Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi produċut f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar u x'targets irid l-gvern li jilħaq f'dan s-settur?
Sptar Mater Dei — każijiet li ma kenux t'emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 2636 u jgħid x'kienu il-kriterji li permezz tagħhom ġiet żviluppata l-idea li jekk ma tkunx gravi m'għandekx tmur l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Permezz ta' dan kollu bdiet kampanja sabiex pażjenti ma jżurux l-emerġenza jekk jaħsbu li mhux emerġenza? Kemm fil-fatt matul is-sena 2007 u xhur ta' qabel ma bdiet din il-kampanja, kien hemm każijiet li ma kinux emerġenza u għamlu użu mis-servizz tal-emerġenza?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-istatistika miġbura permezz tal-A&E Module tal-Patient Administration System jirriżulta li l-persentaġġ ta’ pazjenti li jiġu ammessi fl-iSptar Mater Dei minn fost dawk li attendew id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u klassifikati bħala Triage III kien minimu. Kien dan il-fatt li wassal biex tiġi żviluppata din il-kampanja biex il-pubbliku jagħmel użu tajjeb tad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u jirrikori hemm meta fil-fatt tkun emerġenza.
Ninsab informat ukoll li bejn Jannar 2007 u Ġunju 2008 attendew 166,325 pazjent fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza, li minnhom 35,209 ħtieġu li jiddaħħlu l-iSptar Mater Dei / San Luqa bħala
in patients
. Minn fost dawn l-
in patients,
kienu biss 638 li kienu klassifikati bħala Triage III, jiġifieri 1.8% tal-
admissions
totali mid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-waiting list biex persuna tidħol f'home jew residenza tal-gvern hijiex pubblika jew le? Jista' persuna jara fejn jkun wasal f'din il-lista? Kemm huwa l-wating time li persuna ddum tistenna bħala medja qabel ma tiġi admitted ġewwa home jew residenza?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-waiting list biex persuna tidħol f'Dar ta' l-Anzjani jew residenza tal-gvern mhijiex pubblika. Madankollu persuna li tkun fuq il-waiting list tista' tistaqsi dwar il-pożizzjoni tagħha billi tirrikori fiċ-Ċentru tas-Servizz Anzjan f'Nru 3, Triq iz-Zekka, Valletta jew ċċempel fuq Nru 25575000. Il-waiting time biex persuna tidħol f'home jew residenza jiddependi fuq l-urġenza tal-każ u l-priorita' skond il-waiting list.
Ċentri għall-persuni ta' anqas minn 60 sena — rijabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tista' tmur ġewwa fih għal rijabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmuru Żammit Clapp, hemm il-ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu tfal fl-iskejjel primarji kull sena tul dawn l-aħħar 10 snin, kemm fl-iskejjel tal-istat kif ukoll f'dawk privati u tal-knisja? Kemm hemm minnhom subien u kemm hemm minnhom bniet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti statistika kemm persuni għalqu l-età ta' 60 sena tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm minn dawn huma irġiel u kemm minn dawn huma nisa?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 2138 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid kemm huwa kkalkulat li jħalli flus Malta turist li jiġi b'low cost airline u kemm huwa kkalkulat li jħalli flus lill-ekonomija tagħna turist li ma jiġix b'dawn l-ajruplani? Jista' jgħid kemm huwa ppjanat li jiġu turisti matul is-sena 2008? Kemm minn dawn huma studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż u visitaturi li jieqfu Malta permezz ta' cruise liners?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-nefqa ta’ turisti low cost hija kkalkulata li hija € 719.53. L-istess valuri għal turist medju li jqatta’ l-btala tiegħu f’Malta hija ta’ € 868.86. Ir-raġunijiet prinċipali għal nefqa anqas huma attribwiti għal:
1) il-fatt li jħallsu inqas sabiex itiru; u
2) li għandhom
length of stay
iqsar.
Matul l-2008 huwa mistenni li Malta tattira madwar 1,300,000 turist. Minn dawn madwar 83,000 se jkunu studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż. Iċ-ċifra ta’ passiġġieri li jiġu fuq
cruise liners
ma tingħaddx man-numru ta’ turisti iżda tinżamm statistika separata għaliha. Matul din is-sena in-numru ta’ passiġġieri li jżuru Malta fuq
cruise liners
mistennija teċċedi l-515,000. Ta’ min jgħid li dawn m’humiex inklużi fiċ-ċifra ta’ 1,300,000 turist imsemmija aktar ’il fuq.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2137 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet mogħtija lilu u jgħid x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Maltija t-turisti li ġew Malta bl-ajruplani low cost? Kemm hu kkalkulat li se jkunu ġew turisti f'Malta permezz ta' dan it-tip ta' trasport matul is-sena 2008? Jista' jgħid jekk dan it-tip ta' trasport kienx mezz biex jiżdiedu t-turisti lejn Malta u jekk naqsux it-turisti li jużaw l-ajruplani mhux low cost meta kkomperati ma' l-2007, 2006 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jivvjaġġaw lejn Malta permezz ta’ linji tal-ajru low cost wera żieda qawwija matul dawn l-aħħar snin u llum huwa rikonoxxut li kkontribwixxa ħafna sabiex il-volum ta’ turisti li qegħdin iżuru Malta żdied għall-ammonti li huma. Filwaqt li sas-sena 2006, ftit li xejn kienu dawk il-linji tal-ajru low cost li kienu joperaw lejn Malta, matul l-2007 huwa stmat li madwar 9.3% tal-passiġġieri kollha li taru lejn Malta utilizzaw lil dawn il-linji tal-ajru. Dan il-persentaġġ kompla jiżdied u jitkattar matul din is-sena, biex bejn Jannar u Ġunju, huwa stmat li madwar 20.2% użaw dawn is-servizzi ta’ trasport.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2167 u 1630 u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mistoqsija Parlamentari Numru 2167 ġiet imwieġba fis-Seduta tat-3 ta’ Novembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula il-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din l-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?
Awtorità dwar it-Trasport — Sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sistema tuża' l-Awtorità dwar it-Trasport fis-sezzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, biex din l-istess sezzjoni tqassam lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja neċessarja? Hemm xi ħsieb li din is-sistema tinbidel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tat-tqassim lill-iskejjel tas-sewqan, testijiet għall-istudenti li permezz tagħhom jakkwistaw il-liċenzja hija;
· Ta’ kuljum tinħareġ lista b’persentaġġ kompjuteriżżat (a bażi ta' applikazzjonijiet għal kull Skola), tlett ġimgħat bil-quddiem
· Il-Lista tkopri u tqassam testijiet lill-iskejjel kollha f’perjodu ta’ ġimgħa sħiħa
· L-allokazzjonijiet maħruga mis-sistema titqassam fuq formola interna tal-ġurnata
· L-Iskejjel jiġu nfurmati b’ittra ta’ kemm għandhom allokazzjonijiet għad-data ta’ tlett ġimgħat wara
· Ħmistax qabel id-data l-Iskejjel jippreżentaw lill-Awtorita’ bl-ID Card Nos tal-kandidati li huma ser itellgħu għat-Test
· Jekk jibqa' xi allokazzjonijiet, dawn jinfetħu l-għada filgħodu lill-Iskejjel kollha (massimu ta’ tnejn għal kull skola).
Diġa bdew discussjonijiet biex is-sistema tiġi riveduta. Kull proċess u proċedura ġewwa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Ttestjar qiegħed jiġi evalwat sabiex uħud jiġu reveduti biex tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza permezz ta' introduzzjoni ta' iktar sistemi ta' l-ICT.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — Bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan id-dipartiment tiegħu teżistix sezzjoni ta' ħaddiema li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu tibdil strutturali fi djar ta' persuni anzjani ħalli d-djar tagħhom jibqgħu aċċessibbli? Jekk iva, kemm-il biċċa xogħol saret matul is-sena 2007 u kemm hemm talbiet li għadhom jistennew din l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li, taħt id-dekasteru tiegħi, ma teżisti ebda sezzjoni tat-tip indikata mill-Onorevoli Interpellant.
Iżda, id-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar jilqa’ talbiet għal tiswijiet li jinvolvu l-introduzzjoni ta’ ranep biex jagħtu aċċess għal appartamenti tal-Gvern fejn jgħixu persuni b’diżabilita’ fiżika. Ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2507, 1802 u 1391u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2174, 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li qed jieħdu l-penzjoni tal-wens talli qed jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irġiel? Jista' jagħti l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom wieħed jieħu din il-penzjoni? Hemm il-ħsieb li dawn l-kundizzjonijiet jiġu modifikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li qegħdin jieħdu l-Pensjoni tal-Wens hu 174, maqsuma eżatt bejn irġiel u nisa.
Ikunu ntitolati għal din il-pensjoni persuni xebbiet, ġuvintur jew romol, li m’għandhomx impjieg u li qegħdin jieħdu ħsieb, fuq bażi
full-time,
persuna anzjana jew marida, kostretta li tgħix f’sodda jew
f’wheel-chair
u li tkun relatata mal-persuna li qegħda tieħu ħsiebha bħala ġenitur/nannu/a , aħwa, zijiet, aħwa tar-rispett jew kunjati.
F’dan l-istadju, t-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.