Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34631 u jgħid kemm ta' sussidju jew għajnuna u fuq xiex ta susidju jew xi tip ta' għajnuna oħra lill-kumpanija tat-transport Arriva kemm ilha topera sal-aħħar ta April 2012 il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li sas-17 ta' Mejju 2012, il-kumpanija Arriva Malta Ltd irċeviet sussidju ta’ €685,416 fix-xahar minn Lulju 2011 s’April 2012.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34448 u jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħmel is-sinjali tat-toroq kif ukoll il-kaxxi l-bojod u s-sofor li fihom jipparkjaw il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linji kollha tal-karreġġjati u kaxxi ta’ parkeġġi fit-toroq, sewwa jekk bojod kif ukoll sofor, jiġu mplimentati għall-ewwel darba minn Transport Malta. Sussegwentament, il-manteniment tal-linji tal-karreġġjata u kaxxi ta’ parkeġġ fuq toroq arterjali u distributorji jsir mill-istess Transport Malta u l-manteniment ta’ tali linji u kaxxi fuq it-toroq l-oħrajn kollha jsir mill-kunsilli lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31739 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm qed jiswew lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-uffiċċji taċ-chairman, tas-CEO u tal-erba' diretturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-gradi, il-paga, il-perkaċċi u l-overtime li tħallsu lil kull impjegat f'dawn l-uffiċċji? Tista' din l-informazzjoni tkun maqsuma sena b'sena mil-1998 sal-lum u tingħata spjegazzjoni ta' kif telgħu l-ispejjeż fuq kull individwu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34651 u cioè: B'referenza għall-proġett tar-relocation ta' 17-il razzett, issa niżlu għal 12-il razzett, flimkien mal-impjant tat-trattament tad-demel ġos-south/Qrendi, liema proġett ilu mwiegħed mill-2007, sallum għad lanqas l-out line permit ma ħareġ, jista' l-Ministru jgħid:
a) fejn/fliema stadju wasal;
b) kemm intnefqu flus sa issa, u kif intnefqu;
ċ) kemm hemm raħħala li konfermaw bil-miktub/intrabtu li jmorru l-Qrendi;
d) kemm hu maħsub li jiġi jiswa dan l-impjant,
full cost breakdown
; u
e) kemm hu maħsub li jiġi jiswa kull razzett,
full costs breakdown
u min se jħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34355 u jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet diversi spezjonijiet fl-akwata msemmija u fl-ebda ħin ma irriżulta li hemm irwejjaħ. Is-istema tad-drenaġġ instabet taħdem sew.
Jirriżulta wkoll, illi fil-passat, wara ilmenti simili, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni sabu diversi sorsi ta irwejjaħ ġejjin minn sistemi privati bħall sufuni niexfa u ventijiet ħżiena. Kienu ġew irrangati/mibdula xi tappieri ukoll.
Nitolbu lil konsumatur effetwat sabiex iċempel lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-freephone 80072222 u jindika il-post tas-sors tar-riħa sabiex il-Korporazzjoni taħdem fuqu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34225, 33489 u 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34631 u jgħid kemm ta' sussidju jew għajnuna u fuq xiex ta susidju jew xi tip ta' għajnuna oħra lill-kumpanija tat-transport Arriva kemm ilha topera sal-aħħar ta April 2012 il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34466 u 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għall-Appendici “H” u “H1” tar-Rapport tat-Teżor 2010 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Lulju, 2011 kif ukoll għal Appendiċi “G” tal-Estimi Finanzjarji tal-Gvern għas-sena 2012 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-14 ta’ Novembru, 2011.
Differenza bejn servizz ta' klinika privata u dak taċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34456 u jgħid x'differenza hemm fis-servizz tal-emerġenza mogħti fi klinika privata u servizz provdut miċ-Ċentri tas-Saħħa li diġà huma eżistenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34450 u jgħid b'liema loġika jitmexxa l-ħsieb li meta jkun hemm xi ċittadin li jkun ipparkja l-karozza tiegħu b'inqas minn ħames metri 'l bogħod minn xi kantuniera dan jiġi mħarrek u mwaħħal ċittazjoni u jekk f'din l-istess triq isiru l-kaxxi l-bojod anke jekk l-ewwel kaxxa tkun ftit ċentimetri 'l bogħod mill-kantuniera li tipparkja f'dik il-kaxxa ma jkunx illegali? Mela jekk karozza li tkun ipparkja inqas minn ħames metri 'l bogħod minn kantuniera hija perikoluża għat-traffiku li jkun għaddej, ikun hemm kaxxa bajda impinġija mal-art, dan il-periklu ma jibqax hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma toħroġx permessi għal kaxxi tal-parkeġġ li jkunu b'distanza ta' inqas minn ħames metri mill-kantuniera ħlief meta t-triq tkun b’passaġġ f’ direzzjoni waħda (one-way) u s-sinjali tat-triq f’kantuniera, liwja jew splay ta’ dik it-triq partikolari ma jestendux għal aktar mil-limitu indikat ta’ ħames metri, f'liema każ tali projbizzjoni ma tkunx testendi għal ħames metri sħaħ iżda tkun limitata għad-distanza koperta mill-imsemmija sinjali tat-triq. L-Onorevoli Interpellant jista' jgħaddilna l-isem tat-triq li għaliha qed jirreferi sabiex uffiċċjali tal-istess Awtorita' jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-verifiki meħtieġa u li tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2007/8/9/10/11 u 12 kien hemm persuni li ngħatalhom il-protezzjoni tal-pulizija? Għal kemm-il ġurnata ngħatat din il-protezzjoni u kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li jkollhom l-protezzjoni tal-Pulizija u l-modalita' ta’ tali protezzjoni ma hix waħda statika u tvarja minn ġurnata għall-oħra skont kif ikun meħtieġ.
Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tat-tagħrif kif mitlub jinħtieġ eżerċizzju elaborat liema eżerċizzju jirrikjedi ħafna ħin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ċittadin Malti li ngħata l-protezzjoni u kellu jakkumpanjawh pulizija u sigurtà Maltija anki meta jsiefer barra mill-pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm xi ċittadin Malti li ngħata protezzjoni u kellu jakkumpanjawh Pulizija jew sigurta' Maltija meta jsiefer barra l-pajjiż.
persuni li ngħatatilhom il-protezzjoni tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid dawk il-persuni li ngħatatilhom il-protezzjoni tal-pulizija 24 siegħa kuljum matul il-perjodu 2007/8/9/10/11 u 12 x'kienet ir-raġuni li ġara dan? Jista' jgħid jekk kenitx ukoll relatata max-xogħol li huma bdew iwettqu jew jekk din l-protezzjoni ngħatatx minħabba xi raġuni oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, għal diversi raġunijiet, mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar kif u għaliex persuni jkunu provduti b’miżuri ta’ sigurtà li jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati meta u fejn ikun meħtieġ.
deċiżjoni biex persuna tingħata l-protezzjoni tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi u allura min iddeċieda matul is-snin 2007/8/9/10/11 u 2012 biex persuni jingħataw il-protezzjoni tal-pulizija? Jista' jgħid jekk kinitx il-qorti li ddeċiediet dan jew xi entità oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ordni sabiex xi persuna jew persuni jkollhom protezzjoni, jingħataw mill-awtoritajiet konċernati.
Infurmat ukoll illi għar-raġunijiet mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija 34809, mhux possibli li jingħata t-tagħrif kif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid jekk individwu personali jistax jitlob huwa stess għall-protezzjoni tal-pulizija u f'dan il-każ x'inhuma l-proċeduri li jrid jgħaddi minnhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija jkollha rapport minn xi persuna li tkun vittma ta’ xi reat kriminali, wara li dan ir-rapport jiġi nvestigat, jittieħdu l-provvedimenti opportuni, inkluż jekk ikun meħtieġ, li tkun provduta protezzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies involuti fuq ix-xogħol tal-Paying Agency? Kemm hija l-ispiża biex titmexxa l-Paying Agency? Mnejn jiġu l-fondi biex jitħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
i. Il-Paying Agency tħaddan fiha 70 impjegat.
ii. L-ispiża annwali biex titmexxa l-Paying Agency tammonta għal madwar €1,500,000 li minnhom madwar €563,000 huma ko-finanzjati mill-assistenza teknika taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali (2007-2013).
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-provvista tal-majjal lokali kinetx suffiċċjenti fix-xhur ta' April u Mejju u għad-domanda tas-suq lokali? Jista' jassigura li fix-xhur Ġunju, Lulju u Awwissu 2012 se jkollna l-ammont ta' majjal lokali li jlaħħaq mad-domanda mitluba mill-konsumatur Malti u Għawdxi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 32693 u 32692 mressqa minnu stess, infakkru li l-attività hija waħda kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jiddentifika xi problemi qed iħabbtu wiċċhom magħhom ir-raħħala tagħna fit-trobbija tal-bhejjem u tjur? Dawn il-problemi huma ddentifikati u kwantifikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li kull produttur għandu numru ta’ problemi partikolarment tiegħu u differenti minn ta’ oħrajn, nitolbu jikkjarifika għal liema problemi partikolari qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed isir xi studju biex jara d-domanda għal-laħam tat-tjur, majjal u ċanġa kif sejra tkun għax-xhur u snin li ġejjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dawn is-setturi jaħdmu fuq bażi kummerċjali u l-projezzjonijiet tad-domanda u n-nuqqas ta’ ċertezza li joffri il-futur huma l-bażi tar-riskju li jieħu kull imprenditur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu containers vojta li huma mikrija mid-dipartiment tiegħu biex jintużaw minn dan l-istess dipartiment? Jista' jgħid għal liema raġuni qed jintużaw dawn il-containers u kemm qed jiġu jiswew kuljum lill-istess dipartiment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema containers u dipartiment qiegħed jirreferi.