Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftuħ ta' Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1918.

Għeluq ta' Negozji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1923.

Sptar Mater Dei — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu chest x-rays, ECG's u testijiet tad-demm kull xahar fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li kull test jiġi jiswa lill-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taħriġ għall-instructors tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ għandhom l-instructors li jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozzi? Minn liema istituzzjoni hu rikonoxxut il-kors li għandhom huma u jekk dawn jingħatawx on going training? Kemm huwa twil f'numru ta' ġranet il-kors li jagħmlu biex jsiru instructors u xi kwalifiki għandhom bzonn sabiex jidħlu għal dan il-kors?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Testijiet tal-karozza — Studenti li għaddew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu studenti bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 għat-test tal-karozza? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-ewwel? Kemm minnhom għaddew mat-tieni darba, tielet, raba', ħames, sitta u kemm minnhom m'għaddew qatt? Jista' jgħid jekk hemmx xi numru ta' drabi li tista' titla għat-test u jekk dan teċċedih mingħajr ma tkun għaddejt it-test, ma tkunx tista' tagħmlu iktar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Haddiema fil qasam tas-saħħa — full compliment

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-eżerċizzju sabiex jara kemm għandu bżonn ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jilħaq il-full compliment tlestiex? Jekk iva, kemm fil-fatt għandu bżonn iktar ħaddiema u f'liema gradi? Jista' jgħid ukoll jekk meta jkun qed jilħaq il-full compliment ikunx qed jieħu in kosiderazzjoni li juża teatri kollha li għandu u s-servizz kollha li hemm ippjanati li jibdew joperaw? Jekk hemm nuqqas ta' xi professjoni partikolari kif se jirrimedja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-eżercizzju li jevalwa il-kompetenzi u n-numru ta’ staff meħtieġa fis-snin li ġejjin fil-qasam tas-saħħa għadu qed jinħadem. Fil-pjanijiet qed jiġu kkunsidrati profili ta’ support staff li jistgħu jgħinu lil staff professjonali f’certu ħidmiet specifici (eżempju OT aides, phlebotomists, ecc). Hemm il-ħsieb li jintużaw it-teatri kollha hekk kif il-livell ta’ staff necessarju jintlaħaq. Ir-rimedju ewlieni għal nuqqas ta’ professjonijiet hu djalogu kontinwu mal-Iskola Medika, l-IHC u l-MCAST sabiex jipprovdu t-taħriġ f’numri adegwati, bi kwalita u bil-kompetenzi meħtieġa.

Sptar San Luqa u Karen Grech — Flus minfuqa f'silġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'silġ fis-sajf fl-2008 biex iżommu s-swali u l-kuruturi kesħin fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul is-sajf 2008 in-nefqa għas-silġ biex inżammu kesħin is-swali u l-kuruturi fil-bini ta' l-Isptar San Luqa u l-iSptar Karen Grech ammontat għal €6,665.

Sptar Mater Dei — Kiri ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal id-dipartiment tas-saħħa bħala flus mill-kiri tal-car park ta' Sptar Mater Dei minn Jannar 2008 sa Settembru 2008? Jekk ma daħħal l-ebda flus, għaliex? Kien hemm xi spejjeż li kellu jagħmel tajjeb għalihom l-istess dipartiment tas-saħħa vis-à-vis l-istess car park?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-dipartiment tas-Saħħa ma daħħalx flus mill-kiri tal-car park tal-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat; dan skond żewġ kuntratti li saru fil-21 ta’ Frar 2008 li bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici u l-kuntrattur. L-ispejjeż dovuti għall-istess perjodu jammontaw għal Ewro 521,558.34 imqassmin kif ġej: · € 432,914.04 għal servizzi ta’ sigurta esterna · € 55,660.38 għal parkeġġ tal-impjegati li m’humiex intitolati għal parkeġġ b’xejn · € 32,983.92 għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità.

Eco Contribution — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008 kien ta’ €11,971,241. L-ammont li jinġabar mill- Eco Contribution jiġi kkreditat fil-Fond Konsolidat, minn fejn ukoll, tiġi ffinanzjata l-ispiża li l-Wasteserv Malta Ltd tagħmel kull sena għall-immaniġjar ta’ l-iskart kollu u ta’ kwalita’ varja ta’ Malta u Għawdex. Din is-sena, din l-ispiża tlaħħaq €17.6 miljuni. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għad-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Xiri ta' Żejt u Petrol — SISA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1936 u jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1936.

Sptar San Luqa/Karen Grech — Arja kundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu units tal-arja kundizzjonata bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 fl-isptarijiet San Luqa u Karen Grech? Kemm hu ppjanat li jitwaħħlu units oħra sal-aħħar tas-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul il-perjodu indikat twaħħlu tlettax (13) il-unit ta' l-arja kundizzjonata fis-sala TW1 fl-iSptar Karen Grech. Ninsab informat ukoll li huwa ppjanat il sa' l-aħħar ta' din is-sena jitwaħħlu sebgħin (70) unit ieħor fis-swali l-oħra kollha ta' l-iSptar Karen Grech fejn m'hemmx units ta' arja kundizzjonata. Dawn ix-xogħlijiet huma suġġetti għal tender kompetittiv li ser jiġi publikat f'qasir żmien.

Sptar Mater Dei — ilma tal-vit tajjeb għax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm iffranka mill-ispiża tiegħu meta fl-Isptar Mater Dei neħħa l-ilma tal-fliexken (għall-istaff, tobba u professuri) għaliex qalu li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Marzu u Settembru 2008 il-management ta’ l-iSptar Mater Dei iffranka €11,849 mill-konsum ta’ l-ilma tal-fliexken. Din l-ispiża ġiet iffirankata billi l-provvista ta’ l-ilma tal-fliexken kienet limitata għal imkejjen fejn ma hemmx distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax xorb jew għal swali u dipartimenti partikolari, skond il-ħtiġijiet klinici rispettivi tagħhom.

Trakkijiet taż-żibel — kaxxi tal-likwidu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq trakkijiet taż-żibel fis-sena 2007? Jista jgħid jekk tistax issir xi ħaġa sabiex meta t-trakkijiet jibdew jgħasru ż-żibel li jkollhom fil-kaxxa l-likwidu ma jispiċċax fit-triq, liema likwidi jħalli riħa tinten qawwija warajh?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li trakkijiet taħt kuntratt mal-WasteServ huma dawk li jġibu ż-żibel minn Għawdex għal Malta. Dawn issirulhom żewġ spezzjonijiet fil-ġimgħa u ma jirriżultax dak li qed jallega l-Onor Membru. Rigward it-trakkijiet taż-żibel l-oħra li jagħtu servizz lill-Kunsilli Lokali nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Penżjonanti impjegati mal-privat li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' dawk il-persuni li huma penżjonanti impjegati mal-privat, imma għażlu li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar 2008 u Settembru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pubblikazzjoni tal-lista mitluba mill-Onor. Interpellant tmur kontra l-provedimenti tal-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Att XXVI ta’ 2001).

Xiri ta' żejt u petrol — Sisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: (a) Is-sisa li daħħal il-Gvern fuq xiri ta’ żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007 hija kif ġej:- 2004 2005 2006 2007 Lm Lm Lm Lm PETROL 11,913,908 11,678,507 15,289,862 18,195,695 DIESEL 11,831,938 12,131,025 14,318,759 19,883,457 PITROLJU 56,511 237,866 278,333 257,941 b) Sa l-aħħar ta’ April 2008, il-Gvern daħħal €26,392,867 bħala sisa fuq dawn il- prodotti. Għalhekk huwa maħsub li fis-sena 2008 il-Gvern jista’ jdaħħal sisa ta’ bejn wieħed u ieħor €80 miljun fuq il-prodotti msemmija hawn fuq. c) Ir-rati ta’ dazju tas-sisa (li huma speċifiċi u mhux ad valorem jew persentaġġ) li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż huma kif ġej:- PETROL €404.38/Lm173.60 kull 1000 litru DIESEL €332.40/Lm142.70 kull 1000 litru PITROLJU €332.40/Lm142.70 kull 1000 litru d) Deċiżjonijiet fiskali jittieħdu f’ambitu ta’ tfassil ta’ Budget.

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1743 u 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ re-surfacing li hemm bżonn isir f’din it-triq huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Mosta.

Toroq Ġodda — Tunellati ta' piż ta' vetturi/trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għall-kemm it-tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma' tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dik stabbilita fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tunellata ta' żejt tal-ikel importat

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm-il tunellata ta' żejt tal-ikel ġew importati f'Malta fis-sena 2006, 2007 sa Settembru 2008? Jista' jagħti statistika ta' kemm-il tunellata ta' żejt tal-ikel użat reġa' nġabar mil-kumpannija Waste Services jew xi kumpannija oħra? Jista' jindika fejn l-esperti jaħsbu li qed imur u jipiċċa d-differenza ta' żejt impurtat u dak miġbur lura wara li jkun użat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-WasteServ tiġbor madwar 1,100 litru fix-xahar żejt ta’ l-ikel użat. Pero ta’ min jinnota li f’dan is-settur hemm jopera wkoll il-privat li jiġbor u jirriċikla dan iż-żejt. Rigward id-differenza bejn żejt impurtat u dak miġbur lura wara li jkun użat kif ukoll l-importazzjoni ta’ żejt, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat