Aċċessibilità ta' bankini għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm strateġija nazzjonali biex il-bankini kollha jkunu aċċessibli u jitneħħa l-periklu mill-bankini għall-persuni li għandhom problema b'mobilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fejn hu possibli l-bankini l-ġodda qed jiġu mibnija skont il-linji gwida tal-KNPD. Transport Malta għaddejja wkoll f’taħdidiet kontinwi mal-KNPD biex jiġu identifikati bankini ‘qodma’ bi problema ta’ aċċess biex fejn hu possibli jiġu ndirizzati. Fix-xhur li għaddew, Transport Malta diġa għamlet numru ta’ interventi ta’ dan it-tip.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex tifel li qed imur is-sekondarja tal-Mosta taż-Żokrija li tispiċċa fis-2:35pm, qed jasal id-dar fl-3:45pm meta joqgħod il-Mosta stess bit-trasport provdut mis-sistema edukattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sitwazzjoni kienet ġiet riżolta ftit jiem wara l-bidu tas-sena skolastika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fiċ-Ċivil kollu li ġew offruti boroż ta' studju matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012? F'liema settur kienu dawn il-boroż ta' studju u kemm minn dawn il-ħaddiema lestew dan il-korsijiet b'suċċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ommijiet maċ-Ċivil li talbu flexihours matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 u kemm minn dawn il-ommijiet fil-fatt ingħataw din l-faċilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-2009 u l-2012, minn 543 talba ġew approvati 99.6% minnhom. Din l-istatistika ma tinkludix il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali , pero infurmat li għalkemm il-ministeru ma jżommx din l-istatistika, kull talba li ssodisfat il-verifika meħtieġa, ġiet aċċettata. Għaldaqstant, wieħed jista’ jgħid li, fil-maġġoranza assoluta tal-każi, t-talbiet kollha jiġu approvati, skont il-politika tal-Gvern favur il-familja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom bżonnijiet speċjali u li huma impjegati maċ-Ċivil? Jista' jgħid ma' liema sezzjoni qed jaħdmu u jekk teżistix vakanza biex persuni b'dawn il-bżonnijiet jiġu ingaġġati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 311-il persuna reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) li qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ dawn il-persuni, maqsumin skont il-Ministeri li qegħdin fihom.
Vakanzi għal persuni bi bżonnijiet speċjali jimtlew minn żmien għal żmien, skont ir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Persuni reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) jistgħu japplikaw ukoll għal kull sejħa t’applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fis-Servizz Pubbliku, mingħajr ma jkollhom ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibilità, diment li jkunu jistgħu jwettqu l-biċċa l-kbira tad-dmirijiet indikati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu maċ-Ċivil kollu? Kemm hemm irġiel u nisa? F'liema age bracket jaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 29,131 impjegat fis-Servizz Pubbliku.
Dettalji ta’ kif hu maqsum dan it-total bejn irġiel u nisa, u l-
age bracket
li jaqgħu fih, hu kif ġej:
Age bracket
Irġiel
Nisa
Total
Anqas minn 20 sena
19
21
40
Bejn 20 u 29 sena
1556
3096
4652
Bejn 30 u 39 sena
2833
4208
7041
Bejn 40 u 49 sena
5362
3460
8822
Bejn 50 u 59 sena
5232
2393
7625
60 sena u aktar
683
268
951
Total
15685
13446
29131
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu kuntratti ma' kuntratturi privati li qed jagħmlu xogħol għall-istat fit-tindif, sigurat, xogħol klarikali u jekk għandu xi kuntratti oħrajn, jista' jsemmihom? Jista' jsemmi kemm dawn il-kuntratturi qed iħaddmu nies magħhom kumpanija kumpanija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika x’jixtieq ifisser bil-kelma ‘għall-istat’ sabiex inkun nista’ nitlob lill-uffiċjali kkonċernati jiġbru l-informazzjoni rikjesta.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tat-tiġieġ lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32699, ninfurmah li għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2012 it-tjur maqtula kienu ta’ 1,265,416 b’total ta’ piż tal-karkassi jleħħaq 2,112,781 kilogramm.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-fniek lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Dipartiment jżomm 'rekords' biss tal-fniek li jinqatlu fil-biċċeriji approvati liema biċċeriji bdew jaħdmu fil-2011, ninfurmah ukoll li m’hemmx rekords tal-produzzjoni fuq livell ta’ ‘cottage industry’. In-numri ta’ fniek li kienu maqtula fil-biċċeriji approvati huma ta' 44,813 fenek fl-2011 u 45,481fenek fl-2012 sal-25 ta' Settembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32700, ninfurmah li l-istimi tal-produzzjoni għas-snin 2011 u 2012 sa l-aħħar ta’ Settembru huma 4,056,000 tużżana u 4,668,300 tuzzana rispettivament.
Mosta — Triq it-Torri - Warden minħabba tfal tal-iskola
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ħdejn l-iskola primarja, fejn it-triq tal-iskola tmiss ma' Triq it-Torri fil-Mosta, mhux qed ikun hemm warden la filgħodu u lanqas filgħaxija biex jara li ma jkunx hemm periklu għat-tfal tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-responsabbilità ta’ provediment ta’ warden hija tal-kunsill lokali u mhux tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont kemm kien hemm pilloli out of stock matul Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2012? Jista' jgħid kemm minn dawn il-pilloli damu out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm disposables li jintużaw fl-Isptar Mater Dei u ċentri tas-saħħa madwar Għawdex u Malta li kienu out of stock matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa tal-manutenzjoni li jonfoq id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Isptar Mater Dei kull xahar, u allura kemm nefaq f'manutenzjoni matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif mar l-eżerċizzju tal-organizzazzjoni tal-waiting list li kienet qed issir fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti li kienu fuq iktar minn lista ta' stennija waħda u allura jista' jgħid kemm huma l-pazjenti li issa qegħdin jistennew fuq il-listi ta' stennija li għadhom kif ġew organizzati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm listi ta' stennija fil-qasam tas-saħħa? F'liema oqsma huma dawn il-listi u kemm pazjenti jistennew għall-interventi fuqhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni l-għala teacher librarian li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, b’esperjenza qed jitlef id-dritt tiegħu li jiġi trasferit minn skola għal oħra anki meta kien hemm post vakant fl-iskola li talab biex jiġi trasferit fiha, u kif xi ħadd ġdid jiġi magħżul jimla dak il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn dak iż-żmien inħolqot vakanza u l-għalliem in kwistjoni beda jservi bħala għalliem-librar fi skola sekondarja. Dan bi qbil mal-istess għalliem