Legislature:
Category:
Reset
Active:

Drug Rehabilitation Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwaw żgħażagħ mill-Programm ta' Rehabilitation tad-Droga "TAMA" fis-sena 2007? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ sabu xogħol wara li għamlu dan il-programm? Kemm damu sabiex sabu dan x-xogħol? Kemm minnhom għadhom jaħdmu sal-lum? Xi rwol għandu l-Gvern biex jgħin biex dawn jiġu ngaġġati f'xogħol wara li jlestu programm ta' rijabilitazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Programm li rrefera għalih l-Onor. Interpellant mhux immexxi mill-Gvern jew xi entita’ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Dwar l-aħħar Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig hemm it-taqsima ta’ Supported Employment li, fost klijenti oħra, tieħu ħsieb persuni li jlestu programmi ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-drogi.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1397 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu, u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xiri ta' żejt u petrol — Sisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għassa tal-Pulizija wara l-bieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom l-għassa tal-pulizija wara l-bieb tagħhom? Din l-għassa ġiet fis-seħħ wara talba personali, ġiet imposta bil-qorti, jew wara talba lill-Kummissarju tal-Pulizija? Għal liema raġunijiet persuna tista' tingħata l-għassa tal-pulizija wara darha? Kemm ilhom dawn il-pulizija jgħassu d-djar ta' dawn iċ-ċittadini każ, b'każ? Kemm jiġi jiswa lill-kaxxa ta' Malta l-għassa tal-pulizija f'dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta' sigurta' li jittieħdu mill-Awtoritajiet meta u fejn ikun meħtieġ.

Mosta — Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet ħalli ż-zebra crossing li hemm bħalissa li hija perikoluża tiġi modifikata ħalli jonqos dan il-periklu? Din iż-zebra crossing tinsab ġo Valletta Road maġenb il-ground tal-Mosta li l-modifikazzjoni tagħha trid issir fuq naħa minnhom inti u dieħel lejn il-Mosta ħalli karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Manwella għal Triq Valletta jkunu jistgħu jagħmlu dan b'inqas periklu.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din iż-zebra crossing se titressaq lejn id-direzzjoni tal-Mosta sabiex jitnaqqas il-periklu msemmi.

Lottu, Tombla, Super 5

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'logħob bħal lottu, tombla u Super 5 matul is-sena 2005, 2006 u 2007? Jista' jgħid jekk teżistix statistika ta' fejn sejra t-trend? Jekk iva, l-poplu Malti sar jilgħab aktar flus fil-lottu, tombla, Super 5, eċċ jew naqqas il-logħob?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika miġbura mill-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob hija din: Sena Lottu Super 5 U*Bet Quick Keno Scratchers Tombla Kummerċjali Total € € € € € € € 2005 27,720,975 29,038,157 11,074,983 1,486,208 1,552,212 3,478,002 74,350,536 2006 29,084,176 24,177,998 12,276,786 3,732,521 1,218,699 6,949,644 77,439,826 2007 29,375,608 25,340,487 10,424,068 4,095,165 1,024,557 7,077,055 77,336,941

Vetturi li Jdaħħnu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1380 u jgħid kemm ġew irrappurtati nies permezz ta' l-sms għax kellhom il-vettura tagħhom iddaħħan bejn Jannar u Diċembru 2007? Kemm min dawk li kienu rrappurtati fil-fatt kellhom il-vettura veru qed iddaħħan u kemm kienu rapporti foloz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l-ammont ta' vetturi li ġew irrapurtati permezz ta SMS minn Jannar sa Diċembru 2007, bħala parti minn l-EMMISSIONS SMS ALERT SCHEME imnieda mill-ADT huwa ndikat hawn taħt: Rapport b'sms 41,197 Avviżi mibgħuta lill-vetturi li rċevew numru sustanzjali ta rapporti 1,908 Vetturi li għaddew mit-test 756 Vetturi li weħħlu t-test 103 Niġbed l-attenzjoni li skond il-proċedura ta' din l-iskema, l-ADT tgħajjat għat-test ta' vettura li jkun ta' l-anqas irċieva tlett rapporti bl-sms minn tlett numri ta telephones differenti,

Mosta — Triq Ortolan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq l-Ortolan, il-Mosta, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Importazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1393 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lili u cioe' jekk ir-riforma fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-vetturi ssir, jista' jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħti refund lill-importaturi ta' l-istess vetturi second hand jekk dawn jinqabdu b'numru ta' vetturi fl-imħażen tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi vetturi li ġew importati jew li ġew irreġistrati wara 1 ta’ Jannar 2008 għandhom l-għazla li jiġu rreġistrati taħt is-sistema ta’ reġistrazzjoni u liċenzjar il-ġdida u l-Gvern jirrifondi it-taxxa tar-reġistrazzjoni li tkun tħallset żejda. Din ir-rifużjoni tkun tikkonsisti fi krediti li jingħataw kontra l-ħlas annwali tal-liċenzja.

Karozzi second hand — Dazju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1391 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema f'Aġenżiji tal-Gvern — Pagi u Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1390 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex il-pagi u l-arretrati ta' ħaddiema f'aġenziji tal-gvern bħal Appoġġ u Sedqa, u l-ħaddiema fis-settur ta' aġenziji soċjali ma tħallsux fil-ħin? Dan kien xi żball amministrattiv jew ġara minħabba xi nuqqas ieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-dewmien li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien kawża ta’ diffikultajiet minn naħa tal-kuntrattur li jaħdem il-payroll wara li s-sistema komputerizzata l-antika nqalbet għal waħda ġdida.

Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħidma Komuni

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk l-Armata u l-Pulizija jikkonrdinawx ħidma komuni flimkien? Jekk iva, f'liema oqsma? Kemm tkun regolari din il-ħidma komuni matul s-sena kalendarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva, ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) u l-Pulizija jikkordinaw ħidma flimkien fl-oqsma tas-sigurtà u ta’ l-immigrazzjoni rregolari. Fil-qasam tas-sigurtà ta’ min isemmi l-ħidma konġunta bejn iż-żewġ forzi waqt iċ-CHOGM2005, Euro Changeover u l-Elezzjonijiet Ġenerali. Ta’ min isemmi s- support kontinwu li tagħti l-iskwadra ta’ l- Explosives Ordnance Disposal (EOD) lill-Pulizija waqt żjarat statali u uffiċjali minn dinjitarji barranin kif ukoll waqt investigazzjonijiet li jikkonċernaw theddid ta’ bombi li jkun hemm minn żmien għal ieħor. Qasam ieħor ta’ kollaborazzjoni huwa fejn jidħlu roadblocks li tagħmel l-Armata b’koordinazzjoni ma’ l-istess Pulizija. Fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni rregolari, wieħed irid isemmi l-ħidma konġunta u kontinwa matul l-operazzjoni Nautilus 2008 fejn membri tal-korp tal-Pulizijja jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ membri tal-FAM ġewwa l- Operations Centre tal- FAM. Wieħed jista’ faċilment jgħid li l-ħidma komuni hija kontinwa, tkopri s-sena kollha u li m’hiex limitata għal xi perjodi partikulari.

Bajjiet Tajbin għall-Għawm

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli li jara li l-bajjiet ikunu tajbin għall-għawm? Kemm-il kampjun ta' ilma jittieħed sabiex jiġi vverifikat li t-tali bajja hija nadifa? Kemm-il kampjun jittieħed u jiġi eżaminat biex jibqa' assigurat li dik l-istess bajja tibqa' tajba għall-għawm matul l-istaġun tas-sajf?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għal fini tal-provedimenti tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea 79/160/KKE għal kwalita ta' ilma baħar, ir-responsabilita hija maqsuma bejn d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali f'ħdan id-Diviżjoni tas-saħħa fir-rigward għal parametri microbioloġiċi u d-Direttorat għall-Awtorita' għall-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward għal parametri kemikali. Kif diġa ġie spjegat f'Mistoqsija 1599, kampjuni ta' l-ilma baħar jinġabru kull ġimgħa tul it-23 ġimgħa ta' l-istaġun uffiċċjali minn 87 sit madwar Malta, Għawdex u Kemmuna. Fejn u meta ikun hemm il-bżonn, kampjuni addizzjonali jittieħdu anki matul s-Sibt u l-Ħadd u festi pubbliċi biex jiġi assigurat li l-kwalita' ta' l-ilma baħar tkun skond dawk il-livelli rikjesti mill-istess direttiva.

Klieb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1221 u jgħid kemm hawn klieb irreġistrati mal-Pulizija? Kemm klieb inġiebu minn barra matul is-sena 2007? Kif isir ir-reġistrazzjoni? Jista' jgħid jekk il-mod ta' reġistrazzjoni għandux il-ħsieb li jinbidel? Kemm klieb ġew irraportati li ġew maħqura matul is-sena 2007? Kemm-il ġlieda tal-klieb organizzata ġiet irraportata matul l-istess sena? Kemm inqabdu persuni li organizzaw dawn il-ġlidiet matul is-sena 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dwar it-tieni parti tad-Domanda tiegħu, inġiebu f’Malta 287 kelb matul 2007. Nitolbu li jagħmel il-kumplament tal-Mistoqsija, lill-ministru kkonċernat

Pazjenti li waqgħu mill-għoli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1225 u jgħid kemm iddaħħlu pazjenti l-emerġenza wara li waqgħu mill-għoli matul is-sena 2007? Kemm minn dawn kellhom bżonn operazzjoni minħabba ksur fl-għadam? Kemm minn dawn saritilhom operazzjoni f'dik il-ġurnata stess? Kemm minn dawn tħallew jistennew għal aktar minn ġurnata sabiex ġew operati? Kemm tħallew jistennew dawk li ma ġewx operati mill-ewwel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li m'huwiex possibli tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1743 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilliera — Onorarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li lill-kunsilliera jagħtihom xi forma ta' onorarja? Jista' jgħid jekk kunsillier għandux dritt li jitħallas għall-mobile calls li jagħmel u tal-fuel li juża' waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jista' jgħid jekk dawn l-allowances humiex se jiġu reġolarizzati b'xi mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Kunsillier li jkun għamel spejjeż relatati max-xogħol tiegħu bħala Kunsillier, għandu dritt li jagħmel talba għal rifużjoni tagħhom. Wara li s-Segretarju Eżekuttiv ikun ivverifika u iċċertifka dawn l-ispejjeż, dawn jgħaddu għar-rifużjoni. Dwar jekk kunsilliera jingħatawx xi forma ta’ onorarja, din il-proposta hija waħda minn dawk li ser jiġu diskussi fid-dawl tar-riforma tal-Kunsilli Lokali.

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema linji gwida jiġu segwiti sabiex tittieħed deċiżjoni għandhiex titwaħħal speed camera jew le? Min jieħu din id-deċiżjoni? Il-kunsilli lokali jiġu kkonsultati jew le qabel ma titwaħħal speed camera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Transport, fir-rwol ta’ regolatur, teżamina w tevalwa t-talbiet għal speed cameras li jiġu sottomessi skond il-kriterji definiti fil-linji ta’ gwida maħruga mid-Dipartiment tat-Trasport tar-Renju Unit fis-sena elfejn u erbgħa (2004). Fil-proċess ta’ evalwar tat-talbiet għal speed cameras , l-awtorita tikkonsulta ma’ l-entitajiet responsabbli mis-sigurta fit-toroq kif applikabbli.