Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32696 u jgħid kemm tnaqqsu pazjenti minn fuq il-waiting lists bl-eżerċizzju ta' telefonata mingħand grupp ta' ħaddiema li kienu jċemplu biex jaraw jekk pazjenti li kienu fuq il-waiting lists għandhomx interessati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li 676 pazjent tnaqqsu minn fuq il-waiting list b’eżerċizzju li sar sabiex jiġi mifhum jekk pazjenti li kienu fuq il-waiting list għadhomx interssati li ssirilhom l-operazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar għad ma ġewx mogħtija l-ftehim kollettiv li suppost ġie ffirmat fl-2010? Meta se jibdew id-diskussjonijiet biex riżultat ta' hekk jiġi ffirmat il-fthem kollettiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bdiet id-diskussjonijiet fl-2011 u qegħda fil-proċess tan-negozjati sabiex jiġi ffirmat ftehim kollettiv ġdid. L-kuntenut tal-ftehim tlesta, l-union li tirrapreżenta lil ħaddiema għadha kif preżentat il-proposti finanzjarji tagħha, issa jmiss li dawn jiġu diskussi flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità tad-Djar.
Id-dati tal-laqgħat kienu:
13 ta’ Jannar 2011
21 ta’ Frar 2011
23 ta’ Marzu 2011
20 ta’ April 2011
23 ta’ Ġunju 2011
8 ta’ Lulju 2011
1, 2 u 8 Awwissu 2011
12 ta’ Settembru 2011
3, 14, 31 ta’ Ottubru 2011
21 ta’ Diċembru 2011
Peress li l-Ministru kien qal li r-rivista Biedja u Sajd "kienet għodda siewja ta' aġġornament dwar l-iżviluppi u opportunitajiet għall-bdiewa u s-sajjieda", jista' l-Ministru jgħid għalfejn tħallew madwar tliet snin u tliet xhur mċaħda minn din l-informazzjoni importanti u dan peress skont il-ministru qal "ikun aġġornat...ħalli ikun aktar relevanti"?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Inserraħ moħħ l-Onor Interpellant li tul il-perjodu li twaqqfet il-pubblikazzjoni kien għaddej xogħol siewi biex il-livell ta’ din il-pubblikazzjoni tjieb u dan kif jixraq lill-udjenza li taqra din il-pubblikazzjoni. Il-format il-ġdid tal-pubblikazzjoni jikkonferma x-xogħol siewi li sar.
Ovvjament din ir-rivista mhux l-unika għodda ta’ komunikazzjoni u informazzjoni lill-bdiewa u raħħala.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-care workers impjegati mal-gvern li jaħdmu l-Isptar Mater Dei ma jirċevux l-allowance ta' Category A jekk ma jaħdmux ġo ward u dan peress li dawn il-care-workers jiġu f'kuntatt dirett ukoll ma' ħafna pazjenti u allura huma esposti ukoll għal dak kollu li jista' jiġri meta jkollok dan il-kuntatt bħal kull ħaddiem ieħor? Ma jaħsibx li hija diskriminatorja kontra dawn il-ħaddiema meta l-istess grad ta' ħaddiema f'sezzjonijiet oħrajn qed jieħdu dawn l-allowances?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-allowance ta’ Cate4gory A tiġi mogħtija skont il-ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema li kien sar fis-6 ta’ Marzu 2008. Il-ftehim jistipula b’mod ċar, il-postijiet li jekk wieħed ikun qed jaħdem fihom jieħu l-allowance ta’ Category A.
Jista' l-Ministru jgħid liema oqsma se jintlaqtu l-iktar ħażin u allura l-programm ppjanat se jkollu jinbidel fil-qasam tal-biedja u sajd minħabba nuqqas u l-qtugħ ta' flus li se jseħħ wara li fil-budget il-gvern kellu jerġa' jnaqqas €40 miljun minnu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm konsulenti f'Ministeri matula is-sena 2011 u minn Jannar sa Marzu 2012 fid-Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet oħra governattivi li mhumiex impjegati regolari tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra. Tajjeb ngħid li din ir-risposta se tinkorpora ukoll l-informazzjoni mitluba f’mistoqsijiet parlamentari numri 33475, 33476, 33477 u 33478.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema ministeri, dipartiment u entitajiet oħra qed jagħtu servizz tagħhom il-konsulenti impjegati mal-istess Ministeri u Segretarji Parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-konsulenti li għandu l-gvern kienu jaħdmu ta' konsulenti qabel ma ngħataw dan l-impjieg tagħhom mal-istess Ministeri u Segretarji Parlamentari? Jista' jgħid jekk humiex fl-età tal-pensjonanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu s-salarju jew onorarja li qed jingħataw għas-servizzi tagħhom il-konsulenti li għandhom il-Ministeri u Segretarji Parlamentari kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwx se jkollhom tibdil fir-rotot biex persuni li jgħixu ġewwa l-Housing Estate ta' Ħ'Attard ikunu moqdija aħjar mit-trasport pubbliku peress li persuni jistgħu faċilment jiġu moqdija aħjar minn dan l-istess servizz bi ftit iktar ħsieb u sensittività u dan sabiex ir-residenti jingħataw servizz aħjar u iktar qrib tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, b'żieda mas-servizz eżistenti, se jkun ipprovdut ukoll servizz bejn il-qasam Santa Katerina u l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż minn fejn se jitnaqqsu l-flus biex b'kollox jitnaqsu €40 miljun mill-budget għal din is-sena? Huwa l-Ministru tal-Finanzi li ddeċieda li jnaqqas dawn il-flus? Kull ministru u segretarju parlamentari tnaqqaslu ammont mill-budget tiegħu jew kienu l-istess ministri u segretarji parlamentari li għamlu t-tnaqqis mill-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi jagħmel aġġustamenti għall-budget, skont il-ħtieġa, b’mod regolari. Ir-responsabbiltà tal-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi hekk titlob.
Qorti u tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar — seduti diferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm seduti tal-Qorti u tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar ġew differiti enbloc a) matul is-sena 2011 u b) matul Jannar, Frar u Marzu 2012?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Qrati ta’ Gudikatura Kriminali (Malta)
Quddiem il-Qrati ta’ Ġudikatura Kriminali (Malta) matul is-sena 2011 kien hemm 116-il seduta li ġew differiti
enbloc
. Minn dawn il-116-il seduta, 50 minnhom kienu ta’ Maġistrat li ghamel zmien twil indispost minhabba ragunijiet ta’ sahha.
Bejn Jannar u Marzu, 2012 kien hemm 15-il seduta li kienu differiti
enbloc
quddiem l-istess Qrati.
Qrati Ċivili ta’ Malta
Is-seduti li ġew differiti
en bloc
huwa s-segwenti:
2011 Jan-Marzu 2012
Qorti tal-Appell u Prim’Awla tal-Qorti Ċivili: 74 26
Qorti Ċivili Maġistrati 31 2
Bordijiet 20 1
Tribunali 59 23
Irid jiġi rilevat li matul is-sena 2011 kien hemm ammont sostanzjali ta’ seduti li kellhom jiġu differiti minħabba li kienu nhatru zewg Imhalfin u tlett Magistrati godda u zewg Aggudikaturi fit-Tribunal ghal Talbiet Żgħar. Peress li dawn sabu seduti diga iffissati precedentament minn Gudikanti ohra li jkunu spiccaw, dawn id-dati ma jkunux jistghu necessarjament jigu onorati mill-Gudikant il-gdid u ghalhekk certi seduti ma setghux jinzammu u nghataw dati godda.
Qrati u Tribunali ta’ Ghawdex
Perijodu
Numru ta’ seduti differiti
en bloc
mill-Qorti
Numru ta’ seduti differiti
en bloc
mit-Tribunal għ
al Talbiet Żgħ
ar
Sena 2011
32
16
Matul Jannar, Frar u Marzu 2012
4
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il seduta tat-Tribunal tal-Kunsilli Lokali ġew differiti enbloc a) matul is-sena 2011 u b) matul Jannar, Frar u Marzu 2012?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-2011 kien hemm seduta waħda differita mit-Tribunal ta’ Għawdex u 25 seduta differiti mit-Tribunal tal-Lvant. Fl-2012 kien hemm 8 seduti differiti mit-Tribunal ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mal-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. Id-dħul ta’ din il-familja huwa ta’ € 9, 604.92 u huma jikru post mill-privat u jħallsu kera ta’ €2,387.55 fis-sena pero’ qegħdin ukoll jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-familja qegħda tħallas minn butha kera ta’ €118 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva
Jista' l-Ministru jgħid kif u xi jrid jagħmel individwu jekk irid isir full-time jew part-time farmer? Għadhom ikollhom identification document biex juri dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ndividwi jridu jirreġistraw bħala bdiewa full-time jew part-time għandhom jirrikorru għand l-Employment Training Corporation (ETC) fejn jinħareġ dokument ta’ identifikazzjoni li l-persuna hija bidwi jew raħħal huwa reġistrat full-time jew part-time skont il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li qed isiru pjanijiet mill-Unjoni Ewropea biex jibdew jinġabru taxxi biex imorru direttament għall-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk dawn it-taxxi humiex se jkunu addizzjonali ma' dawk diġà eżistenti jew jekk humiex taxxi li diġà jeżistu u li se jingħataw forma oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31536.
Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-bdiewa u raħħala reġistrati full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid wara t-tnaqqis tar-rata ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali (bolla) mħallsa mill-bdiewa u raħħala reġistrati full-time li suppost saret fl-2011 kemm allura issa ġiet persentaġġ ta' rata normali din il-kontribuzzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li l-persentaġġ tar-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali dovuta minn persuni li jaħdmu bħala bdiewa u raħħala self-employed għas-sena 2011 kienet tnaqqset ghal 13% u issa għas-sena 2012 tnaqqset għal 10%.
Il-persentaġġ tar-rata sħiħa ta’ din il-kontribuzzjoni hu ta’ 15%.
Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32010, 31188 u 29681 u ċioe: B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Marzu 2012 l-electronic logbook ġew installati fuq il-bastimenti kollha liċenzjati ta’ tul il-fuq minn 12-il metru. Biex ikun iffaċilitat l-użu mis-sajjieda, is-sajjieda kollha ngħataw taħriġ individwali. Qabel ma tfassal dan il-programm ta’ taħriġ għas-sajjieda, sabiex dan it-taħriġ setgħa jkun l-aktar effettiv, ingħata taħriġ speċjali lill-grupp ta’ seba’ sajjieda sabiex jkunu jistgħu jiġu identifikati xi diffikultatjiet li setgħu jiltaqgħu magħhom is-sajjieda fl-użu tal-electronic logbook.
Barraminnhekk is-sajjieda ukoll ingħataw direzzjoni mid-Direttorat tal-Kontroll tas-Sajd sabiex l- electronic logbook jaħdem bi prova sal-aħħar ta’ Ottubru flimkien ma’ dak manwali u fejn ikun hemm xi diskrepanza, id-dettal tal-logbook manwali jkun meqjus li jgħodd.
Din is-sistema tissalvagwardja lis-sajjieda kontra il-ftit li jabbużaw u għalhekk tipprovdi benefiċji għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti spjega bħala overview ta' fiex waslet ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li servizz tat-trasport pubbliku stabbilizza ruħu fil-maġġoranza tar-rotot. Infurmat ukoll li għad hemm xi rotot li l-ammont ta’ vjaġġi stipulati fl-iskedi mhux qed isiru kollha jew inkella mhux qed iżommu mal-ħinijiet stabbiliti fl-iskedi. Dan qed jirriżulta f’xarabanks li qed jaslu fid-destinazzjoni jew fuq bus stops f’daqqa u mbagħad iħallu lill-passiġġieri jistennew sakemm tiġi xarabank oħra.
Minn Novembru 2011, Transport Malta żiedet il-moniteraġġ li qed tagħmel fuq ir-rotot u ż-żamma ta’ ħinijiet mal-iskedi, filwaqt li qed tkompli timmoniterja s-servizz fir-rigward ta’ xarabanks, xufiera u informazzjoni ipprovduta lill-pubbliku in ġenerali u l-passiġġieri sabiex tara li huma konformi skont il-kuntratt iffirmat. Dan il-moniteraġġ iwassal ukoll biex jinħargu multi lill-operatur u s’issa nħargu €284,250 f’multi. Infurmat ukoll li l-operatur jista’ jikkontesta dawn il-multi.
Is-sistema ta’ ICT hija sfida li l-operatur għadu sal-lum ma solviex għal kollox. Filwaqt li l-pubbliku jista’ jesperjenza informazzjoni real time li qed tingħata kemm fl-interchanges kif ukoll fil-vened u Transport Malta hija f’pożizzjoni aħjar milli kienet qabel Lulju 2011 fir-rigward ta’ sistema ta’ moniteraġġ real time, is-sistema għadha mhix tiffunzjona fil-livell meħtieġ mill-kuntratt u din il-problema qed tiġi ndirizzata mill-operatur.
Bid-tibdil fir-rotot li għadhom kemm ġew imħabbra, liema rotot se jidħlu fis-seħħ f’Mejju, huwa maħsub li numru ta’ lmenti rigward ir-rotot se jibgħu jonqsu. Dan wara li ġew studjati s-suġġerimenti u l-ilmenti mressqa lil Transport Malta kemm mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali. Wieħed irid japprezza li mhux kull suġġeriment jista’ jkun milqugħ.
In-network tat-trasport pubbliku huwa wieħed dinamiku, u għaldaqstant kemm l-Awtorita’ kif ukoll il-Ministeru se jkomplu janalizzaw l-ilmenti u s-suġġerimenti mressqa mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali sabiex ikompli jsir it-titjieb meħtieġ fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal rotot li jridu jiġu rranġati? Jista' jgħid jekk hux se tiġi rranġata s-sistema tat-transport biex żgħażagħ miż-żona Santa Margerita fil-Mosta ma jkollhomx jaqbdu tliet karozzi tal-linja biex imorru l-iskola ġewwa Raħal Ġdid, liema sistema preżenti qed tikkawża ħafna tbatija u ħela ta' ħin lir-residenti ta' din iż-żona u għalhekk hemm bżonn li titjied ir-riforma li diġà saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li persuni li jivvjaġġaw bejn Santa Margerita u Paola qatt ma kellhom għalfejn jaqbdu 3 karozzi biex jagħmlu l-vjaġġ tagħhom f'direzzjoni waħda.