Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani ġewwa djar tal-anzjani li l-Gvern qed jixtri s-servizzi fihom, u kemm hemm anzjani fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, inkluż San Vinċenz De Paul? Jista' jgħid ukoll kemm hija l-ispiża ta’ kull anzjan f’kull dar tal-anzjani msemmija u kemm hija l-ispiża totali tal-Gvern f'dan is-settur?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi sistema stabbilita biex l-anzjani li jkunu ġewwa d-djar tal-anzjani, ikollhom il-persentaġġ tal-pensjoni mġemmgħa f’xi kont partikolari li jista’ jkollhom aċċess għalih?
Kontribuzzjonijiet għad-djar tal-anzjani – Sistema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif taħdem is-sistema biex anzjani li qegħdin ġewwa d-djar tal-anzjani jieħdu l-persentaġġ mill-pensjoni tagħhom li ma jkunx qed jieħu l-Gvern bħala parti mill-kontribuzzjoni tagħhom?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu jħallsu kontribuzzjoni l-anzjani li jkunu residenti ġewwa d-djar tal-anzjani fl-2010 u kemm qed iħallsu bħala persentaġġ mill-pensjoni tagħhom issa fl-2026?
Mellieħa – Triq in-Naħal – charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk humiex se jiżdiedu n-numru ta’ charging points pubbliċi għall-karozzi elettriċi n-naħa ta’ Triq in-Naħal, Mellieħa, minħabba l-fatt li qed tiżdied id-domanda għall-użu tagħhom u din hija triq twila u jinħass il-bżonn ta’ aktar postijiet bħal dawn? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsiru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jiġu magħżula postijiet/żoni addatati għal dawn iċ-charging pillars (points), isiru laqgħat u konsultazzjonijiet mal-stakeholders kkonċernati, inkluż il-Kunsilli Lokali. Wara li jiġu dentifikati dawn il-postijiet/żoni, isiru site visits neċessarji flimkien mal-Enemalta. Din is-sistema qed tiġi addottata għall-1,200 punt ta’ ċċarġjar matul dawn it-tliet snin li ġejjin, biex inkomplu nidentifikaw iżjed postijiet/żoni għall-installazjoni ta’ dawn iċ-charging pillars (points).
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – servizzi tas-saħħa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm biex aktar servizzi tas-saħħa jibdew jiġu offruti ġewwa l-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi disponibbli mill-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa huma ta’ infermiera, tabib tal-Familja, podjatrija, tehid tad-demm, patologija tal-lingwa mitkellma, saħħa mentali u fiżjoterapija.
Id-dipartiment għas-Saħħa qiegħed iħares lejn il-possibbiltà li jinstab sit alternattiv għall-Klinika ta’ San Pawl il-Baħar sabiex ikun jista’ jżid s-servizzi f’dan il-lokal.
Dawn iż-żewġ kliniki ntużaw ukoll sabiex tingħata t-tilqima kontra l-Covid-19.
Jista’ l-Ministru jagħti skeda ta’ liema blokok li jinsabu fil-Housing Estate Ta’ Mlit, il-Mosta, se jsirilhom il-lift u b’liema ordni se jsir dan? Jista’ jgħid kif intgħażlu dawn il-blokok f’din is-sekwenza? Jista’ jagħti timeframe ta’ kemm qed jaħseb li x-xogħol se jdum u meta dan ix-xogħol sejjer ikun lest?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-installazjoni ta’ lifts fil-Housing Estate ta’ Mlit, Mosta qiegħed isir permezz ta’ l-Iskema LFT u permezz ta’ fondi ko-finanzjati permezz tal-proġett ERDF.08.043. Il-blokki li ha jipparteċipaw fil-proġett ERDF.08.043 huma;
Block
Bidu tax-xogħol
Perjodu Indikattiv meta sejjer ikun lest ix-xogħol
Block B3, Triq id-Dawr, Mosta
Lest
Lest
Block C1, Ent A, Triq il-Planeċ, Mosta
Lest
Lest
Block D2, Triq l-Istiratur, Mosta
Lest
Lest
Block F4, Triq in-Nasba, Mosta
Mibdi imma sospiż minħabba li l-kuntratt ġie terminat. Xogħol jitkompla fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar 2022
Awwissu 2022
Block A2, Triq il-Gzari, Mosta
Mibdi u ongoing
Lulju 2022
Block C3, Triq il-Gradiljoli, Mosta
Mibdi u
ongoing
Lulju 2022
Block C5, Triq il-Gradiljoli, Mosta
Mibdi u
ongoing
Lulju 2022
Block G1, Triq it-Trinċetta, Mosta
Mibdi u
ongoing
Lulju 2022
Block G4, Triq it-Trinċetta, Mosta
Frar 2022
Awwissu 2022
Block B2, Triq l-Istiratur, Mosta
Marzu 2022
Settembru 2022
Block B4, Triq id-Dawr, Mosta
Marzu 2022
Settembru 2022
Block D3, Triq il-Kultellazz, Mosta
Marzu 2022
Settembru 2022
Block G3, Triq l-Istiratur, Mosta
Marzu 2022
Settembru 2022
Il-programm tal-2022 hu skond kif inhuma mogħtija l-kuntratti. Ix-xogħol f’kull blokk idum bejn 6 – 9 xhur skond iċ-ċirkostanzi speċifiċi li wieħed isib f’kull blokka, b’mod partikolari fil-pedamenti, u dewmien fil-manifattura u shipping tal-lift u termini tal-kuntratti li bihom jitwettaq dan ix-xogħol.
Is-sekwenza li fiha sejrin jitwettqu x-xogħlijiet hi bbażata skond l-iskop aħħari ta’ dawn il-fondi għall-Housing Soċjali ċioe bi prijorita’ tingħata lill-Blokki li għandhom l-għola numru ta’ appartamenti mikrija mill-Gvern ta’ Malta jew l-Awtorita’ tad-Djar.
Sfortunatament il-Blokok G4, B4, G3, B2, F4, u D3 li ngħataw prijorita’ kienu f’tender li kellu jiġi tterminat u b’hekk dawn ix-xogħlijiet m’għadhomx skond il-programm oriġinali.
Skema għall-applikazzjoni tal-lift volontarja (LFT)
Block
Bidu tax-xogħol
Perjodu Indikattiv meta sejjer ikun lest ix-xogħol
Block F1, Triq in-Nasba, Mosta
Frar 2022
Novembru 2022
Block D, B, Triq il-Gradiljoli, Mosta
Preparazzjoni tat-tender, biex dan il-proġett ikun inkluż
2023
Block A5, Triq il-Gzari, Mosta
Applikazzjoni riċenti
Block A4, Triq il-Gzari, Mosta
Applikazzjoni riċenti
Block A1, Triq id-Dawr, Mosta
Applikazzjoni riċenti
Block F2, Triq in-Nasba, Mosta
Applikazzjoni riċenti
L-applikazzjonijiet volontarji permezz tal-iskema LFT jiġu pproċessati skond l-ordni ta’ kif jidħlu l-applikazzjonijiet għand l-Awtorita'. Applikazzjonijiet minn residenti f'kundizzjoni ta' saħħa mwergħa jingħataw prijorità.
Jista’ l-Ministru fil-kapaċità tiegħu bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport jara li naħa mit-Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta, tkun magħmula parkeġġ bil-ħin? Dan biex iservi ta’ għajnuna lill-komunità kummerċjali li ħafna drabi jgħin il-fatt li f’din iż-żona jkun hemm lok ta’ pparkjar, liema pparkjar bil-ħin ikun fis-seħħ fil-ħinijiet tal-ħwienet bejn is-7am sas-7pm. Wara s-7pm sas-7am ir-residenti jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu użu minn dan l-ipparkjar mingħajr restrizzjonijiet.
Ċimiterju tal-Mosta – kuntratt mas-sidien tal-oqbra
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex isir kuntratt mas-sidien tal-oqbra fiċ-Ċimiterju fil-Mosta, liema proċess kien beda ’l fuq minn 30 sena ilu meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għamel konvenju mal-persuni interessati li jixtru l-oqbra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Każ ta' Plagiarism f'ġurnal akkademiku Social Well-Being Studies
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li kien hemm każ ta' plagiarism akkademiku f'artiklu li ġie ppubblikat fil-ġurnal akkademiku Social Well-being Studies? Tikkonferma li dan l-artiklu fil-fatt ġie mneħħi meta nkixef li kien hemm dan il-plagiarism? Tista' tgħid x'passi se tieħu l-Università dwar dan il-każ ta' plagiarism? Tista' tikkonferma jekk l-awtoritajiet universitrarji investigawx dan l-allegat każ ta' plagiarisim?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
L-Università ta' Malta hija awtonoma imma ġejt infurmata li l-Università diġà qed tinvestiga dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jara li jsir bus shelter għall-persuni li jżuru d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi, speċjalment minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja numri 109 u 201 huma u sejrin mir-Rabat għal Lapsi u lura, minħabba li dan il-bus shelter huwa essenzjali għall-passiġġiera minħabba li meta jkun il-maltemp m’għandhom l-ebda post fejn jistkennu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li t-triq li fihom jinstabu dawn il-bus stops li qedgħin jiġu rreferuti għalihom f’din il-mistoqsija jaqghaw taħt ir-responsabilita’ tal- Kunsill Lokali u għal daqstant din it-talba trid tiġi magħmulha lill-istess Kunsill Lokali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ingħatat lill-poplu Malti sad-data li titwieġeb din id-domanda parlamentari? Minbarra hekk, kemm ingħataw vaċċini tal-COVID-19 bħala donazzjoni minn Malta lil pajjiżi terzi? Liema kienu dawn il-pajjiżi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-Ħadd 14 ta’ Novembru ngħataw total ta’ 908,687 dożi tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19 li minnhom 76,771 kienu booster doses.
Sal lum ingħataw 341,390 dożi tal-vaċċin għal kontra l-
Covid-19
bħala donazzjoni lill-Libja, l-Eġittu, Rwanda u l-Ghana.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm imexxi bereġ madwar il-pajjiż? Tul l-aħħar ħames snin kemm sar xogħol f’dawn il-bereġ u liema huma l-bereġ li jmiss isir xogħol fihom? Kemm kien jikkwantifika l-investiment s’issa u kemm hu ppjanat fiż-żmien li ġej?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19, f’Marzu tal-2020 kellhom jingħalqu l-52 Berġa li kien hemm fl-irħula ta’ Malta u Għawdex. Dawn il-Bereġ kienu jinfetħu għal inqas minn siegħa darba jew darbtejn f’ġimgħa u l-għan prinċipali tagħhom kien biex it-tabib jagħmel ir-riċetti għall-pazjenti biex ikunu jistgħu jieħdu l-mediċina li jaqgħu taħt ix-Schedule V mill-ispizerija tal-għażla tagħhom (POYC). Fi żmien il-pandemija sar arranġament bejn l-istakeholders sabiex l-ispizjara privati fil-POYC ikunu jistgħu jiddispensjaw il-mediċina fuq l-aħħar riċetta. Dan kien possibbli permezz ta’ sistema elettronika tal-POYC. Dan ukoll ifisser li l-pazjenti ma jkollhomx bżonn ta’ riċetta ġdida kull darba li jmisshom jieħdu l-mediċina, u għaldaqstant ma jkollhomx bżonn imorru iżjed fil-Bereġ għar-riċetti.
Għaldaqstant,illum l-iskop tal-bereġ kif konna nafuh inbidel. Il-Kliniċi fil-Komunita’ li għaddew mill-programm ta’ immodernizzar u restawr bdew jergħu jilqgħu l-pazjenti f’Lulju 2021. Dawn il-Kliniċi fil-Komunita’ għandhom programm modern u estensiv ta’ outreach li l-għan tiegħu hu li l-pazjent ikollu kura fil-livell tas-saħħa primarja billi nersqu aktar qrib lejn ir-residenza taċ-ċittadin jew il-post tax-xogħol. Dawn il-Kliniċi fil-komunita’ illum joffru servizzi multidixxipplinarji li jinkludu:
-l-Klinika mmexxija mit-Tabib u l-Klinika mmexxija mill-Infermiera li it-tnejn qed joffru programm ħolistiku li huwa bbażat fuq il-kura preventiva bħas-servizz tal-ewwel għajnuna, it-teħid tal-pressjoni u l-ittestjar taz-zokkor fid-demm, is-servizz tat-telekonsultazzjoni u pariri relatati skont il-ħtieġa. Iż-żewġ Kliniċi qed joffru kura kontinwa mal-istess professjonisti.
-Is-servizz tal-Podjatrija
-Is-servizz tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
-Is-servizz tal-Fiżjoterapija
-Is-servizz tat-Teħid ta' Demm
-Għall-ewwel darba ukoll qed jingħata servizz ta’ Walk-In Clinic filgħodu mill-Klinka fil-Komunita’ ġdida tal-Belt Valletta biex inkunu nistgħu nagħtu l-ewwel għajnuna f’waqtha minflok li l-pazjent imur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana f’każ ta’ inċident.
Barra minnhekk, il-pazjenti qed jibbenefikaw ukoll minn aċċessibilità sħiħa għas-servizzi professjonali f’waqthom bl-għajnuna tas-sistema kompjuterizzata tal-Electronic Patient Record, li tippermetti l-kontinwità tal-kura u tagħti s-setgħa lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa primarja biex ikunu jistgħu jilħqu livell ogħla ta’ servizz għall-benefiċċju tal-pazjenti tagħna.
Fl-2019 il-Primary HealthCare inghatat grant ta’ €10 miljuni mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF) biex tkun tista timmodernizza iċ-Ċentri tas-Sahha, u l-Kliniċi fil-Komunita’ bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar b’mod ħolistiku tal-Primary HealthCare. Qabel Ġunju tal-2019, il-programm ta’ manutenzjoni u mmodernizzar fuq il-bereġ kien wieħed limitat ħafna. F’dawn l-aħħar tlett snin, permess ta’ dawn il-fondi tal-NDSF ġew irrestawrati u mmodernizzati 15 il-Klinika fil-Komunita minn fejn beda’ jingħata l-programm ħolistiku msemmi hawn fuq. Il-Kliniċi fil-Komunita’ l-ġodda jew li ġew rinovati kienu f’dawn il-lokalitajiet: Tal-Pieta’, il-Gudja, Ħ’Attard, Marsaxlokk, Tas-Sliema, Ħaż Żabbar, iż-Żejtun, il-Mellieħa, Ħaż Żebbuġ (Malta), l-Fgura, Ħal Għaxaq, Kalkara, Xewkija, il-Belt Valletta, Santa Luċija.
L-ispiża sal-lum hija ta’ €480,000. Dan il-programm ta’ immodernizzar ser ikompli b’ritmu mgħaġġel, u fix-xhur li ġejjin ser ikun qed isir ix-xogħol fil-Kliniċi f’dawn il-lokalitajiet:
Ta’ Ġiorni, Ħal Tarxien, il-Ħamrun, Marsaskala, il-Għargħur, Birżebbuġia, l-Għasri, Għajnsielem u l-Għarb Għawdex.
L-istima tax-xogħol għall-immodernizzar, it-tagħmir mediku u għamara oħra tkun tista’ tingħata aktar il-quddiem meta jinbeda ix-xogħol.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu impjegati infermieri ġodda mas-servizz tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar ħames snin, maqsumin sena b’sena? Kemm kienu impjegati tobba mas-servizz tas-Saħħa Pubblika fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah li preżentament hemm total ta’ 1608 tobba (li jinkludu gradi, minn House Officers sa Konsulenti) u 3092 infermiera mas-servizz tas-Saħħa Pubblika.
Numru totali ta' rekluti ġodda għas-sena:
Tobba(li jinkludu minn
House Officers
sa Konsulenti)
Infermiera
2017
118
166
2018
115
124
2019
141
319
2020
172
101
2021 (sal-11 ta’ Novembru)
85
108
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jinġabru kontenituri tal-plastik mill-Wasteserv kull sena u kemm inġabru fis-snin 2019, 2020 u 2021? Jista’ jgħid ta’ liema prodotti kienu dawn il-kontenituri, jekk humiex tal-flixken tal-ilma, tal-luminuta, taż-żejt tal-karozzi jew xi prodotti oħrajn? Jista’ jgħid kemm huwa l-piż miġbur fi plastik kull sena mill-Wasteserv magħmul minn dawn il-kontenituri?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data li żżomm il-kumpanija Wasteserv tirrigwardja l-ammont ta’ kontenituri tal-plastik li jkun ġew ipproċessati u t-tip ta’ materjal li jkunu komposti minnu t-tali kontenituri.
F’dan il-kuntest, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi titjib sinifikanti ħafna fit-tunellaġġ ta’ plastik li ntbagħat għar-riċiklaġġ. It-tabella tindika kif it-tunnellaġġ li ġie pproċessat fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena jiżboq it-total tas-sentejn preċedenti bi kważi sittin fil-mija.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn jistgħu jċemplu persuni li għadhom ma rċevewx iċ-cheque tar-reviżjoni tat-taxxa? F’każ li persuna nħarġilha dan iċ-cheque u ntilef, x’inhi l-proċedura li trid issegwi biex isir cheque ieħor? Kemm huwa ż-żmien li wieħed irid jistenna sabiex jerġa’ joħroġlu cheque ieħor bil-ħlas dovut?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li persuni li huma eliġibbli għal dan iċ-ċekk u ma rċevewhx, jew irċevewh izda tilfuh, jistgħu jċemplu l-Freephone 153 ta’ servizz.gov.
Meta jċemplu jiġu vverifikati d-dettalji personali u jekk hemm bzonn isiru aġġustamenti fir-reġistru, (bħal bdil ta’ indirizz eċċ).
Sakemm jitlesta dan il-proċess, flimkien mal-istampar u impustar taċ-ċekk, jieħu medja ta’ xahar sabiex isiru l-verifiki kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Gvern ġabar flus minn taxxa dovuta fuq kirjiet residenzjali sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9650, permezz ta’ tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra replikata, li tagħti l-ammonti ta’ taxxa miġbura fuq dħul minn kiri ta’ proprjetajiet, sena b’sena, permezz tal-proċedura TA24, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru pagamenti mill-Kunsilli Lokali, wieħed b’wieħed, fuq xogħol ta’ konsulenza u servizzi lill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani tilfu d-dritt tal-Karta r-Roża matul is-snin 2015/16/17/18/19/20 minħabba ż-żieda fid-dħul tagħhom? Jista’ jgħid kemm hija s-somma ta’ flus li jrid ikollok u l-kundizzjonijiet biex tikkwalifika għall-Karta r-Roża? Kemm hija l-popolazzjoni ta’ anzjani li tikkwalifika għall-Karta r-Roża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-aħħar ħames snin u fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020, kemm ġew dekretati mill-Qrati kompetenti, adozzjonijiet ta' tfal Maltin mit-twelid, x'kienu l-etajiet u s-sess tat-tfal li ġew hekk adottati u x'kien l-istatus ċivili tal-ġenituri li adottawhom, jiġifieri kenux persuni romol, separati jew divorzjati jew koabitanti li adottaw ulied xulxin bħal riżultat tar-regolarizzazzjoni tar-relazzjoni ġdida tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm ċittadini Maltin li daħlu f'relazzjoni ma' persuni mhux ta' ċittadinanza Maltija u adottaw lit-tfal tal-parti l-oħra matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-2015 u l-2020, il-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) iddekretat 119-il adozzjonijiet ta’ tfal Maltin mit-twelid. Qed jingħata s-sess tat-tfal li ġew hekk addottati kif mitluba fl-istess mistoqsija fit-tabella annessa. Ma tinżammx statistika dwar id-dettalji l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija.
Intant matul l-istess il-perjodu ta’ bejn l-2015 u l-2020, il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex (Ġurisdizzjoni Volontarja) iddekretat 5 adozzjonijiet ta’ tfal Maltin mit-twelid. Qed jingħata s-sess tat-tfal li ġew hekk addottati kif mitluba fl-istess mistoqsija fit-tabella annessa. Ma tinżammx statistika dwar id-dettalji l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija.