Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li qed jitgħallmu ż-żfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-Università li qed jitgħallmu akkademikament u prattikament iż-żfin fil-qasam edukativ, kemm dak sekondarju kif ukoll dak terzjarju? Kemm ilu miftuħ dan il-kors u kemm ipparteċipaw studenti minn meta fetaħ dan il-kors sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33928 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

nisa li jaħdmu mal-gvern u entitajiet oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nisa li jaħdmu mal-gvern jew entitajiet fejn il-gvern għandu shareholding fihom matul il-perjodu ta' bejn Jannar u Marzu 2012 li qed jaħdmu bit-teleworking?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, kien hemm 690 impjegati nisa fl-Amministrazzjoni Pubblika li jaħdmu b’arranġamenti ta’ teleworking.
Leg 11 PQ #33929 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħaddiema nisa li jixtiequ jaħdmu bit-teleworking jew flexihours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema nisa li jixtiequ jaħdmu bit-teleworking jew flexihours imma ma jistgħux jingħataw dawn il-kundizzjonijiet minħabba xi raġuni jew oħra? Jista' jgħid x'inhuma dawn ir-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn kemm ilhom li ddaħlu dawn il-miżuri, kien hemm 25 talba għal teleworking u 4 talbiet għal flexihours minn impjegati nisa li ma ntlaqgħux minħabba li n-natura tad-dmirijiet tal-impjegati kkonċernati u l-esiġenzi tas-servizz ma kienux jippermettu. Hekk kif stipulat f’ċirkulari numru 36/2010 tal-Management and Personnel Office, persuna li lilha tkun ġiet miċħuda talba mill-kap rispettiv tagħha, xorta waħda tgawdi mid-dritt li tappella mid-deċiżjoni mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru rispettiv, liema deċiżjoni hija mbagħad finali. Ninsab infurmat li mill-25 talba għat-teleworking mhux milqugħa kien hemm każ wieħed li kien appellat. F’dan il-każ id-deċiżjoni meħuda mill-kap rispettiv kienet ikkonfermata. Ma kien hemm l-ebda appell fir-rigward tal-4 talbiet mhux milqugħa għal flexihours.
Leg 11 PQ #33930 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħadddiema li qed jaħdmu bil-flexihours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu bil-flexihours? Hemm oħrajn li jridu jaħdmu b'dan il-mod imma ma ngħatawx din l-opportunità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-Amministrazzjoni Pubblika hemm 3808 impjegati li jaħdmu bil-flexihours. Dan jinkludi impjegati li jaħdmu sigħat differenti mill-iskeda normali u oħrajn li jaħdmu sigħat imnaqqsa. Fir-rigward tal-mistoqsija jekk hemmx impjegati li jridu jaħdmu b’dan il-mod imma ma ngħatawx din l-opportunità, ninforma lill-Onorevoli interpellant li kien hemm 9 talbiet għal flexihours li ma ġewx milqugħa minħabba li l-esiġenzi tas-servizz ma kienux jippermettu. Hekk kif stipulat f’ċirkulari numru 36/2010 tal-Management and Personnel Office, persuna li lilha tkun ġiet miċħuda talba mill-kap rispettiv tagħha, xorta waħda tgawdi d-dritt li tappella mid-deċiżjoni mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru rispettiv, liema deċiżjoni hija mbagħad finali. Fir rigward tad-disa’ talbiet li ma ġewx milqugħa, ma kienx hemm appelli.
Leg 11 PQ #33931 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

drittijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux charters ta' drittijiet tal-ħaddiema li jaħdmu kemm maċ-ċivil kif ukoll mal-privat? Jekk jeżistu kif jista' ħaddiem jaċċessa għal dawn id-drittijiet u jara xi drittijiet għandu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-drittijiet tal-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku jinsabu fil-Public Service Management Code (PSMC) u fil-Kodiċi ta’ Etika. Dawn id-dokumenti huma aċċessibbli mill- links http://www.justiceservices.gov.mt u http://www.mpo.gov.mt rispettivament u li kopja tagħhom qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Rigward l-impjegati fis-settur privat, nitlob lil Onorevoli Interpellant ikun iżjed speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

eżamijiet tal-primarja — studenti li m'għaddewx

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li m'għaddewx mill-finals tal-eżamijiet li saru fil-primarja matul is-sena 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

rata ta' tfal illitterati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija kkalkulata r-rata ta' tfal illitterati li jispiċċaw mill-primarja u li jkunu se jibdew is-sekondarja? Kif ġiet ikkalkulata din ir-rata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

tfal li m'għaddewx mill-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tiddentifika liema huma is-suġġetti li weħlu fihom u li m'għaddewx minn eżamijiet tagħhom it-tfal li spiċċaw il-primarja fis-sena 2011? Tista' tgħid kemm spiċċaw żgħażagħ fis-sena 2011 li m'għaddewx mill-eżamijiet finali tagħhom? Tista' tgħid mil-liema eżamijiet m'għaddewx u kemm kien hemm żgħażagħ li għamlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li m'għaddewx mill-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li m'għaddewx mill-eżamijiet finali tal-primarja u xi jsir minn dawn l-istudenti fis-sistema edukattiva preżenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti b'ħiliet limitati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk isirx studju ħalli jaraw kemm żgħażagħ li jibdew is-sekondarja b'ħilit limitati fil-suġġetti bażiċi jispiċċaw itejbu dawn il-ħiliet meta jispiċċaw is-sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mis-sena skolatika 2011-12, meta għall-ewwel darba l-klassijiet tal-Form 1 tal-iskejjel tal-istat ġew iffurmati b’referenza għall-Eżami tal-Benchmark li sar għall-ewwel darba fl-2011, tfal li fil-Form 1 kienu għadhom b’ħiliet bażiċi fil-Malti, l-Ingliż jew il-Matematika bdew jiġu identifikati b’mod sistematiku. Dan kien possibbli billi l-Eżami tal-Benchmark kien l-ewwel assessjar Nazzjonali tal-aħħar tal-primarja li issawwar apposta biex, fost affarijiet oħra, jippermetti din l-identifikazzjoni. L-istudenti hekk identifikati qed isegwu programm speċjalizzat fis-suġġett relatat, u l-għalliema qed jirċievu taħriġ, appoġġ u riżorsi apposta biex it-tagħlim isir b’mod effettiv. Għalhekk, minn din is-sena skolastika dawn l-istudenti se jibda ‘tracking’ tagħhom biex naraw li jsir it-titjib akkademiku neċessarju.

Skola Marija Reġina — surmast li ħa transfer

Question

Tista l-Ministu tagħti spjegazzjoni għaliex is-surmast li kien qed imexxi l-Iskola Marija Reġina tal-Mosta ħa transfer l-għada li din l-iskola infetħet uffiċċjalment mill-Prim Ministru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor Interpellant għandu nformazzjoni skorretta għall-aħħar. Is-surmast li kien qed imexxi l-iskola Kulleġġ Maria Reġina, Sekondarja Subien, Mosta, ma ħax transfer imma huwa stess applika għal promozzjoni u peress li għadda mill-interview b’suċċess, dan mar jaħdem bħala Uffiċċjal Edukattiv fi ħdan id-Direttorati Edukattivi. Floku ntbagħat surmast ġdid li kien qed imexxi skola oħra.

mediċini li roħsu

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm u liema mediċini roħsu fil-ewwel xhur tas-sena 2012 u kemm roħsu? Jista' jgħid ukoll dawn il-mediċini li roħsu kemm jinbiegħu ġewwa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħal Spanja, l-Italja, Portugal u l-Greċja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kara. Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-mekkaniżmu presenti, il-Ġreċja mhix wieħed mit-tnax-il pajjiż li nieħdu fil-mekkaniżmu sabiex naslu għal prezz medju.

Gvern Malti bħala shareholder

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li għandhom funzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn ta' attività kumerċjali li għandhom xi funzjoni partikolari pubblika jew mhux u fejn l-gvern huwa l-uniku sosten finanzjarju għal dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi. Skont l-aħħar informazzjoni indikattiva provduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, korporazzjonijiet pubbliċi fl-2010 kienu jammontaw għal 57, filwaqt li entitajiet pubbliċi li jagħmlu parti mill-Gvern Ġenerali kienu jammontaw għal 46 fl-2011.

shares tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li dawn il-kumpaniji/agenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shares fihom, tawh ir-rendikont finanzjarju tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-financial statements u returns oħra ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jintalbu b'mod regolari bħala parti mix-xogħol ta' monitoring li jsir mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

entitajiet — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shareholding fihom iħaddmu nies u f'liema skali dawn il-ħaddiema jinstabu settur b'settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun iktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utiliżżati għal dan il-għan, minflok jiġu utiliżżati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.

entitajiet under staffed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn humiex under staffed jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm proċess ta’ Capacity Building li jseħħ regolarment bejn il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien ma’ dawn l-entitajiet u l-Ministeri rispettivi, li huwa intiż propju sabiex jevalwa talbiet għal-reklutaġġ fil-parametri applikabbli tal-Gvern.
Leg 11 PQ #33478 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti li jaħdmu ma aktar minn Ministeru wieħed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux konsulenti li qed jingħataw dan il-post ma' aktar minn post wieħed u allura jkunu qed jagħmlu konsulenza ma' iktar minn ministeru wieħed jew ma' iktar minn dipartimenti wieħed f'salt? Jista' jgħid kemm għandhom impjiegi jew kemm għandhom posts ta' konsulenza u impjieg l-konsulteni li kellhom magħhom fil-perjodu ta' bejn Jannar 2011 sa Diċembru 2011 u Jannar 2012 sa Marzu 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari nru 33474.
Leg 11 PQ #33479 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'konsulenza matul is-sena 2011 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.