Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi tal-gvern — testjiet tal-VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu vetturi l-Gvern li huma tiegħu? Kemm minn dawn l-vetturi jsirilhom it-testijiet tal-VRT? Kemm għandhom żmien dawn il-vetturi u kemm hija l-ispiża biex jżommu dawn il-vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Testijiet tal-vetturi VRT

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li t-testijiet tal-vetturi VRT jaraw u jeżaminaw l-magni tal-vetturi u l-funzjonijiet tagħhom? Jista' jikkonferma jekk dan it-test fost affarijiet oħrajn jarax l-ammissjonijiiet tal-karozzi jew le? Jista' jgħid x'inhuma l-livelli t'ammissjonijiet mill-karozzi u vetturi oħrajn li huma aċċettabbli? Jista' jagħti x'inhuma l-livelli aċċettabbli mill-awtorità u jgħid min qed jagħmel dawn il-livell?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq - Leġislazzjoni Sussidjarja 65,15,

Marsa — Powerstation - Filters taċ-ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fliexken tal-plastik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-liftime ta' flixkun tal-plastik? Kemm-il flixkun tal-plastik qiegħed jiġi mibjugħ fis-suq lokali kull sena? Kemm-il flixkun tal-plastik inbiegħu mimlija ilma, luminata, xampu, ħasil tal-platti, ħasil tal-ħwejjeġ u ħasil ta' l-art matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008? Kemm minn dawn il-fliexken huwa kkalkolat li nġabru lura? Jekk huwiex il-ħsieb li ssir eko kontribuzzjoni fuq dawn wkoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li nista’ nagħti tirrigwarda biss dik miżmuma mill-WasteServ, u ma tirriflettix l-ammont miġbur minn entitajiet oħra. Jien infurmat li matul is-snin imsemmija l-ammont ta’ plastik miġbur mill-WasteServ kien kif ġej: 2005 328.33 tunellati 2006 487.65 tunellati 2007 676.67 tunellati 2008 1,749.00 tunellati Jien infurmat ukoll li ma tinżammx informazzjoni dwar il- lifetime ta’ flixkun tal-plastik. Hu stmat li l-ammont ta’ fliexken li jintużaw għal-xampu, ħasil tal-platti, ħasil tal-ħwejjeġ u ħasil ta’ l-art jammonta għal dawn il-figuri: 2005 45.6 tunnellati 2006 67.3 tunnellati 2007 93.4 tunnellati 2008 242.0 tunnellati Jien infurmat li l-prodotti kollha msemmijin fil-mistoqsija diġà għandhom eko kontribuzzjoni fuqhom. Nitlob l-Onor Membru biex għal statistika fuq bażi nazzjonali jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ammissjonijiet tal-karozzi

Question

Minn studji li għandu l-Gvern f'idejh, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li karozza ta' 5, 10, 15 jew 20 sena titfa' ammissjonijiet valenużi fl-arja? X'inhuma dawn l-ammissjonijiet? Dawn l-ammissjonijiet huma relatati mal-kwalità ta' fuelli nitfgħu fil-magni jew minħabba xi ħaġa oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Eko-kontribuzzjoni fuq il-liċenzji tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġett sejra tintuża' l-eko-kontribuzzjoni li ddaħħlet din is-sena fil-budget li permezz tagħha għolew il-liċenzji tal-vetturi kollha? Jista' jgħid kif dan il-proġett li għandu sejjer jaffettwa pożittivament l-ambjent u allura permezz ta' hekk jonqos il-mard li huwa semma' bħall-ażma u l-kanċer?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' Muturi — Dazju

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Valletta road - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2952 u jgħid meta Valletta Road b'mod speċjali il-biċċa ta' bejn il-Mosta u Ħal Lija se tingħata manutenżjoni? Din it-triq tinstab f'qagħda ħażina ħafna għax biex jevitaw il-ħofor li hemm, ħafna mis-sewwieqa qed isuqu b'mod irregolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħol ta' cold asphalt f'din il-parti tat-triq ħa jsir fi żmien qasir.

Test tas-sewqan — flus li jħallsu l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2945 u jgħid kemm jiġi jiswa' sabiex student jitla' għat-test tas-sewqan? Kemm irid iħallas kull darba li jeħel biex jerġa' jitla' għat-test tas-sewqan? Fiex jintużaw dawn il-flus li jħallsu l-istudenti? L-instructor tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu xi persentaġġ ta' commission jew qliegħ minn dawn il-flus li jħallsu l-istudenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq in-Naxxar - Sistema tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess tirq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kuntratturi li joffru servizz lil gvern

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni ta' kemm hawn kuntratturi li qed joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern? Min huma? Fejn qed joffru dawn is-servizzi? Kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur imma qed joffru s-servizz tagħhom lill-Gvern? Dawn il-ħaddiema jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time? Dawn il-ħaddiema għandhom l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol jekk ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħlas tal-ħaddiema mill-Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jħallas il-Gvern lil kull kuntrattur li jiprovdi is-servizzi, ta' kull ħaddiem li jħaddem miegħu f'kull livell li jimpjega? Kemm dawk tad-tindif, sigurtà u kull tip ta' servizz ieħor li l-Gvern jixtri minn għand il-kuntrattur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dipartiment tas-Saħħa — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar 6 xhur ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008? F'liema dipartiment/sezzjoni qed jaħdmu dawn u f'liem skala jinsabu? Kemm ingħataw promozzjonijiet fl-istess dipartiment fl-istess żmien? Minn liema skala għal liema skala ġew issa dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Legal Notice dwar ħsejjes minn postijiet tal-kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jispjega eżatt x'jifhem bil-parti tal-legal notice tal-2006 fejn qal "li sezzjoni (d) l-operat ta' post kummerċjali liċenzjat biex jiftaħ għall-kummerċ mis-1.00 am sad-4.00 am m'għandux matul dawk is-sigħat joħloq fastidju jew inkonvenjenza lil viċini b'xi xorta ta' ħoss li jinstema' minn barra l-post jew b'xi mezz magħmul minn ġewwa jew minn barra tal-post"? Jista' jgħid jekk dan jinkludix ukoll storbju magħmul min-nies li jkunu qed jiffrekwentaw f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Kors tal-ICT

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-course tal-ICT fit-tieni sena għadhom qed jistennew sabiex jibagħtu għall-istudenti u jkomplu l-kors, liema kors kien qiegħed isir minn kumpannija privata fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-dewmien biex l-istudenti jissejħu biex jibdew l-istudji tagħhom ma kienx jiddependi mill-MCAST iżda minn: (a) proċeduri marbuta ma’ appell li sar minn kuntrattur wieħed dwar l-għoti ta’ tender lill -private training providers għall-korsijiet tal-ICT ; (b) minn investigazzjoni tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li saru dwar dawn it- tenders għall-courses tal-ICT . Għaldaqstant il-proċess kollu kellu jieqaf sakemm dawn ikunu deċiżi. Issa li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha, il-Bord tal-Appell mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin. Appena l-proċeduri legali jkunu eżawriti, l-istudenti jistgħu jibdew il-korsijiet rispettivi tagħhom u jingħataw l-istess sigħat ta’ tagħlim bħal studenti li diġa bdew il-kors u bl-istess livell ta’ tagħlim.

Toroq Ġodda — Tunellati ta' Piż ta' Vetturi/Trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2861 u jgħid it-toroq li nbnew dawn l-aħħar ħames snin, għal kemm-il tunellata huma ċertifikati li jifilħu qabel ma tibda ssir ħsara fuq l-istess toroq? Jista' jgħid jekk hawnx vetturi/trakkijiet li jistgħu jġorru toqol iktar minn dak stabbilit fiċ-ċertifikat tat-toroq il-ġodda? Jista' jgħid x'passi qed jiittieħdu biex vetturi ma jġorrux iktar piż minn dak li jifilħu it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Awtorità li tara li toroq huma safe

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-Awtorità li tara li toroq tagħna jkunu safe biex issuq fuqhom? Kemm-il darba triq tiġi liċenzjata li hija tajba biex jgħaddi t-traffiku minnha? Tista' triq tiġi dikjarata li mhijiex tajba biex jagħddi t-traffiku minn fuqha? Kemm kien hemm toroq mill-2001 sal-2008 li ġew dikjarati li mhux tajbin li t-traffiku jgħaddi minn fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta toroq arterjali u distributorji jkunu kostrutti skond lis-specifications ta’ l-ADT tas-sena 2003, dawn it-toroq huma awtomatikament tajbin biex jgħaddi t-traffiku minn fuqhom. Mill-2001 li hawn kien hemm każijiet fejn toroq ma baqawx tajbin biex jgħaddi traffiku minn fuqhom għax żviluppaw ħsarat fihom. F’dawn il-każi t-toroq jingħalqu totalment jew parzjalment bl-inqas inkonvenjent għal pubbliku sakemm il-ħsarat jirranġaw. l-ADT ma għandiex records speċifiċi ta kemm kien hemm minn dawn il-kazijiet mill-2001 lil hawn.