Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi eżistenti biex l-industrija timpjega iktar ħaddiema fix-xhur li ġejjin? Jista' jgħid jekk hemmx xi regolamenti li jorbtu lil dawk li jieħdu dawn l-iskemi biex jimpjegaw ħaddiema magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lil Korporazzjoni reposponsabbli mill-impjieg. L-inċentivi tal-Malta Enterprise huma ibbażati fuq investiment, madankollu isiru aktar effettivi meta ikun hemm żieda fl-impjieg. L-iskema Microinvest, tinċentiva negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni biex iżidu l-impjieg. Ir-regolamenti huma elenkati fil-linji gwida tal-inċentiv li qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinsabu ippublikati fiskati fis-sit http://support.maltaenterprise.com/index_files/MicroInvest.htm
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nisa fid-dinja tax-xogħol f'Malta u f'Għawdex? Kemm huwa proġettat li din il-figura attwalment tista' tikber u x'tip ta' taħriġ jeżisti għal dawk in-nisa li jixtiequ jingaġġaw ruħhom fid-dinja tax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ u tibda topera ċ-Childcare Centre fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, peress li dan iċ-childcare centre mhux wieħed li se jinfetaħ mill-Ministeru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn Childcare Centers joperaw matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? F'liema żona kienu? Kemm kellhom kapaċità li jieħdu tfal u kemm attwalment ħadu tfal u kemm iridu jħallsu l-ġenituri biex jkunu jistgħu jieħdu t-tfal tagħhom f'dawn ċ-Childcare Centers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba pulizija tal-A.L.E. telgħu Għawdex matul ix-xhur ta' Jannar sa April 2012, u matul is-sena 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-ispezzjonijiet għall-kaċċa u l-insib illegali saru mill-pulizija stazzjonati Għawdex u li kienu jiġu dettaljati speċifikament għal dan l-iskop. Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu s-sena l-oħra membri mit-Taqsima tal-A.L.E. telgħu 31 darba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammux log books biex ikunu jafu kemm jintużaw splussivi fil-barrieri kull meta dawn jaħarqu l-isplussivi biex ikissru l-blat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
żona Sanata Margerita — tgħeżżiż mill-isplussivi li jintużaw fil-barrieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-inkonvenjent li ż-żona ta' Santa Margerita titgħeżżeż kull meta jinħarqu splussivi ġewwa l-barrieri tal-viċin jistax jonqos u/jew jispiċċa għal dejjem? Hemm probabilità li jekk tintuża teknika differenti dawn it-tgħeżżiżiet jispiċċaw jew it-teknika użata hija din l-unika metodu li tinstab fis-suq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34188.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-karozzi l-antiki li kienu jintużaw għat-transport pubbliku baqgħu jintużaw għal xi skop ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’Malta kien hawn 508 karozzi antiki filwaqt li f’Għawdex kien hemm 78 karozzi antiki li kienu jintużaw għat-trasport pubbliku.
Mill-508 karozzi antiki f’Malta minnhom kien hemm 134 vettura tal-għamla
low floor
, li minn dawn:
· 1 inżammet minn Transport Malta għal raġunijiet ta’ taħriġ;
· 1 ġiet skrapjata;
· 2 ġew miżmuma mis-sidien oriġinali tagħhom;
· 8 ġew mixtrija minn entitajiet governattivi;
· 1 ġiet mgħoddija lill-Malta Red Cross;
· 118 ġew mixtrija mill-Arriva Malta Ltd li minnhom qed jintużaw:
- 31 wara li ġew jew qegħdin jiġu mgħammra skont ir-rekwiżiti mifthema fil-kuntratt;
- 14 temporanjament fuq is-servizz;
- 14 għal taħriġ.
· 3 għadhom għand is-sid oriġinali tagħhom minħabba raġunijiet legali.
Apparti l-134 vetturi tal-għamla
low floor
, kien hemm 374 karozzi oħra f’Malta:
· 3 ġew miżmuma mis-sidien oriġinali tagħhom bħala
Vintage buses
fuq ir-rotot tat-trasport għat-turisti skont il-PTSR L.S. 499.56;
· 73 ġew miżmuma mis-sid originali tagħhom għal użu privat;
· 127 ġew mgħoddija lill-Heritage Malta;
· 164 ġew skrapjati;
· 7 għadhom għand is-sid oriġinali tagħhom minħabba raġunijiet legali jew bejn terzi persuni.
Mit-78 karozzi antiki li kienu jintużaw għat-trasport pubbliku f’Għawdex, dawn kienu liċenzjati għall-ġarr ta’ passiġġieri b’servizz skedat u anke mhux skedat. Dawn il-vetturi kollha ġew miżmuma mis-sidien oriġinali tagħhom għal xogħol mhux skedat. Barra minn hekk ninsab infurmat li minnhom dawn hemm:
· 64 vettura li hija liċenzjata;
· 8 ġew garaxxjati;
· 3 ġew skrapjati;
· 1 mhux bil-liċenzja mġedda;
· 2 miżmuma minħabba raġunijiet legali.
xogħol li kien dieħel f'Malta u ġie miżmum mid-dwana
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu każijiet ta' xogħol li kien dieħel f'Malta u għal xi raġuni jew oħra nżamm mid-dwana ta' Malta milli jidħol fil-pajjiż tul dawn l-aħħar 20 sena, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi biex wieħed jasal għal konklużjoni ta’ kemm inqabdu każijiet ta’ xogħol dieħel f’Malta f’dan l-aħħar għoxrin sena, wieħed irid jikkunsulta ma’ numru volumuż ta’ files sabiex jikkonferma jekk ix-xogħol baqgħax miżmum jew rilaxxjat lil sidu.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant bies jekk qed jirreferi għal xi każ speċifiku, jindikalna liema hu u b’hekk l-uffiċjali tad-Dwana jirreferu għaliha.
uffiċjali pubbliċi li d-dwana żammewlhom xi xogħol milli jidħol f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm uffiċjali pubbliċi bħala propjetarji - jew li għandhom parti minn xi kumpanija - li minħabba xi raguni d-dwana ta' Malta żammewlhom ix-xogħol tagħhom milli jidħol f'Malta matul dawn l-aħħar 20 sena? Jekk iva, x'kien il-każ u kif ġie solvut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dwana ta’ Malta meta żżomm xi xogħol milli jidħol f’Malta ma titlobx dettalji dwar jekk dak li jkun huwiex uffiċjal pubbliku jew le, għax il-liġi hija l-istess għal kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid x'każijiet kien hemm fejn kien dieħel xi xogħol f'Malta min-naħa tad-dwana fl-aħħar 20 sena u nżamm milli jidħol fil-pajjiż? X'kien il-prodott li kien se jigi importat f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29281.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li għandhom bżonnijiet speċjali u li huma impjegati mal-gvern jew mal-privat? Jista' jgħid jekk hemmx xi skemi biex is-settur privat jiġi mħajjar jimpjega ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, sa l-aħħar ta` Novembru, 2011, kien hemm 1,258 persuna jaħdmu fuq bażi full jew part-time fuq ir-Registered Disabled Persons (RDP) Register: 734 jaħdmu mal-privat, 387 mas-Servizz Pubbliku, u 137 ma’ xi kumpanija parastatali jew Awtorita`.
Jeżistu tlett inizjattivi fejn is-settur privat jiġi nkorraġġit jimpjega persuni b’diżabilita’:
L-ewwel inizjattiva hija magħrufa bħala
Bridging the Gap Scheme.
Din hi forma ta’
work exposure
, fejn il-persuna tingħata l-opportunita’ li tipprova lilha nfisha għal numru ta’ ġimgħat fuq il-post tax-xogħol propju, u dan mingħajr il-ħtieġa li jinfetaħ il-ktieb tax-xogħol jew titħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali. Tul dan il-perjodu, l-persuna tingħata
allowance
minn naħa tal-ETC ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.
It-tieni inizjattiva hija dik li toħroġ mill-
Employment Aid Programme
(Proġett tal-
ESF
), fejn l-
Employer
li jingaġġa persuna b’diżabilita’ jingħata sussidju qawwi fuq il-paga li huwa jagħti lil din il-persuna.
It-tielet inizjattiva tirrigwardja rimbors li
Employer
jirċievi tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa minnu bħala
Employer
meta jimpjega persuna b’diżabilita’. Dan il-benefiċċju jitgawda għall-ewwel tlett snin tal-ingaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni matul is-sena 2011 li bbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna jekk kemm-il darba jbiddlu l-karozza antika tagħhom għal waħda ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 2,417-il persuna li bbenefikaw minn din l-iskema matul is-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-karozzi antiki u l-magni u l-parts tagħhom wara li dawn ġew skrapjati u s-sidien tagħhom ingħataw għajnuna biex setgħu jixtru karozzi ġodda? Jista' jispjega jekk il-magni ta' dawn il-karozzi skrapjati jistgħux jintużaw għal vetturi oħrajn jew jekk dawn il-magni jiġux distrutti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il raid sar mill-pulizija tal-ALE fuq kaċċaturi matul ix-xhur Jannar u April 2012?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi membri mit-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija regolarment jagħmlu spezzjoniet għal persuni li jinqabdu bi ksur ta’ xi provvedimenti tar-Regolamenti dwar il-Kaċċa u l-Insib. Infurmat ukoll illi fil-perjodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u ċioe’ bejn Jannar u April ta’ din is-sena membri ta’ din it-Taqsima għamlu 815 spezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija li ħadmu biex matul l-istaġun tal-kaċċa ta' April 2012 tinżamm l-ordni u l-liġijiet jiġu segwiti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin stazzjonati fl-Għasses kif ukoll dawk li huma stazzjonati fit-Taqsima tal-A.L.E. ħadmu flimkien sabiex matul l-istaġun tal-kaċċa f’April 2012 tinżamm l-ordni u l-ligijiet tal-kaċċa jiġu segwiti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba pulizija tal-A.L.E. telgħu Għawdex biex jaraw ukoll li hemm tinżamm l-istess ordni u l-kaċċaturi li jkunu Għawdex għall-kaċċa jimxu mar-regoli stabbiliti mil-liġi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-ispezzjonijiet għall-kaċċa u l-insib illegali saru mill-pulizija stazzjonati Għawdex u li kienu jiġu dettaljati speċifikament għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Korporazzjoni Enemalta matul is-snin 2006/7/8/9/10/11? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.