internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-lista ta' stennija li spiċċajna biha fl-aħħar tal-2011 għal interventi fl-għajnejn? X'tip ta' interventi huma dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Lista ta' stennija — interventi fl-irkoppa u hip replacement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-lista ta' stennija li spiċċajna biha fl-aħħar tal-2011 għal interventi fl-irkoppa u hip replacement ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’każijiet li jkunu ta’ natura Elective, li ma jkunux urġenti, jitpoġġew fuq il-waiting list, skont in-natura tal-każ, filwaqt li dawk li jkunu urġenti jsiru minnufih. In-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew għal intervent kirurġiku fl-ortopedija ittieħdu mill-Waiting List Management System tal-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Diċembru 2011.
Total Hip Replacement (THR)
Revision THR
Total Knee Replacement (TKR)
Total
346
36
1952
Arthroscopy Knee
Arthroscopy Knee + Anterior Cruciate Ligament (ACL) Reconstruction*
Total
1878
216
Jista' l-Ministru jikkategorizza t-turisti li ġew f'Malta bil-ġranet u ljieli li għamlu hawn? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew f'Malta u kemm marru Għawdex?
Response (DEMARCO, MARIO)
Matul is-sena 2011 zaru Malta 1,411,748 turist (Tabella A), zieda ta’ 5.6% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas-sena 2010. B’kollox dawn qattghu 11,680,167 iljieli f’Malta (Tabella B), jigifieri kull turist ghamel medja ta’ 8.3 lejl f’Malta. It tabelli qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-istatistika ufficjali ta’ l-NSO ma tiddistingwix kemm turisti qaghdu f’Malta u kemm turisti qaghdu f’Ghawdex. Huwa stmat li madwar 700,000 turist żaru Għawdex għal ġurnata waħda (day trippers) filwaqt li 92,000 turist qattgħu aktar minn lejl wieħed f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom kapaċità Malta u Għawdex li jakkomodaw turisti f'sena u f'liema kategorija? Jista' jgħid kif varjat din l-kapaċità matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-kapaċita’ ta’ Malta u Għawdex li jakkomodaw turisti fil-katgoriji kollha ta’ akkommodazzjoni matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011.
Jista' l-Minstru jgħid jekk il-kapaċità li nospitaw turisti varjatx tul dan l-aħħar 20 sena? Jekk iva, minn liema aspett u kif ġie żviluppat dan is-suq?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-kapaċita’ li nospitaw it-turisti hija determinata minn numru ta’ fatturi nkluż in-numru ta’ sodod fuq is-suq, l-infrastruttura tal-pajjiż, in-numru ta’ rotot li jservu id-destinazzjoni u l-medja tat-tul ta’ vakanza (
average length of stay)
fost oħrajn. Dawn il-fatturi kollha inbidlu fl-aħħar għoxrin sena. B’mod ġenerali wieħed jista’ jgħid li pajjiżna qiegħed viċin il-limitu tal-kapaċita’ fix-xhur tas-sajf, imma jista’ jżid u jkabbar it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa. Il-politika tat-Turiżmu li għadha kif ġiet imnedija dawn il-ġranet għall-konsultazzjoni pubblika tagħmel referenza għal dan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jingħataw figuri ta' kemm-il lejl għamlu turisti ġewwa lukandi u postijiet oħrajn ta' akkomodazzjoni, jiġix ikkalkulat it-turiżmu intern ma' dawn il-figuri?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Istatistika ippublikata mill-NSO kull xahar dwar departing tourists tirreferi biss għall-iljieli li qattgħu turisti ġewwa lukandi u postijiet ta’ akkomodazzjoni u ma tinkludix it-turiżmu intern.
lukandi u stabillimenti — introduzzjoni ta' taxxa ġdida
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir studju biex jeżamina kif intlaqtu l-lukandi u stabbilimenti oħrajn bl-introduzzjoni tat-taxxa l-ġdida ta' 2% fis-sena li għadna kif ħriġna minnha?
Response (DEMARCO, MARIO)
Iż-żieda fil-VAT fuq l-akkomodazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant daħlet sabiex il-Gvern u l-Awtorita’ tat-Turiżmu jkomplu jtejbu l-aċċessibilita’ lejn pajjiżna. Pajjizna illum għandu konnessjoni ma’ tmenin destinazzjoni, kważi d-doppju ta’ li kien hemm ħames snin ilu.
In-numru tat-turisti, l-iljieli li turisti qattgħu Malta u l-infieq globali li turisti nefqu żdiedu matul l-2011. Għalhekk mhux il-każ li ż-żieda fir-rata ta’ 2% fil-VAT kellha xi impatt negattiv fuq l-akkomodazzjoni fuq it-turiżmu.
lukandi u ristoranti li jagħlqu għax-xhur tax-xitwa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jimmoniterja kemm hawn lukandi u ristoranti li qed jagħlqu għax-xhur tax-xitwa minħabba li s-suq ikun limitat? Qed isir ippjanar biex din l-problema tiġi megħluba? Jista' jgħid x'tip ta' ppjanar qed isir f'dan ir-rigward?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta titlob li tkun infurmata meta lukanda tkun ser tagħlaq għal xi xhur fix-xitwa. Din is-sena fil-fatt l-Awtorita’ tat-Turiżmu ġiet infurmata li minn 183 lukanda, seba’ lukandi biss għalqu għal żmien limitat fix-xitwa. Uħud minn dawn il-lukandi għalqu sabiex isir xogħol ta’ manutenzjoni. Għaldaqstant ma hux il-każ li hemm xi problema ta’ lukandi li qegħdin jagħlqu fix-xitwa. Infakkar li grazzi għal miżuri li ħa l-Gvern u l-Awtorita’ tat-Turiżmu f’seba’ xhur matul is-sena aħna qegħdin inġibu aktar minn mitt elf turist kull xahar.
L-Awtorita’ tat-Turiżmu m’għandhiex informazzjoni fuq ristoranti li jagħlqu fix-xitwa.
Dħul tal-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari u membru parlamentari qabel ma ttieħdet iż-żieda fil-2008, wara li ttieħdet iż-żieda u issa li parti miż-żieda reġgħu qed ineħħuha mid-dħul annwali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-iStqarrija Ministerjali li għamilt fid-19 ta’ Jannar 2011 u għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499. Mill-bidu ta’ din is-sena, l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ma baqgħux jirċievu l-honoraria ta’ Membru Parlamentari.
Forzi Armati ta' Malta — spezzjonijiet fuq is-sajjieda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq is-sajjieda minn laneċ tal-Forzi Armati ta' Malta fuq il-baħar matul is sena 2011? Jista' jgħid b'liema mod u b'liema laneċ jew qxur oħra jsiru dawn il-spezzjonijiet u jekk hemmx standard partikolari li jrid jinzamm meta qed isiru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li matul is-sena 2011 saru 255-il spezzjoni fuq laneċ tas-sajd mnn laneċ tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn saru kemm waqt rondi ta’ rutina kif ukoll waqt programmi speċifiċi ta’ spezzjonijiet marbutin mas-sajd tat-tonn.