Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-elettriku xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Il-korporazzjoni Enemalta kemm tikkalkula li qiegħed isir telf ta' elettriku minħabba l-inefiċċjenza tas-sistema u l-grid lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, iċ-ċifra hi bejn 5% u 7%.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tal-ilma ħelu xahar b'xahar fis-snin 2006, 2007 u 2008? Kemm jiġi ikkalkulat li jinħela ilma minħabba l-ħsarat li jkun hemm fit-toroq u jikkawża ħsarat fil-kanen u pajpijiet fl-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoħħi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.
Ma nistax nirrispondi t-tieni parti tad-domanda għax l-istatistika ma' tinżammx b'dan il-mod.
Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — stratigic group u executive committee
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inħatru l-membri tal-stratigic group u tal-executive committee tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Iżvilupp? Kien hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Kemm qed jitħallsu? Hemm xi regolatur li jirregola x-xogħol ta' dawn iż-żewġ gruppi u liema liġi tispjega kif għandhom jinħatru dawn il-gruppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iStrategic Group jiġbor fih kapijiet ta’ diversi Units fi ħdan il-MEPA u ma jsir l-ebda ħlas addizzjonali minn barra s-salarju.
L-
Executive Committtee
hu maħtur mill-Bord tal-
MEPA
u l-membri maħtura tal-
Executive Committtee
jitħallsu € 27.95 kull sessjoni. Il-ħatra ta’ dawn iż-żewġ kumitati mhiex stabbilita fil-liġi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-
Executive Committee
jiġu approvati mill-Bord tal-
MEPA
.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq li beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ġewwa l-Mosta? X'inhu it-time frame li sejrin jieħdu sabiex jitlestew? Qed isir xi eżerċizzju ieħor biex jinkorpora fih toroq ġodda oħrajn ħalli dawn ukoll jkunu jistgħu jingħataw wiċċ ġdid bl-asfalt jew tarmak?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, fil-lokalità imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant fix-xhur li ġejjin ser isiru xogħlijiet f’ dawn it-toroq:
Kumplament ta’ Triq il-Ħtajriet bejn Triq Sant’ Antnin u Vjal il-Qalbiena Mostin;
Parti minn Triq l-Inkurunazzjoni;
Triq Patri Avertan Fenech;
Triq Ferdinand Calleja;
Triq Gio. Dei Marchesi Mallia Tabone.
Jista' l-Ministru jagħti fiġuri ta' kemm kien is-savings tal-poplu tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitliba tidher f’din it-tabella:
€ millions
Year
Household Deposits
1998
3,762.1
1999
3,970.8
2000
4,162.1
2001
4,555.8
2002
4,941.9
2003
5,078.8
2004
5,199.7
2005
5,361.3
2006
5,687.3
2007
6,541.8
2008*
6,678.3
latest
available
* end of September 2008 and are still provisional.
San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Uffiċju Distrettwali
Question
No question text.
Response (DALLI, JOHN)
Wara l-esperjenza pożittiva taċ-ċentru AĊĊESS fil-Kottonera, fejn wieħed isib miġbura flimkien diversi servizzi ta’ natura soċjali, ġie deċiż li jinfetħu żewġ ċentri oħra simili, wieħed fin-nofs u l-ieħor fit-tramuntana ta’ Malta.
Dak tat-tramuntana, ġie indentifikat li jsir il-Qawra, li llum ma għadux biss post għas-sajf. Dan ta wkoll l-opportunita’ li jinbidel il-post fejn kien l-uffiċċju distrettwali ta’ qabel f’San Pawl il-Baħar, li ma kienx aktar adeġwat biex iservi bħala uffiċċju distrettwali u, agħar minn hekk, ma kienx aċċessibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2852 u jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Eta' Numru ta' Residenti
Bejn 20-29 2
Bejn 30-39 2
Bejn 40-49 7
Bejn 50-59 53
Bejn 60-69 74
Bejn 70-79 276
Bejn 80-89 477
Bejn 90-99 132
Bejn 100-103 7
Informat ukoll li ż-żewġ residenti li għandhom anqas minn 30 sena għandhom problemi ta' diżabilita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
San Vinċenż de Paule — persuna terġa' tmur lura lejn darha
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-affarijiet sabiex persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, isiru l-preparamenti kollha neċessarji biex flok jibqa' jgħix ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule jerġa' jmur lura d-dar tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għal dawn l-aħħar ġimgħat żewġ professjionisti tal-Aġenzija SAPPORT kienu qed jaħdmu mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex eventwalment jiġu mħarġa dawk li jkunu jridu jaħdmu miegħu fir-residenza tiegħu. Sakemm jitlesta dan ix-xogħol, jiġu identifikati ħaddiema u jsir it-taħriġ neċessarju, mhux possibbli li jingħad meta l-persuna tkun tista’ tmur lura d-dar.
Ninsab infuramat ukoll li, sadattant, il-professjonisti tal-isptar San Vinċenż de Paule wkoll qed jaħdmu mal-persuna konċernata biex jindirizzaw il-bżonnijiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies part-time/full-time jew casual workers mal-kumpannija Freeport fl-aħħar tliet xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2639 u jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2639.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ ta' min għandu low income, meta jmur għand tabib li jaħdem fiċ-ċentri tas-saħħa jista' jordnalu t-testijiet kollha, filwaqt li tabib li jaħdem fil-privat ma jistax jordnalu t-testijiet tad-demm tal-PSA u TFT fost oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-testijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant m’humiex inklużi fil-lista tat-testijiet li jistgħu jiġu ordnati minn tabib li jaħdem fil-privat.
Waiting list u waiting time — Appuntament fl-out patient tad-diabete
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-waiting list u waiting time biex pazjent isirlu appuntament fl-out patient tad-diabete? Kemm għandna speċjalisti f'dan il-qasam? Kemm jaraw pazjenti kull klinika li jagħmlu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ appuntamenti li hemm ibbukkjati għad-Dipartiment ta’ l-Out-patients tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei sat-13 ta’ Ottubru 2008 huwa 1,478. Il-medja ta’ stennija kienet ta’ 350 ġurnata.
Rigward iż-żmien ta’ stennija ninsab infurmat li f’każijiet urġenti il-pazjenti jaraw il-konsulent mil-lum għall-għada jew fl-ewwel
out-patients clinic
li jmiss.
Ninsab informat ukoll li l-iSptar Mater Dei hemm 4 Konsulenti specjalizzati f’dan il-qasam. Dawn il-Konsulenti bejniethom jaraw madwar 45
New cases
kull ġimgħa. Wieħed għandu jkun jaf ukoll li t-team ta’ kull konsulent jaraw ukoll medja ta’ bejn 25 u 35
follow-ups
kull ġimgħa.
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Trading Licensing Unit fi ħdan id- Diviżjoni tal-Kummerċ ikollha b’mod rikorrenti madwar 40 liċenzja li qed jistennew biex jigu pproċessati. Din hija figura konstanti minħabba l-fatt li kuljum jidħlu applikazzjonjiet ġodda u kuljum jinħarġu liċenzji ġodda. L-applikazzjonijiet li hemm pendenti bħalissa huma kollha ta’ applikanti Maltin. Normalment applikant jirċievi notifika jekk l-applikazzjoni tiegħu tkunx ser tiġi aċċettata jew le, fi żmien għaxart ijiem minn meta jkun iddepożita id-dokumenti meħtieġa.
Ukoll l-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob għandha 127 applikazzjoni
Remote Gaming
pendenti u kollha huma barranin.
Ma tistax tingħata figura ta’ kemm beħsiebhom iħadmu nies. Tali informazzjoni ma tintalabx biex wieħed jingħata liċenzja. Rigward liċenzji li jinħarġu minn entitajiet oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.