Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed Cameras — Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-management ta' l-ispeed cameras f'Malta u f'Għawdex? Min jieħu l-flus li jinġabru minn dawn il-cameras permezz ta' ċitazzjonijiet? Kif jitqassmu u bejn min dawn il-flus? Hemm il-ħsieb li jinġiebu mobile speed cameras?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabilita ta’ l-installazzjoni ta’ speed cameras hi ta' l-ADT. L-immanigjar tal-infurzar tal-ligi bl-ispeed cameras hi delegata lill-Kunsilli Lokali li għandhom arranġamenti kontrattwali ma kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ infurzar tal-liġi, bħala parti mis-sistema ta’ enforzar lokali. Bħal kull multa oħra, il-flus jinġabru mill-kunsill lokali. Minnhom, il-kunsilli lokali jhallsu 16.67% lill- ADT għal kampanji fuq is-sigurta fit-toroq. Rigward il-bqija tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Speed Cameras — Over Speeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li l-infiurzar hi responsabilta' tal-Kunsilli Lokali.

Raids

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid kemm saru raids mill-armata matul is-sena 2007? Fejn saru u jekk f'dawn ir-raids sabux affarijiet irregolari u kontra l-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika iktar xi jrid ifisser bil-kelma RAIDS.
Leg 11 PQ #1603 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Regolamenti fuq il-Baħar — Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu/huma (sezzjoni) responsabbli li jara li tiġi mħarsa l-liġi u r-regolamenti fuq il-baħar? Kemm għandha opri tal-baħar din is-sezzjoni biex tagħmel dan? Jista' jgħid jekk din is-sezzjoni hijiex l-istess waħda li trid tgħin lill-klandestini jimbarkaw f'Malta meta dawn jidħlu fl-ibħra territorjali tagħna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta' l-ALE fi ħdan il-Korp tal-Pulizija hija responsabbli li tagħmel rondi max-xtut u fil-bajjiet biex tara li tiġi mħarsa l-liġi u r-regolamenti fuq il-baħar. Fil-preżent, din it-Taqsima għandha għad-dispożizzjoni tagħha ħames dgħajjes. Il-Forzi Armati ta' Malta huma responsabbli mir-rondi li jsiru 'l barra minn xtutna.

Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern elezzjoni ġenerali? Kemm tiġi tiswa elezzjoni tal-kunsilli lokali u elezzjoni ta' l-MEP's? Jista' jgħid kemm jiffranka l-Gvern meta dawn l-elezzjonijiet jsiru fl-istess ġurnata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ispiża ta’ Elezzjoni Ġenerali waħedha tiġi tiswa’ madwar €3,800,000 filwaqt li meta jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali waħedhom, l-ispiża tkun ta’ madwar €904,000. F’Mejju ta’ l-2004, meta saru l-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej flimkien ma’ tal-Kunsill Lokali, ġew jiswew €2,300,000. Meta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali isiru flimkien ma’ elezzjoni nazzjonali l-Gvern jiffranka madwar €548,000.

BillBoards

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-approvazzjoni ta' l-istampi fuq il-BillBoards? Jeżistu ċensura u regolamenti dwar x'tip ta' ritratti u stampi għandhom jitwaħħlu fuq il-billboards? X'għandu jagħmel ċittadin jekk xi stampa fuq xi billboard jħossha baxxa u li toffendi s-sentimenti tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żgħażagħ taħt it-18-il sena li jsuqu vetturi/muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ taħt it-18-il sena jsuqu vetturi/muturi matul is-sena 2007? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-liċenzja tal-mutur taħt l-100cc hijiex se titniżżel għall-eta' ta' 16-il sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena li għaddiet, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 23 persuna taħt it-18-il sena talli saqu vettura mingħajr ma kellhom il-liċenzja tas-sewqan. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Postijiet Projbiti mit-Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies weħlu ċitazzjonijiet għax mhux suppost kienu qed ipejpu f'postijiet projbiti mit-tipjip? Kemm tiswa' ċitazzjoni meta tinqabad tpejjep f'postijiet fejn ikun projbit li tpejjep u tkun qed tagħmel dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab unfurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 1085 persuni li nqabdu jpejpu fejn it-tipjip huwa projbit. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Karmra l-informazzjoni bi tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija.

Mobile Unit tal-Bank tad-Demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li l-mobile unit tal-Bank tad-Demm huwa bil-ħsara? Għaliex ma jistax jintuża? Kemm huwa ppjanat li jdum ma jerġa' jirritorna fis-servizz għall-komunita'? Kemm-il borża demm inġabret permezz ta' dan il-mobile unit fis-sena 2007? Kemm ilu għat-tiswija u kemm ġejja tiswa din il-manutenzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-mobile unit tal-Bank tad-Demm qed issirlu rinnovazzjoni sħiħa biex joffri aktar kumdita, ikun aktar awtonomu u jassigura l-kwalita tal-prodotti li jinġabru fih. Ix-xogħlijiet bdew f’Novembru 2007 u mistennija jitlestew sa l-aħħar ta’ Ottubru 2008. Hu mistenni li l-ispiża titla’ għal madwar 100,000 ewro. Fis-sena 2007 inġabru 3,501 borża demm minn fuq il- mobile unit .

Impurtar ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1212 u jgħid jekk isirx moniteraġġ ta' x'tip ta' annimali u bhejjem jidħlu minn barra l-pajjiż, f'Malta? Jista' jagħti lista ta' x'tip ta' annimali daħlu f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Diċembru 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li d-dħul ta’ annimali għall-kummerċ minn pajjiżi terzi kollha jkunu nklużi fi program Ewropej imsejjaħ TRACES. Din ir-reġistrazzjoni tasal qabel il-wasla tal-bhejjem. Fil-perjodu mitlub ma kienx hemm importazzjoni ta' bhejjem minn pajjizi terzi. Il-movimenti ta’ annimali li jidħlu mill-Ewropa mhux bil-fors jkunu mdaħħla minn min ser jibgħathom fit-TRACES. Pero d-dħul tagħhom f’Malta jiġu rrapurtati u mdaħħla fl-Istatistika (NSO). Fil-perijodu msemmi t-tip ta’ annimali li daħlu f’Malta kienu; Żwiemel, Tiġieġ, Għawwietaq, Fniek, Rettili, Għasafar u Ħamiem. Kien hemm ukoll dħul ta’ klieb u qtates li pero jiċċaqalqu permezz ta' sistema ta' passaporti.

Food Poison

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' food poison matul is-sena 2008? X'jiġri f'każijiet bħal dawn? Jittieħdu passi kontra l-istabiliment li tkun saret il-food poison minnu? Kemm kien hemm rapporti ta' food poison matul is-sena 2007 kollha? Kien hemm xi kawża komuni li kkawżat dan l-avvelinament? Kien hemm xi stabilimenti li ngħalqu minħabba f'hekk?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 it-Taqsima tal Kontrol u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan id-Dipartiment ta’ Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard irċeviet 139 il-rapport ta’ avvelenament ta’ l-ikel. F’kull każ jimtela kwestjonarju f’kollaborazzjoni mal-persuni koncernati. Tali każi jiġu nvestigati n’ kollaborazzjoni mad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, billi uffiċċjali ta’ dan id-Dipartiment jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post, isir rapport dwar l-iġiene u jekk ikun possibbli jittieħdu kampjuni ta’ fdalijiet ta’ l-ikel, swabs ta’ ħaddiema u makkinarju. Il-pazjenti jintalbu kampjun ta’ l-ippurgar u fejn ikun il-każ, jiġu eżentati mix-xogħol jekk dawn ikunu jaħdmu fil-maniġġ ta’ l-ikel. Fejn jinstabu nuqqasijiet, jinħarġu avviżi biex isir ix-xogħol immedjatament waqt li f’ċertu ċirkostanżi jittieħdu passi legali dwar kundiżżjonijiet partikulari. Kull każ jibqa jiġi segwit sakemm in-nuqqasijiet jiġu kollha rremedjati. Il-liġi f’każijiet fejn hemm riskju imminenti għas-saħħa tal-bniedem, tippermetti wkoll li l-post jingħalaq sakemm jitneħħa r-riskju, kif rikjest, skond il-liġi. Mhux faċli li tipprova li avvelenament ta’ l-ikel kien minħabba tali stabbiliment. Ħafna drabi jista’ jkollok indikazzjonijiet fondati għalkemm mhux biżżejjed biex tieħu azzjoni legali, peress li ‘l-Att dwar is-Sigurta’ fl-ikel’ hija legislazzjoni Kriminali fejn irid ikollok provi bla ebda dubju biex tipprova l-każ. Ikun għalhekk li stabbilimenti jitresqu il-Qorti fuq nuqqasijiet li jinstabu waqt l-investigazzjoni jew fuq rizultati tal-kampjuni li jkunu ttieħdu w mhux speċifikament fuq avvelenament ta’ l-ikel. Matul is-sena 2007 kien hemm 317-il rapport fuq avvelenament ta’ l-ikel. Ma kien hemm l-ebda kawża komuni, għalkemm f’ħafna mill-każi wara l-investigazzjoni, ġie stabbilit li l-kawża seta’ kien riżultat ta’ negligenza fid-dar u mhux minn stabbiliment speċifiku. F’każ partikolari kien ingħalaq l-istabbiliment u ġie mressaq il-persuna responsabbli il-Qorti fuq riskju ta’ kontaminazzjoni minħabba l-kundiżżjoni ta’ l-istabbiliment u ngħatat xhieda kif seta kien konness ma’ avvelenament ta’ l-ikel. Il-każ għadu subjudiċe għalkemm il-post reġa’, infetaħ wara li ttieħdu il-miżuri u prekawzjonijiet neċessarji.

Kampjuni ta' Ilma Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ittieħdu kampjuni ta' ilma baħar matul is-sajf tas-sena 2007 sabiex jiġi verifikat li bajja tkun tajba għall-għawm? Minn liema postijiet ittieħdu dawn il-kampjuni? Kemm kienu fil-volum il-kampjuni li ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f’ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa jesegwixxi programm ta’ monitoraġġ għal kwalita’ ta’ ilma baħar tul l-istaġun uffiċċjali ta’ l-għawm jiġifieri bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru skond il-providimenti tad-direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 76/160/KEE. Kampjuni ta’ l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 ġimgħa ta’ l-istaġun uffiċjali minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna li lista tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-frekwenża hija d-doppju ta’ dik rikjesta’ mill-istess direttiva. Matul is-sajf tas-sena 2007 ittieħdu 1,924 kampjun u saru 4,439 analisi għal tlett parametri mikrobioloġiċi. Barra minn hekk matul l-istess perjodu ttieħdu 176 kampjun ieħor meta dan id-dipartiment ħareġ xi avviż biex ma’ isirx għawm f’ xi bajja partikolari jew biex jivverifika jekk kienx hemm possibilita’ ta’ nuqqas fil-kwalita’ ta’ l-ilma baħar li fuqhom saru 422 analisi. Rendikont ta’ dawn il-kampjuni ġimgħa b’ġimgħa tista’ tinstab fuq is-sit eletroniku tat-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali fuq http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=1077 Kull kampjun jittieħed f’kontenitur sterilizzat b’volum ta’ 250 millilitru.

Opri tal-Baħar — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom liċenzja tas-sewqan ta' opri tal-baħar f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk huwiex il-każ li qabel ma ssuq opra tal-baħar trid tagħmel xi taħriġ speċjali? Jekk iva, kemm hawn li għandhom dan it-taħriġ? Kemm hawn propjetarji ta' opri ta' baħar li m'għandhom l-ebda taħriġ uffiċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta` liċenzji maħruġa mill-Awtorita` Marittima huwa ta` 5870. Minn dan l-ammont, madwar 420 liċenzja ġew investigati mill-Pulizija rigward il-validita` tagħhom. S’issa 215-il persuna ġew misjuba ħatja u għaldaqstant kellhom il-liċenzja sospiża. Liċenzja nawtika hija meħtieġa għal min isuq opra tal-baħar b’magna ta` 100HP jew iktar. Dan hu stipulat fir-Regolamenti ta` Bastimenti Żgħar (Avviż Legali 129 ta` l-2001). Din il-liċenzja tinħareġ mill-Awtorita` Marittima wara li wieħed ikun temm b’suċċess taħriġ f’ Basic Seamanship organizzat mill-Istitut Marittimu ta` l-MCAST. Minħabba li liċenzja nawtika hija meħtieġa biss skond il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorita` Marittima m’għandiex informazzjoni ta` kemm hawn propjetarji ta` opri tal-baħar li m’għandomx taħriġ marittimu u lanqas ta` kemm hawn individwi li għandhom dan it-tip ta` taħriġ iżda qatt ma applikaw għal licenzja nawtika.

Opri tal-Baħar rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma reġistrati sports u kemm minnhom reġistrati għas-sajd full time jew part time? Kemm hawn nies li għandhom liċenżja għall-opra tal-baħar sports u li għandhom taħriġ speċjali biex isuqu din l-opra? Kemm hawn sewwieqa ta' dawn l-opri li l-Awtorita Marittima ma tafx jekk għandhomx taħriġ jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-opri tal-baħar reġistrati ma’ l-Awtorita` Marittima huwa kif ġej: Dgħajjes reġistrati ma’ l- Small Ships Register sal-lum 15,845 Pleasure yachts reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili sa l-aħħar ta` Mejju 2008 2,202 Dgħajjes tas-sajd reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili sa l-aħħar ta` Mejju 2008 775 Il-mistoqsija rigward id-dgħajjes kollha tas-sajd u l-klassifikazzjoni tagħhom ( full-time, part-time etc) għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 1600.

Annulamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw annullamenti mill-qrati Maltin, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqeighed fuq il-mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Nixtieq inżid illi l-informazzjoni fit-tabelli ma tindikax kemm minn dawn il-kawżi ġew milqugħa. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Manuel Dimech Bridge — Solidbase Laboratory Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħtieġa li l-kumpanija Solidbase Laboratory Ltd tqabbdet tagħmel xogħol fuq il-pont Manuel Dimech tul il-proċess li kien qiegħed jinbena mill-ġdid? Biex sar dan ix-xogħol, il-Ministeru ta' dan iż-żmien ħareġ sejħa għall-offerti u jekk fl-affermattiv, min kienu l-kumpanniji li tefgħu l-offerta tagħhom? Jekk fin-negattiv, min kien responsabbli biex ix-xogħol ingħata b'direct order? Kemm kien jammonta x-xogħol li sar mill-kumpannija in kwestjoni? F'dawn l-aħħar erba' snin, kemm-il biċċa xogħol ingħatat din il-kumpannjia mill-ministeru preċedenti u kemm kien jammonta l-ħlas totali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Boroż tad-Demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il borża demm intużat fl-isptarijiet Maltin u Għawdxin matul is-sena 2007? Kemm-il borża demm inġabret mill-bank tad-demm matul l-istess sena? Kien hemm xi perijodi fejn kellu jinxtara demm minn barra l-pajjiż minħabba n-nuqqas tiegħu f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2007 tqassmu 13,518 borza demm lill-isptarijiet pubblici u privati f’Malta u f’Għawdex. Matul l-istess perjodu inġabru 14,125 boroż tad-demm. Qatt ma kien hemm il-ħtieġa li jinġieb demm minn barra.

Trapjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il trapjant ta' organi saru matul is-sena 2007? Fuq liema organi saru t-trapjanti? Kemm hemm nies li qed jistennew trapjant organu b'organu? Matul is-sena 2007 ġew impurtati organi minn barra ħalli jintużaw fuq pażjenti Maltin? Kemm minn dawn it-trapjanti kienu donaturi Maltin li tawhom l-organi?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2007 saru 7 trapjanti tal-kliewi, 10 trapjanti tal-cornea u trapjanti tal-qalb. Bħalissa hemm 80 persuna jistennew trapjanti tal-kliewi. 3 persuni jistennew trapjanti tal-qalb u 25 persuna jistennew trapjanti tal-cornea. Id-donaturi kienu kollha Maltin u ma ġew l-ebda organi minn barra minn Malta.