Filwaqt li ninforma lill-Prim Ministru li jiena b'raids nifhem żjarat għall-arrieda f'postijiet li jkollhom suspett li qed jgagħmlu attivita' abbużiva u llegali, jista' issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 1632 u jgħid kemm saru raids mill-armata matul is-sena 2007? Fejn saru u jekk f'dawn ir-raids sabux affarijiet irregolari u kontra l-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mhux il-kompitu tal-Forzi Armati ta’ Malta li jwettqu t-tip ta’ raids li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1743 u 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1802 u 1391u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1745 u 1378 u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq l-Ortolan, il-Mosta, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Nru 1745
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ir-riżultati tal-livell avvanzat joħorġu ġimgħa biss qabel ma' l-istudenti jkunu jridu japplikaw għall-kors tagħhom fl-Universita' u erbat jiem qabel il-laqgħa li jkollhom l-istudenti fl-Universita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li r-riżultati tal-Bord tal-MATSEC, kemm dawk ta’ l-eżamijiet f’livell avvanzat, kif ukoll dawk f’livell SEC joħorġu fl-iqsar żmien possibli u appena jkunu mmarkati l-karti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern il-kura primarja? Kif tinqasam din l-ispiża f'termini ta' pagi u spejjeż oħra? Meta l-Gvern jgħid li jrid jsaħħaħ il-kura primarja x'jifhem biha u kemm se jżid il-budget għal dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża tal-kura primarja matul is-sena li għaddiet kienet hekk :-
Lm Ewro
Salarji 11,436,414.28 26,639,679.20
Spejjeż oħra 1,805,715.68 4,206,186.07
Total 13,242,129.96 30,845,865.27
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riforma fil-Kura Primarja għadha fi stadju ta' ppjanar u għalhekk huwa prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 1631 u jgħid kemm hawn speed cameras f'Malta u Għawdex? Fejn jinsabu mwaħħlin? Kemm hu l-ispeed li jitolbu lis-sewwieqa jsuqu bih?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ispeed camerashuma għodda t'infurzar tal-liġi u deterrent kontra l-veloċità eċċessiva fis-sewqan. L-Awtorità żżomm il-jedd li ċċaqlaq minn żmien għal zmien l-ispeed camerasminn post għall-ieħor skond il-bżonn biex jgħinu fl-infurzar tal-limitu tal-veloċità stabbilit fil-highway code jew kif ikun immarkat fuq it-triq. Għal raġunijiet li għandhom ikunu ovvji għall-Onor Interpellant m'hix policytiegħi nagħti informazzjoni li ddgħajjef l-infurzar tal-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Jista' l-Minstru jgħid kemm għandu tobba li jaħdmu fis-settur primarju? Kemm minn dawn it-tobba jaħdmu fis-settur privat biss? Kemm hemm tobba li jaħdmu kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ tobba li jaħdmu fis-settur primarju huwa kif ġej :
Director 1
Consultants 3
Principal Gen. Practitioner 1
Senior Gen. Practitioners 11
General Practitioners 62
Medical Officers 33
Total 111
It-tobba li jaħdmu fis-settur primarju, ma humiex esklużi li jaħdmu fis-settur fil-privat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġih ras għal ras resident f'xi home ta' l-anzjani? Jista' jagħti breakdown ta' kif wasal għal din is-somma? Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jżid il-persentaġġ li l-Gvern jieħu mill-pensjoni ta' kull pensjonant residenti f'xi home bħala fee li kull resident irid iħallas?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għad ma sar l-ebda ħsieb fuq żieda fil-persentaġġ li l-Gvern jieħu mill-pensjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1606 u jgħid min huwa responsabbli mill-approvazzjoni ta' l-istampi fuq il-BillBoards? Jeżistu ċensura u regolamenti dwar x'tip ta' ritratti u stampi għandhom jitwaħħlu fuq il-billboards? X'għandu jagħmel ċittadin jekk xi stampa fuq xi billboard jħossha baxxa u li toffendi s-sentimenti tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport tipproċessa applikazzjonijiet għall- billboards fuq kriterja ta' sigurta' tat-toroq u pjanijiet għall-futur ta' l-Awtorita'.
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-kumplament tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1603 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru. 1603.
Mosta — Roundabout bejn Triq il-Kostituzzjoni u in-niżla ta' San Ġużepp
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-wiċċ tat-triq speċjalment mad-dawra tar-roundaboutli hemm wara li tħalli Triq il-Kostituzzjoni qabel ma' taqbad in-niżla ta' San Ġużepp il-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel stimi tax-xogħlijiet biex din it-triq tiddaħħal fil-lista ta' xogħlijiet li jridu isiru fil-futur.
Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex possibbli li professjonist li jagħlaq il-61 sena jkompli jagħti s-servizzi tiegħu fil-qasam pubbliku bħala impjegat mas-Servizz Pubbliku? Kemm hemm professjonisti li bħalissa qed jagħmlu dan u f'liema oqsma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 997.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif nassumi li jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni bħala parti mir-riforma li dan il-Gvern irid iwettaq fis-sistema tal-Gvern Lokali.
Dan il-proċess ta’ riforma żgur ser iħares lejn il-proċess ta’ elezzjonijiet. Ikun prematur għalhekk li nikkummenta fuq dan meta l-proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ riforma għadu għaddej.