Sigħat ta' servizzi fil-komunità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31173 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
B’referenza ghall-mistoqsija mill-Onor. Agius Decelis, it-twegibiet fuq is-servizzi offruti mill-Agenziji tal- Foundation for Social Welfare Services rigward kemm il-gimgha jridu jistennew klijenti wara li tiġi approvata lilhom li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità jinstabu hawn taht;
L-Agenzija Sedqa toffri tlett servizzi fil-komunita li ghalihom, d-dewmien sakemm jibda jinghata s-servizz
mill-ewwel gurnata li jigu riferuti sa l-ewwel vista huwa ta;
1. Drugs Community Team: 2
working weeks
; Monday - Friday
2. Detox Out Patients: 4 - 5
working days
; Monday - Friday
3. Alcohol and Gambling Community Team: 1
working week
Monday to Friday
L-Agenzija Appoġġ, skont l-aħħar statistika, cioe’ sal-aħħar ta’ Jannar 2012, dwar il-lista ta’ nies li qegħdin jistennew is-servizz ta’ ħaddiema soċjali ġewwa s-servizzi komunitarji tal-Appoġġ huma dawn:
Valletta Social Work – 26
Qawra Social Work – 9
Birkirkara Social Work – 36
Cottonera Social Work – 17
Id-dewmien biex jibdew jircievu servizz ta’ haddiem socjali jiddependi kemm fuq it-tip ta’ sitwazzjoni li tigi prezentata mill-persuna, kif ukoll, fuq l-ammont ta’ kazijiet li l-haddiem socjali jkollu dak iz-zmien. Meta s-servizz jircievi talba ghal-ghajnuna isir
initial assessment
tal-kaz, fejn il-haddiem socjali jigbor l-informazzjoni mehtiega biex ikollu stampa iktar cara tas-sitwazzjoni, u jkun jista’ jara liema prijorita’ jaghtih. Dawk il-kazijiet li jkunu diga lahqu livell ta’ krizi jibdew jircievu l-assistenza b’mod immedjat. Filwaqt li hemm kazijiet ohra li ma jkollhomx l-istess livell ta’ urgenza u ghalhekk jitpoggew fuq il-
waiting list
skond il-livell ta’ prijorita u meta l-haddiema socjali jkollhom l-possibilita’ jibdew jahdmu fuq il-kaz. Generalment, dan isir meta jkun ghalaq xi kaz . Darbtejn fis-sena, it-tim ta’ haddiema socjali jduru il-
waiting list
biex jirrevedu s-sitwazzjonijiet tal-persuni li qeghdin jistennew is-servizz u jirrevedu l-prijorita taghhom. Kull xahar, iduru l-lista ta’ nies li diga qeghdin jircievu s-servizz biex jaraw liema kazijiet jistghu jinghalqu.
L-Aġenzija Sapport tevalwa kull sitwazzjoni li tigi approvata u dejjem isir sforz biex is-servizz jibda jiġi provdut mill-aktar fis possibbli billi taghmel l-ahjar uzu mir-riżorsi taghha biex taqdi lill-klijenti li jkollhom bzonn dan is-servizz. Meta l-klijent jibda jinghata dan is-servizz, dan jibqa ghaddej ghal snin peress li n-natura tal-bzonn hi tali. Minhabba f’hekk, is-sitwazzjonijiet rari li jinghalqu ghaldaqstant ma nkunux nistghu nibdew servizz gdid minghajr rizorsi godda.
Sitwazzjonijiet li jirrikjedu servizz ta’ socjalizazzjoni huma l-aktar sitwazzjonijiet li jirrikjedu zmien biex jigu ndirizzati u dwar dawn l-Aġenzija Sapport qed tippjana u taħdem fuq servizz fi gruppi biex tkun tista’ tilħaq lil dawn il-klijenti wkoll. Fil-preżent in-numri ta’ persuni li qed jistennew biex jibdew jinghataw servizz huwa ta’ 24 u li fil-maġġoranza tagħhom ġew approvati s-servizz matul is-sena l-oħra u l-bzonn hu ta socjalizazzjoni.
Fir-rigward tas-Servizz tal-Haddiema Socjali, id-dewmien biex jibdew jiehdu s-servizz jiddependi mill-bzonn tal-klijent. Meta jsir l-ewwel kuntatt mil-klijent li jkollu bzonn is-Servizz, is-sitwazzjoni tigi diskussa waqt laqgha (
team meeting
) li ssir kull gimgha fejn jigu diskussi is-sitwazzjonijiet li jkunu dahlu dik il-gimgha. Wara, l-haddiema socjali li tkun fuq
intake
taghmel l-
initial assessment
sabiex tara l-bzonn tal-individwu xi jkun. Il-kuntatt mill-haddiema socjali mal-persuna li jkolla bzonn is-servizz isir fi zmien gimgha li tkun ghamlet l-ewwel kuntatt. Wara l-ewwel kuntatt is-sitwazzjoni terga tigi diskussa waqt it-
team meeting
u jigi deciz jekk il-haddiem socjali tkomplix tahdem mal-persuna jew titpogga fuq
waiting list
. Meta l-persuna jkolla bzonn intervent li ma jiehux zmien il-haddiema socjali tkompli tahdem mal-persuni sakemm tilhaq il-bzonnijiet li jkollhom bzonn.