Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37547 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet fil-Korp tal-Pulizija vakanti matul is-sena 2012 u f'liema kienu dawn il-postijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba mogħtija fis-Seduta numru 483, għall-Mistqosija Parlamentari numru 35033.
Leg 11 PQ #37548 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru tal-Intern

immigranti irregolari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kem kien hawn persuni rreġistrati fil-pajjiż li daħlu bħala persuni irregolari matul s-sena 2012? Kemm minn dawn ġew bil-baħar mill-pajjiżi tal-Afrika ta' fuq u kemm ġew b'mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, waslu Malta 1,567 immigrant irregolari. Dawn kollha waslu Malta bil-baħar.

barranin jaħdmu bla permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu barranin li qed jaħdmu f'Malta bla permessi meħtieġa? Jista' jgħid il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom fejn kien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37550 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

barranin li għandhom id-dritt tal-vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin Malta li kellhom id-dritt tal-vot fil-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni barranin f’Malta li kellhom id-dritt tal-vot fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex fis-sena 2011 għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 27,134, skont ir-reġistru elettorali ta’ April, u ta’ 30,601, skont ir-reġistru elettorali ta’ Ottubru.
Leg 11 PQ #37551 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

barranin li għandhom id-dritt tal-vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn barranin li matul is-snin 2011 u 2012 ġabu d-dritt li jivvutaw mhux biss għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali imma ukoll għal dik tal-elezzjoni ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni barranin f’Malta li ġabu d-dritt tal-vot għall-kunsilli lokali kif ukoll tal-elezzjoni ġenerali, matul is-snin 2011 u 2012, wara li ssodisfaw ir-rekwiżiti kostituzzjonali, inkluża dik ta’ ċittadinanza Maltija, kien ta’ 216 fl-2011 (113 – Reġistru ta’ April u 103 – Reġistru ta’ Ottubru) u ta’ 322 fl-2012 (138 - Reġistru ta’ April u 184 – Reġistru ta’ Ottubru).

Ħela ta' enerġija ġenerata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix perjodu fil-ġurnata li tiġi ġġenerata enerġija mill-power station li ma tintużax jew li tiġi ġġenerata enerġija iktar milli għandu bżonn il-pajjiż u għalhekk jinħela? F'liema huma dawn il-ħinijiet tal-ġurnata u kemm tkun l-enerġija ġġenerata li ma tintużax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Biċċerija — standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-biċċerija prinċipali hijiex akkreditata u ċertifikata u allura tikkwalifika bl-istandards rikjesti mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-biċċerija prinċipali hija akkreditata u ċertifikata skont l-istandards rikjesti mill-Unjoni Ewropea, nistiednu jirreferi għas-sit elettroniku http://vafd.gov.mt/list-of-approved-establishments fejn l-istabbiliment imsemmi jidher fil-lista tal-istabbilimenti approvati.

palm meqrud

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqerdu palm matul l-ewwel xhur tas-sena 2011 minħabba l-bumunqar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 28096 li kienet saret mill-istess Onorevoli Interpellant.

promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fid-Dipartiment tas-Saħħa matul is-snin 2010 u 2011? Mil-liema grad għal-liema grad u kemm fadal vaganzi vojta li għad iridu jimtlew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2010 kien hemm 125 promozzjoni, kollha fi gradi tekniċi, u li fl-2010 kien hemm 73 promozzjonijiet f’diversi gradi. Vaganzi vojta oħra jimtlew skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fid-dipatimenti tiegħu matul is-snin 2010 u 2011? Mil-liema grad għal-liema grad u kemm fadal vaganzi vojta li għad iridu jimtlew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 ingħataw 127 promozzjonijiet u fis-sena 2011 ingħataw 75 promozzjonijiet. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’aktar informazzjoni. In-numru ta’ vaganzi pendenti ma tistax tingħata minħabba li vaganzi jinħolqu l-ħin kollu meta ħaddiema jieħdu promozzjoni jew jirriżenjaw mis-Servizz Pubbliku dawn joħolqu l-possibilità ta’ promozzjonijiet fil-gradi ta’ taħt.

rapporti ta' ħsara mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li fis-sena 2011 irrapurtaw ħsarat li ġarbu bil-maltemp?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-eżerċizzju li sar kien hemm 190 bidwi li rrapurtaw ħsarat li ġarbu ħtija tal-maltemp.

bdiewa — għajnuna minħabba maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li ħadu għajnuna minħabba l-ħsarat li ġarbu bil-maltemp fis-sena 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37126.

pjanijiet għall-Isptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pajnijiet għall-binja li hemm bħala Sptar Zammit Clapp li kienet tintuża bħala sptar ta' riabilitazzjoni għax-xhur u snin li ġejjin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa l-Isptar Żammit Clapp, qiegħed jintuża bħala Nursing Home għall-Anzjani wara li saritlu refurbishment estensiv. Ta’ min jgħid li permezz ta’ dan il-proġett, kien hemm żieda ta’ 96 sodda għall-anzjani.

Birkirkara — rotta tal-linja għaċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex anzjani li soltu jagħmlu użu miċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta u li issa dawn is-servizzi imxew għaċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara bid-differenza li issa dawn l-anzjani li jaqbdu l-karozza tal-linja biex jagħmlu dan ikollhom jinżlu fil-bypass ta' Birkirkara jaqsmu l-bypass u jinżlu niżla? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Transport Malta tbiddel temporanjament ir-rotta tagħha u jkun hemm karozza tal-linja li tgħaddi apposta minn ħdejn il-klinika tas-saħħa ta' Birkirkara ħalli dawn l-anzjani u persuni bi problemi ta' mobiltà jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta -servizzi fil-klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi tħallew fil-klinika tal-Mosta issa li fil-bini ta' din l-klinika għaddej xogħol estensiv ta' rranġar u modernizzar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-bini taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta baqa’ jingħata biss servizz ta’ Radjoloġija. Pero`, sar arranġament biex fil-binja tal-Kunsill Lokali, tinfetaħ berġa għal bżonnijiet tar-residenti tal-lokal b’mod temporanju, sakemm isiru x-xogħolijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Mosta — ċentru tas-saħħa - servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li x-xogħol ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta jitlesta u jerġa' jibdew jingħataw is-servizz li kien mdorri jieħu l-poplu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sakemm il-proċess tat-tenders jitlesta mingħajr dewmien, huwa ippjanat li l-proġett ikun finalizzat matul l-ewwel sitt xhur tal-2013.

tilqim kontra l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jingħata t-tilqim kontra l-influwenza miċ-ċentri tas-saħħa? Jista' jagħti time table ta' kif se jsir dan it-tilqim?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru. It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jingħata: · Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 10a.m sa 1:30p.m. · Is-Sibtijiet 10a.m sa 12:30p.m. It- tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ B’Kara, il-Furjana u Raħal Ġdid jingħata : · Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 2p.m. u 7p.m. · Is-Sibtijiet 1p.m u 7p.m.

kampanja biex studenti jieklu frott frisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kampanja biex iħeġġu t-tfal jieklu frott frisk ġewwa l-iskejjel hijiex se titkompla din is-sena ukoll?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskema tal-Frott u l-Ħaxix se titkompla din is-sena.

Ħaddiema part-time — pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pensjoni huma intitolati l-persuni li jaħdmu part-time bħala l-main job tagħhom u li dawn il-persuni qatt ma jkunu ħadmu full-time imma dejjem fuq bażi part-time?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni kontributorja tinħadem fuq bażi personali u kemm l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li jitħallsu u li jiġi ikkreditati matul is-snin kif ukoll ir-rata ta’ kontribuzzjoni imħallsa fil-ġimgħa jkollhom effett fuq ir-rata li tkun dovuta. Għaldaqstant minħabba l-proċess imsemmi ma tistax tingħata tweġiba ġenerika biss nista nikkonferma li persuna li jkollha l-medja massima ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew ikkreditati jkollha dritt għal rata ta’ pensjoni li ma tkunx inqas mill-Pensjoni Minima Nazzjonali applikabbli fil-każ skont il-medja tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna assigurata.

Qasam tas-Saħħa — listi ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36960 u 36511 u jgħid kemm hemm listi ta' stennija fil-qasam tas-saħħa? F'liema oqsma huma dawn il-listi u kemm pazjenti jistennew għall-interventi fuqhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-qasam tas-saħħa fuq il-listi ta’ stennija ċentralizzata ġewwa l-Isptar Mater Dei hemm listi ta’ stennija fil-qasam tal-Ortopedija, Oftalmoloġija u fil-Kardjoloġija. Il-lista ta’stennija f’dawn l-oqsma sad-disa’ ta’ Otubru 2012 kienet hekk: · Cardiology cases o Abliation – 3 o Angiogram – 353 o Cardioversion – 3 o Grafts – 27 o Pacemaker – 12 o PCI – 44 o PFO – 12 o Heart Studies – 8 o Box Change – 10 o Others - 550 · Radiology - Angiography - 5 CT Scan - 1,476 Fluoroscopy - 945 Mamography - 782 MRI - 2,687 Nuclear Medicine - 435 Planar Imaging - 557 Ultrasound - 5,787 · Ophtalmology - Cataracts - 3,215 Ritractomy - 64 Silicone Oil Removal - 55 Others - 173 · Orthopeadic - · Revision THR – 34 · THR – 327 · TKR – 1,653 · Unicondylar Knee Replacement – 203 · Revision TKR – 29 · Arthroscopy Knee – 1,494 · Arthroscopy Knee and ACL Reconstruction – 239 · Arthroscopy Ankle – 7 · Arthroscopy Shoulder – 11 · Medicine Gastroscopy - 67 Colonoscopy - 151 Peg - 1 · Anaesthesia o Pain Clinic - 300 · Dental Orthodontics - 540 Oral Surgery - 299 Prosthetics - 356 · Gynaecology - 565