Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — materjal informattiv
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spejjeż ta' mobile phones u fuels għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta' mobile phones minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena kienet €26,093 mill-uffiċjali awtoriżżati f'Malta u €105,798 mill-uffiċjali awtoriżżati fl-Ambaxxati. L-ispiża ta' fuel matul l-istess xhur kienet €21,275 għal Malta u €48,803 għall-Ambaxxati.
Jista' l-Ministrru jagħti rendikont tal-livell tat-tniġġis madwar l-ibħra Maltin minn Jannar sa Ottubru 2012 xahar b'xahar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha l-obbligu li tasseseja l-istat ta' l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku, kimiku kif ukoll ta' traċċi ta' iżotopi radjattivi (ionizing radjation) fl-ambjent.
Bħala parti mill-obbligu tal-implimentazzjoni tal-Water Framework Directive (WFD) 2000/60/EC il-MEPA qegħda twettaq programm ta' monitoraġġ ta' diversi parametri ta' l-istat ta' l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku u kimiku fl-ambjent tal-ilma. Dan ilu jseħħ minn Mejju tal-2012, fejn il-monitoraġġ se jkompli sejjer sa' Mejju 2013. Il-riżultati tal-analiżi li saru s'issa qed jiġu assessjati bħala parti minn dan il-programm. Hu maħsub li r-riżultati finali jiġu rrapportati s-sena d-dieħla hekk kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari Numru 36159.
Il-MEPA hija obbligata wkoll li twettaq moniteraġġ fuq traċċi ta' iżotopi radjattivi fl-ambjent (ionizing radjation in the environment) skont il-Euratom Treaty 2000/473 u jkopri ukoll analżi fuq kampjuni tal-ilma baħar. Dan il-programm, imsejjaħ 'National Environment Radioactivity Surveillance Plan (NERSP) for Malta' beda jitwettaq mill-2009 u għadu għaddej. Il-Pjan irrekjedi li jittieħdu kampjuni għall-analiżi kull tlett xhur. Ir-riżultati ta' l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena juru li Malta m'għandiex livelli inkwinanti ta' traċċi ta' iżotopi radjattivi. Il-livell ta' 'Caesium 137' kien ta' 1.87 mBq/l (milli Becquerel per litre) u ta' 'Potassium 40' kien ta' 13.85 Bq/l. Ir-riżultati tal-kampjuni li ittieħdu minn April sa' Ottubru qegħdin fil-proċess ta' analiżi. Ir-riżultati ta' sena sħiħa ta' analiżi jiġu sottometti lir-'Radiation Protection Board' li jinforma lill-'Joint Resources Centre', l-entita li responsabbli mir-rapport annwali.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż ta' materjal informattiv fil-ġurnali , materjal printjat u reklami li għamel il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, minn Jannar sa Ottubru 2012 huma € 52,537. Ta' min isemmi wkoll li €50,069 oħra ġew imħallsa lura lill-Ministeru taħt l-External Border Funds.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-karkassi tal-nagħaġ u mogħoż li nqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa razzett ġewwa Għawdex tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.
Jista' l-Ministru jgħid x'valur fis-suq kellhom il-mogħoż u n-nagħaġ li inqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa r-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dan l-aħħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.
Jista' l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż kollha li kienu involuti, kif ukoll il-valur tal-mogħoż maqtula, u pagi tal-pulizija li qed jagħmlu l-għassa eċċ. biex twetqet il-operazzjoni ħalli 212-il mogħża u nagħġa fir-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jiġu maqtula?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.
Jista' l-Ministru jgħid il-popolazzjoni tal-merħliet ta' nagħaġ u mogħoż fil-gżejjer Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid kemm-il kilo ta' ġbejniet jiġi produċut f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 36007 u 36517, ninfurmah li skont ir-reġistru l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nagħaġ u mogħoż tlaħħaq 16,602 ras. Kuljum dan ir-reġistru jiġu reġistrati annimali ġodda u jinqatgħu dawk li jinqatlu jew imutu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq nagħaġ u mogħoż mis-Servizzi Veterinarji f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 3 snin? Jista' jgħid f'liema żoni saru dawn l-ispezzjonijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Jista' l-Minstru jgħid jekk id-dipartiment iżommx records ta' trobbija ta' mogħoż u nagħaġ li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li d-dipartiment kien jaf bihom ta' trobbija ta' nagħaġ u mogħoż illegali tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jsemmi liema kienu dawn il-każijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37867 peress li annimali kollha li jkunu qed jitrabbew b'mod illegali jkunu mneħħija.
B'referenza għall-individwu li d-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament li s-Servizz Veterinarju marru fir-razzett tiegħu u qatlulu 'l fuq minn 200 nagħaġ għar-raġuni li dawn il-bhejjem ma kienx irreġistrati mas-servizz veterinarju, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk jaqbilx ma' din l-azzjoni li ttieħdet? Jaħsibx il-Ministru li din l-azzjoni fejn bhejjem (fosthom nagħaġ tqal) ġew maqtula u meqruda, ma kienet xejn dinjituża u kienet, fil-fatt, ħarxa li tmur kontra kull konsiderazzjoni etika ta' animal welfare? Jaħsibx li l-qatla ta' tant bhejjem, mhux għax kienu morda, iżda minħabba allegat nuqqas tar-raħħal li jirreġistrahom mas-servizz veterinarju, ma kenux kif jistabbilixxu r-regolament? Jaħsibx li s-servizz veterinarju għamel l-istess dnub ta' moħqrija fuq dawn in-nagħaġ, li jagħmel persuna bla qalb li joqtol il-kelb tiegħu sempliċiment għax jkun iddejjaq minnu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37867 fejn spjegajt li dak li jesiġu r-regolamenti huwa xejn anqas biex tkun salvagwardata is-saħħa tal-konsumatur.
Il-provenjenza ta’ annimal li ma’ jkunux reġistarati kif titlob il-liġi ma tkunx magħrufa u dawn għalhekk ma jkunx hemm għarfien jekk kielux affarijiet li jkun fihom residwi bħal diossina, ormoni, kloranfenikol jew beta agonists, li huma kollha sustanzi projbiti apparti ħafna residwi oħra. Barraminnhekk ma jkunx jista’ jkun aċċertat mill-liema merħla jkunu gejjin u għalhekk l-istat ta’ saħħa taghhom ma jkunx maghruf b’risku li jkollhom xi mard li ma jidhirx. Dan jista’ joħloq problemi kbar. Hemm mard li huwa ta’ periklu għall-bniedem, bħal ma hija l-Iscrapies, li ma jistax jiġi dijanjostikat waqt li l-annimal huwa ħaj.
Huwa għalhekk li fil-liġi Maltija u f’dik Ewropeja (bħal ma huma l-Artiklu 76 tal-Kapitlu 36; l-Artikolu 54 ta’ Council Regulation 882/2004; Artikoli 7 u 18 ta’ Council Regulation 178/2002.) hemm definit il-bżonn ta’ traċċabilita serja fil-produzzjoni ta’ l-ikel u li kull annimal li mhux taħt il-kontroll tal-programmi dettati mir-regolamenti kollha l-oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja kif ukoll dawk Maltin, ma ghandhomx post fil-katina ta’ l-ikel. L-annimali tal-produzzjoni ta’ l-ikel huma regolarizzati b’serjeta kbira ghaliex is-saħħa tal-poplu hija ħafna aktar importanti u trid tkun garantita il-hin kollu.
Huwa riżultat ta’ dan li ma hemm l-ebda mekkaniżmu fil-liġijiet Maltin u Ewropej kif annimali bla reġistrazzjoni jistgħu jiddaħħlu fil-katina ta’ l-ikel. Għalhekk ma jibqa’ l-ebda forma ta’ soluzzjoni oħra ħlief dak, li għal minn mhux intiż, tista’ żbaljatament tidher bħala azzjoni drastika meta dawn jitneħħew.
Nassumi li bħali l-Onorevoli Interpellant jaqbel li s-saħħa tal-konsumatur hija primarja u ta’ priorita’ u għaldaqstant ma nkunx żbaljat jekk ngħid li quddiem dan ir-raġunar jasal biex jaqbel miegħi li dawn ir-reġolamenti ta’ traċċabilità huma mandatorji u li l-azzjoni meħuda kienet f’waqtha.
Rigward l-aħħar part ital-mistoqsija, ninfurmah li l-mezz ta’ kif jinqatlu l-annimali fuq razzett f’kaz ta’ depopolament huwa ukoll preskrtitt mir-Regolamenti Ewropej fejn hemm kontemplat l-mod ta’ kif isir dan id-depopolament fil-parametri tal-kunsiderazzjonijiet ta’ Annimal Welfare. Waqt li nagħmel referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea CR 1099/2009, niġbed l-attenzjoni tal-Interpellant li l-mod li jintuża biex jinqatlu dawn il-bhejjem huwa dak ta’ captive bolt penetranti li huwa mnizzel Numru 1 f’Anness 1, f’Kapitolu 1, Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament. Dan il-metodu jiżgura li l-annimali jkunu maqtula bl-aktar mod rapidu u mingħajr ma jkun kkawżat eċitament jew biża żejda lill-istess annimali qabel il-qatla. Ghalhekk naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ etika jew ksur ta’ regolamenti ta’ Animal Welfare.
Deċiżjonijiet bħal dawn ma jeħodhomx direttament il-politiku. Jien noqgħod fuq il-pariri li jagħtu nies esperti u tekniċi abbażi tar-regolamenti u direttivi Ewropej.
Direttur tas-Sajd — co-ordination meeting - laqgħat importanti
Question
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kienet ir-raġuni li d-Direttur tas-Sajd ma kienx preżenti l-bieraħ, 12 ta' Novembru 2012, f'Agadir, il-Marokk għall-1st co-ordination meeting tal-18th Special Meeting of the Commission tal-ICCAT? Japprezza li din il-laqgħa importanti, li baqgħet sejra sa' nofs il-lejl, sar ħafna lobbying, xogħol ta' kordinament bejn il-pajjiżi, u diskussjoni dwar materiji ta' importanza għas-sajjieda tat-tonn u li minħabba n-nuqqasijiet tad-Direttur is-sajjieda Maltin kienu żvantaġġati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant , li d-Direttur tas-Sajd ma kienx preżenti għal 1st Co-ordination Meeting imsejjaħ mill-Unjoni Ewropeja minħabba li t-tluq tal-ajruplan minn Malta ttardja bil-konsegwenza li ntilfet il-connecting flight lejn Agadir.
Madankollu, wieħed irid jgħid li f’dan l-ewwel Co-ordination Meeting id-diskussjoni kienet konċentrata fuq id-definizzjoni tat-traps tat-Tonn li huwa rkaptu li ma jaffetwax lis-sajjieda Maltin. Din id-diskussjoni tkompliet fil-Co-ordination Meetings msejjħa mill-Unjoni Ewropeja it-Tlieta, 13 ta’ Novembru u fil-ġranet ta’ wara. Dawn il-co-ordination meetings kienu jissejħu kemm qabel u kemm wara kull sessjoni tal-Konferenza li għalqet fis-19 ta’ Novembru 2012. Id-delegazzjoni Maltija pparteċipat b’mod sħiħ u attiv fid-diskussjonijiet li saru f’dawn il-co-ordination meetings. Fil-fatt kien bil-ħidma tad-delegazzjoni Maltija li l-kwota globali żdiedet b’600 Tunnellata kif ukoll biex l-istaġun tal-Purse Seiners ikun imċaqlaq għal perjodu aktar favorevoli għal qbid tat-tonn.
Id-delegazzjoni Maltija tat ukoll kontribut biex jiġu simplifikati il-proċeduri ta’ kontroll li għandu jsegwi kull sajjied li jistad għat-tonn biex b’hekk titnaqqas il-burokrazija żejda.
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li r-riżultati miksuba mid-delegazzjoni Maltija kienu nkoraġġanti u li jkomplu jagħmlu kuraġġ lis-sajjieda Maltin u Għawdxin biex ikomplu fil-mistier tagħhom għal sajd responsabbli u sostenibbli.