Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1958 u jgħid min kien responsabbli għall-bini tal-latrina ħdejn is-Sirens f'San Pawl il-Baħar? Kemm ġiet tiswa din il-latrina? Min kien il-perit jew kumpannija ta' periti nkarigat mill-bini ta' din il-latrina? Għaliex din il-latrina għandha ma nfetħitx għall-użu tal-pubbliku? Meta beħsiebhom ilestu din il-latrina u tiġi miftuħa għall-użu tal-pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1958.
Jista' l-Minstru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?
Jista' l-Ministru jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi billi l-Proġett kif propost ma ġiex aċċettat għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropeja taħt il-fondi strutturali, il-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni tal-proġett mill-ġdid biex jassigura li tassew dan ikun proġett li jagħti appoġġ lill-artiġjanat Malti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Riforma tal-kunsilli lokali — Proċess ta' konsultazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal l-proċess ta' konsultazzjoni li kellu mal-kunsilli lokali fuq ir-riforma tal-istess kunsilli? Jista jgħid wasalx digà għal xi konklużjonijiet u kif beħsiebu jkompli jiżviluppa dan il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2488.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm l-ħsieb li t-triq ta' Għajn Tuffieħa, jew aħjar it-triq li minn San Pawl il-Baħar tagħti għal Għajn Tuffieħa sejra tiddawwal, liema triq hija mudlama u ma tagħmilx ġieħ lil Malta mat-turisti li jkunu fi triqtom lejn Għajn Tuffieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda policy li bilfors kull triq trid tkun imdawwla. Filfatt anke barra minn Malta, bosta toroq bejn raħal u ieħor ma jkunux imdawwlin. L-ADT ser tikkunsidra interventi oħra biex tassigura sigurtà fuq din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta sejra ssir l-manutenżjoni meħtieġa fi Triq San Pawl tal-Qliegħa Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tagħmel it-tiswijiet li jkunu meħtiega f’din it-triq sabiex ma jkunx hemm periklu, madankollu l-istat li tinsab fih Triq San Pawl tal-Qliegħa hi waħda li tirrekjedi kostruzzjoni mill-ġdid. Din issir skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet li jkollha l-Awtorita’ Dwar it-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-manutenżjoni neċessarja fit-Triq il-Kbira Mosta fil-parti li tħalli Triq San Pawl tal-Qliegħa qabel ma' taqbad l-parti tal-bini fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li li bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi mill-entitajiet. Ir-‘reinstatement’ tat-trinek jsir mill-istess kuntrattur appena jispiċċaw ix-xogħlijiet. Dwar il-bqija tat-triq l-ADT ħa tagħmel spezzjoni fuq is-sit u jsiru l-istimi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħati statistika ta' kemm damu ħajjin l-anzjani tagħna wara li daħlu jgħixu ġewwa home ġewwa r-residenzi tagħna f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Hemm xi residenża fejn l-anzjani jdumu jgħixu iktar ġo fiha u għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment m'għandux l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li m'humiex Maltin li jaħdmu fiċ-ċivil? F'liema dipartiment qegħdin u jekk għandhomx kuntratt indefinit? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema mhux Maltin li jaħdmu mal-Gvern b'mod ġenerali? F'liema gradi qegħdin u liema pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew barra l-Unjoni Ewropea ġejjin minnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 158 ħaddiema li m’humiex Maltin. Dawn huma mqassma hekk:
61 fuq kuntratt definit,
66 fuq kuntratt indefinit, u
31 għandhom xi tip ta’ ħatra oħra.
Id-dettalji kollha ta’ dawn l-impjegati kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.
Qasam tas-saħħa — Impjegati direttament mal-kuntrattur
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kuntrattur imma jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa? F'liema gradi qiegħdin dawn il-ħaddiema? Kemm jiħallas il-kuntrattur kull siegħa ta' kull ħaddiem li għandu jagħti servizz lill-Istat? Kemm-il sena il-Gvern huwa marbut ma' dawn il-kuntratturi
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ġabar flus mil-privatizazzjoni tat-tombla, lottu u logħob ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-privatizzazzjoni tal-Lotterija Nazzjonali fl-2004 inġabru:
· €18.6 miljun (Lm8 miljun) mill-
privatisation proceeds;
·
€
11.6 miljun (Lm5 miljun) f’xiri ta’ apparat u ekwipaġġ ieħor
Dan l-investiment kien kundizzjoni li bih kienet marbuta l-Maltco Lotteries.