Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin li xi darba ħadu plot tal-Gvern u bnew id-djar tagħhom fuqu u li sal-lum għadhom fuq konvenju? Fejn jinsabu dawn ir-residenzi? Kemm hawn residenzi b'dan il-mod, f'kull lokalita? Meta se jikkonkludu l-ftehim billi l-art li għadha fuq konvenju tgħaddi għal fuq kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li hemm 1,324 benefiċċjarji li bnew id-dar tagħhom fuq plot mogħtija lilhom b'ċens mill-Awtorita' tad-Djar u li għadhom fuq Konvenju. Ebda Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tieghi ma għandu kontroll fuq meta l-artijiet in kwistjoni jghaddu ghand l-Awtorita'.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jdur it-traffiku ħalli l-vetturi li jidħlu minn Triq il-Kungress Ewkaristiku jħarsu lejn il-knisja u mhux jibqgħu jagħtu daharhom lejn il-knisja kif qed jagħmlu llum huma u ħerġin mill-Mosta għal Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad m’hemm l-ebda ħsieb li fil-futur qarib din il-bidla fl-immaniġġar tat-traffiku sa sseħħ.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm hemm nies jistennew dar mingħand il-Housing Authority? Kemm hemm minnhom single parents? Kemm hemm romol? Kemm hemm minnhom b'familji kbar ta' iktar minn żewġt itfal?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li hemm 3.489 applikazzjoni quddiem l-Awtorita’ tad-Djar għal akkomodazzjoni alternattiva. Minn dawn, 679 huma minn single parents, 189 minn romol u 356 minn familji b’aktar minn żewġt itfal.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm tqassmu djar/plots/flats lill-poplu bħala skemi tal-Housing? Liema huma dawn l-iskemi? Jista' jgħid jekk hemmx xi skema li mhux kulħadd huwa ntitolat għaliha?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika s-sena jew snin li dwarhom qed jitlob l-informazzjoni..
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta jsirilha l-manutenzjoni meħtieġa speċjalment fejn hemm il-culverts, li jinsabu perikolużi jekk xi vettura tinżel fuqhom bi żball?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex possibbli li professjonist li jagħlaq il-61 sena jkompli jagħti s-servizzi tiegħu fil-qasam pubbliku bħala impjegat mas-Servizz Pubbliku? Kemm hemm professjonisti li bħalissa qed jagħmlu dan u f'liema oqsma?
Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal dik il-biċċa art li hemm bejn Vjal l-Indipendenza u l-Housing Estate tal-Blata l-Għolja fil-Mosta li sal-lum tinsab abbandunata, maħmuġa u kollha ħaxix ħażin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi l-art in kwistjoni mhix tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jipprovdi data dwar il-full complement tal-ħaddiema fis-servizz tas-saħħa f'Malta u Għawdex? Jekk hemm bżonn aktar ħaddiema, f'liema gradi hemm dan in-nuqqas? Meta jaħseb li dan il-full complement se jintlaħaq? Se ssir xi kampanja biex żgħażagħ jitħajru jidħlu f'dan il-qasam?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba tirrekjedi ammont konsiderevoli ta’ riċerka li għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-
Institute of Health Care
għaddej b’kampanja kontinwa kemm fuq il-
media
ta’ l-Università u dik lokali biex jattiraw aktar żgħażagħ għall-professjoni ta’
nursing
,
midwifery
u professjonijiet allejati mal-mediċina.
Sadanittant kampanja simili għal dik li saret is-sena l-oħra għal aktar applikanti fil-qasam tan-
nursing
, u li ħalliet riżultati pożittivi ser tiġi ripetuta din is-sena wkoll.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa kilowatts ta' dawl fis-sena mill-power stationstal-Marsa u ta' Marsaxlokk (Bengħajsa)? Kemm minnu jintuża għall-użu pubbliku? Kemm jintuża għall-użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra? Kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa litri ta' ilma tal-vit fis-sena? Kemm minnu jintuża għal użu pubbliku? Kemm minnu jintuża għal użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jipprovdi servizz ta' ambulanza, nurseu first aider ma' ġenb bajjiet kbar li fil-ġranet tas-sajf ikunu ferm popolari, bħalma hija l-Bajja ta' l-Armier u l-Għadira fost oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Ministeru tas-Saħħa qatt ma kien jipprovdi servizz ta’ first aid fil-bajjiet Maltin. Is-servizz ta’ life saving dejjem ġie provdut mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Madankollu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta joffri servizz t’ambulanza kuljum sat-8.00 p.m. biex tintlaħaq in-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dan is-servizz ikopri wkoll il-bajjiet indikat f’każ li jinqala’ xi inċident.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet ħalli ż-zebra crossing li hemm bħalissa li hija perikoluża tiġi modifikata ħalli jonqos dan il-periklu? Din iż-zebra crossing tinsab ġo Valletta Road maġenb il-ground tal-Mosta li l-modifikazzjoni tagħha trid issir fuq naħa minnhom inti u dieħel lejn il-Mosta ħalli karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Manwella għal Triq Valletta jkunu jistgħu jagħmlu dan b'inqas periklu.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex se tinbidel il-lista ta' kwalitajiet ta' pilloli li jistgħu jieħdu l-pazjenti fuq il-kartuna s-safra ? X'proċess jrid isir sabiex pilloli ġodda fis-suq jiżdiedu mal-lista ta' pilloli li l-pazjenti jkunu jistgħu jibdew jieħdu b'xejn, u x'kriterji jintużaw jekk pillola ġdida fis-suq issirx parti mill-lista ta' pilloli li jingħataw fuq kartuna safra jew le? Kull meta jsir dan il-proċess ta' updatingfuq il-lista ta' pilloli aċċessibli b'xejn lil pazjenti Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (KAP 318) Skeda V jispeċifika l-lista ta’ mard kroniku li għalih jingħataw mediċini b’xejn fuq il-kartuna s-safra.
Il-mediċini li jistgħu jingħataw huma rregolati mill-Formularju tal-Gvern. Ċertu mediċini huma wkoll irregolati minn protokolli speċifiċi. Dan il-formularju jiġi aġġornat fuq bażi regolari skond il-ħtieġa.
Il-proċess biex jidħlu mediċini ġodda fuq il-formularju huwa bbażat fuq id-Direttiva 89/105 EEC kif ġiet tradotta fl-Avviż Legali 165/07. Dan fih il-kriterji li jintużaw biex issir inklużjoni fuq il-formularju. Il-proċess jinbeda wara li ssir applikażżjoni mill-
Market Authorisation Holder
jew minn Konsulent li jaħdem fis-Servizz tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex se tinbidel il-lista ta' kwalitajiet ta' pilloli li jistgħu jieħdu l-pazjenti fuq il-kartuna s-safra ? X'proċess jrid isir sabiex pilloli ġodda fis-suq jiżdiedu mal-lista ta' pilloli li l-pazjenti jkunu jistgħu jibdew jieħdu b'xejn, u x'kriterji jintużaw jekk pillola ġdida fis-suq issirx parti mill-lista ta' pilloli li jingħataw fuq kartuna safra jew le? Kull meta jsir dan il-proċess ta' updatingfuq il-lista ta' pilloli aċċessibli b'xejn lil pazjenti Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (KAP 318) Skeda V jispeċifika l-lista ta’ mard kroniku li għalih jingħataw mediċini b’xejn fuq il-kartuna s-safra.
Il-mediċini li jistgħu jingħataw huma rregolati mill-Formularju tal-Gvern. Ċertu mediċini huma wkoll irregolati minn protokolli speċifiċi. Dan il-formularju jiġi aġġornat fuq bażi regolari skond il-ħtieġa.
Il-proċess biex jidħlu mediċini ġodda fuq il-formularju huwa bbażat fuq id-Direttiva 89/105 EEC kif ġiet tradotta fl-Avviż Legali 165/07. Dan fih il-kriterji li jintużaw biex issir inklużjoni fuq il-formularju. Il-proċess jinbeda wara li ssir applikażżjoni mill-
Market Authorisation Holder
jew minn Konsulent li jaħdem fis-Servizz tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm pazjenti użaw l-bereġ u l-health centres wara l-5.00 p.m? Kemm minnhom intbagħtu l-emerġenza u kemm idewwem fiċ-ċentri tas-saħħa? Kemm minnhom kienu Maltin u Barranin?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispecifika għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jara meta se jitqassmu ħames bozoz energy saver li ġew imwiegħda fil-programm elettorali tal-PN, speċjalment meta diġa tħabbar li s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma se jerġa' jogħla? Jidhirlu li jekk iqassam dawn il-ħames bozoz, il-konsumaturi jistgħu almenu jiffrankaw xi ftit mill-għoli tal-kont tad-dawl u ilma u b'hekk ipatti xi ftit għaż-żieda fis-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-paga massima li fuqha bbażata l-pensjoni ta' żewġ terżi li ilha ma tiżdied mis-sena 1982, hija llum verament inġusta u inaċċettabli biex tassiġura għixien diċenti għall-pensjonanti? Meta beħsiebu l-Ministru jirranġa din l-inġustizzja u anomaliji oħra li nfurmawh dwarhom l-għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti?
Response (DALLI, JOHN)
Jidher li l-Onor. Interpellant għandu nformazzjoni żbaljata. Fil-fatt, id-dħul massimu pensjonabbli, li fuqu tiġi kkalulata il-pensjoni taż-żewġ terzi mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, beda jiżdied kull sena regolarment biż-żidiet għall-għoli tal-ħajja mill-2005.
Infakkar li b’rizulatat tar-riforma fil-pensjonijiet, l-Att dwar is-Siugurta’ Soċjali diġa jipprovdi għall-mekkanizmu kif għandu jiġi rivedut id-dħul masssimu pensjonabbli kull sena.
Irrid inżid li l-istess Att jippovdi wkoll li, f’intervalli mhux itwal minn ħames snin, irid jiġi preżentat rapport lil din il-Kamra li jikkonsisti f’ analiżi tas-sistema tal-pensjonijiet u rakkomandazzjonijiet biex tintlaħaq aktar is-sostenibbilta’, l-adekwatezza u solidarjeta’ soċjali fis-sistema tal-pensjonijiet. L-ewwel rapport għandu jiġi preżentat mhux aktar tard mill-aħħar ta’ l-2010.
Jista' l-Ministru jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli sabiex iġġib l-investiment lejn Malta? Kemm għandha riżorsi/budget u ħaddiema sabiex din tagħmel dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindirizza il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli mis-sigurta' u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol? Kemm għandha risorsi/budget u ħaddiema sabiex tagħmel dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-entita’ responsabbli li timplimenta l-provedimenti ta’ l-Att dwar l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Qed ngħid dan għaliex ir-responsabbilta’ assoluta għas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol hi tal-prinċipal rispettiv tagħhom u mhux ta’ xi entita’ governattiva.
L-entita’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-imsemmi Att hi l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.
Il-fondi allokati lill-Awtorita' għas-sena 2008 huma €698,812 (Lm300,000), u preżentement għandha 25 impjegat.