Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa kilowatts ta' dawl fis-sena mill-power stationstal-Marsa u ta' Marsaxlokk (Bengħajsa)? Kemm minnu jintuża għall-użu pubbliku? Kemm jintuża għall-użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra? Kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra tabella li turi l-ammonti ta units ta’ elettriku iġġenerati mill-power stations tal-Marsa u ta’ Delimara fis-sena 2005, 2006 u 2007.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa litri ta' ilma tal-vit fis-sena? Kemm minnu jintuża għal użu pubbliku? Kemm minnu jintuża għal użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-produzzjoni totali tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena li għaddiet (2007) laħqet iċ-ċifri ta’ 28,071,961m3 f’Malta u 2,727,572m3 f’Għawdex.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jista’ jikkjarifika x'irid ifisser b'użu pubbliku u dak privat, inkun nista' nwieġbu għal din il-parti tal-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xiri ta’ l-art li bħalissa tinsab għand ċittadini Maltin li ħadu l-plots mingħand il-Gvern hija waħda mill-prijoritajiet tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Ix-xiri ta’ l-art mingħand il-privat qed isir skond prijoritajiet illi jiġu stabbiliti mid-dipartiment, u fl-isfond tal-prioritajiet finanzjarji tal-pajjiż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 878 u jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 992 u jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 992.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 990 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt fuq l-industrija lokali minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 990.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 988 u jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tal-prezz għoli taċ-ċereali fuq l-industrija tal-laħam f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 988.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 991 u jgħid meta l-Gvern se jixtri l-art li bħalissa tinstab għand ċittadini Maltin b'ċens, li ħadu plots mingħand il-Gvern u li għadha fuq konvenju? Fejn waslu dawn it-taħdidiet dwar il-ftehim? Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ma jistgħux jissellfu flus mill-banek u jagħmlu tajjeb għalihom dawn id-djar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 991.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 999 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq il-Waqqafa, fil-Mosta, liema triq diġa' għandha parti minnha li saret u fadlilha parti oħra li għad trid tingħata wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt fuq l-industrija lokali minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa konxju li l-għoli fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali jkollu effetti negattivi fuq ċertu setturi tal-ekonomija Maltija u għalhekk qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Gvern qiegħed jieħu miżuri sabiex itaffi kemm jista’ jkun dawn l-effetti permezz ta’ arranġamenti ta’ forward buying fix-xiri taż-żejt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studji dwar l-impatt fuq il-familji Maltin u Għawdxin minħabba l-għoli fil-prezz taż-żejt u ċ-ċereali, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul ta' inqas minn €12,000 fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żidiet fil-prezzijiet għall-prodotti taż-żejt u taċ-ċereali qegħdin jirriżultaw f’inflazzjoni li qiegħda tolqot lil kull pajjiż inkluż lilna. Il-Gvern ilu jsegwi dawn l-iżviluppi. B’riżultat t’hekk, fl-aħħar budget il-Gvern ħa diversi deċiżjonijiet sabiex itejjeb il-qagħda finanzjarja tal-familji tagħna u jtaffi l-impatt ta’ dawn iż-żidiet. Il-Gvern ilu jħares mill-qrib lejn is-sitwazzjoni kif qiegħda tiżviluppa u l-impatti li din jista’ jkollha fuq il-familji tagħna u se jibqa’ jagħmel dan b’mod regolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ssejħet l-ambulanza mill-emerġenza ta' l-isptar u mill-bereġ matul Jannar u Diċembru 2007? Kemm-il darba din is-sejħa kienet fażulla? Kemm tiġi tiswa kull darba li tissejjaħ ambulanza? Kemm hija kbira l-flotta ta' ambulanzi li għandna fil-preżent għas-servizz pubbliku? Dan is-servizz se jibqa' b'xejn jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Informazzjoni dwar sejħiet għall-ambulanza mill-emerġenza ta’ l-isptar bejn Jannar u Dicembru 2007 hija miġbura fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li ma jingħata l-ebda servizz ta’ ambulanza mill-bereġ.
L-ispiża għas-servizz ta’ l-ambulanza hija determinata minn diversi fatturi u għaldaqstant tvarja. Fost dawn il-fatturi hemm: jekk l-ambulanza tkunx ħarġet bix-xufier biss jew akkumpanjata wkoll minn
nurse
jew
nurse
u tabib, il-mudell ta’ ambulanza, tip ta’
fuel
li tieħu l-vettura, eċċ.
Informat ukoll li l-flotta ta’ ambulanzi fil-preżent għas-servizz pubbliku huwa ta’ 16, li minnhom 7 huma stazzjonati fl-iSptar Mater Dei għall-użu ta’ emerġenza.
Ma hemm l-ebda ħsieb li dan is-servizz isir bil-ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff li jaħdem ma' l-anzjani fil-homes privati huwiex imħarreġ biex jagħmel dan jew le? Jista' jgħid x'tip ta' taħriġ jieħu u jekk isirux korsijiet ħalli dawn il-ħaddiema jkomplu jitħarrġu matul il-karriera tagħhom? Jista' jgħid min jorganizza dawn il-korsijiet u jekk huwiex obbligatorju li dawn il-ħaddiema jattendu għalihom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' djar jagħmlu 'in service courses' fuq inizjattivi tagħhom stess. Biss l-ETC jorganizza courses speċifiċi għall-istaff tal-homes kollha, kif ukoll għal min qed jirreġistra għal xogħol ta' carer fuq bażi regolari. Minn żmien għal żmien l-MCAST ukoll torganizza korsijiet simili. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħti impjegati ta' dawn il-homes. Dawn il-courses kollha m'humiex obbligatorji.
Informat ukoll li dawk kollha li jaħdmu fl-ippreparar jew tqassim ta' l-ikel huma obbligati, skond l-Avviż Legali 178/2001, li jagħmlu kors fl-iġene ta' l-ikel. Dawn it-tip ta' korsijiet jingħataw kemm mill-ETC, kif ukoll minn nies privati jew voluntiera.
Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni ta' kemm hawn homes ta' l-anzjani u fejn jinstabu? Kemm hemm anzjani f'kull home? Kemm hawn applikazzjonijiet għal homes ġodda? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn il-homes u xi gradi qegħdin?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 36 djar ta' l-anzjani u dawn jinkludu 8 tal-Gvern.
Ser inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti l-emerġenza wara li waqgħu mill-għoli matul is-sena 2007? Kemm minn dawn kellhom bżonn operazzjoni minħabba ksur fl-għadam? Kemm minn dawn saritilhom operazzjoni f'dik il-ġurnata stess? Kemm minn dawn tħallew jistennew għal aktar minn ġurnata sabiex ġew operati? Kemm tħallew jistennew dawk li ma ġewx operati mill-ewwel?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi liġi li timmulta lil dawk li jabbandunaw l-annimali jew rettili? Min jaħqar lill-annimali jista' jitressaq b'moħqrija ta' l-istess annimali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skond l-artiklu Dwar it-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali u b'mod partikolari l-artikolu 8 (2) ta' l-istess Liġi, ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġiegħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn, u l-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat. Tali aġir hu punibbli b’multa ta’ mhux anqas minn €232.94 u mhux aktar minn €46,587.47 jew priġunerija ta’ mhux iżjed minn sena, jew il-multa u priġunerija flimkien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi kodiċi ta' etika għal dawk li jrabbu l-annimali/rettili? Jekk le, be ħsiebu l-Gvern jinkoragixxi li dan jsir? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-preżent ma teżistix kodiċi ta' etika għaż-żamma ta' annimali fosthom rettili. Hu maħsub li fil-futur jiġu żviluppati korsijiet qosra dwar teknika u etika fiż-żamma ta' annimali fosthom ir-rettili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għall-għarrieda fil-homes ta' l-anzjani sabiex jaraw jekk kenux qegħdin jinżammu l-istandards neċessarji fejn jidħlu kura u ikel bejn Jannar u Diċembru 2007?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li spezzjonijiet għall-għarrieda jsiru b'mod regolari f'homes differenti.