Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif sejjer jkun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?
Ftuħ ta' Negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi mistoqsijiet parlamentari 3150, 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3255 u 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din il-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-ispiża għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat tammonta għal €6,311,752. Ix-xogħol ta' manutenzjoni isir kemm minn kuntratturi privati kif ukoll minn ħaddiema tal-gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Ċentri għall-Persuni ta' anqas minn 60 sena — riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3454 u jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tkun tista' tmur fih għal riabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmorru Zammit Clapp, hemm ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemm xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3457 u jgħid jekk inbidlitx is-sistema li permezz tagħha persuni kienu joħorġu boarded out? Jista' jispjega kif inbidlet jekk inbidlet? Jista' jispjega kemm minn dawk in-nies li kienu digà għaddew boarded out ma reġgħux għaddew?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema dwar talbiet għall-pensjoni tal-invalidita’ inbidlet f’Lulju 2007 permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. B’riżultat ta’ dawn l-emendi sar tibdil fil-formola tal-applikazzjoni, tibdil fil-format tal-boards mediċi kif ukoll ġew introdotti għal-ewwel darba f’Malta impairement tables bħala parti mill-liġi biex iservu bħala gwida għall-boards mediċi.
Ninsab infurmat li minn Lulju 2007 sa Ottubru 2008 kien hemm 1,584 każ li skadielhom it-terminu ta’ żmien li kellhom jirċievu pensjoni tal-invalidita’ taħt is-sistema antika
u għalhekk il-każ tagħhom ġie rikunsidrat taħt is-sistema l-ġdida. Minn dawn, 430 ma rrikwalifikawx għal din il-pensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiġi tiswa' l-ispiża biex jsewwi l-karozza kull sena mis-sena 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 tal-Ministru Austin Gatt? Kemm kellha żmien din il-karozza u mil-liema ministru intużat jew jekk kinitx tintuża biss minn Ministru wieħed, jiġifieri dak li semmejna iktar qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-karozza msemmija nxtrat fl-1999 għall-użu tiegħi biss. L-ispejjeż involuti biex tissewwa u tinżamm f'kundizzjoni tajba mis-sena 2004 - 2008 huma kif ġejjin:
2004 - 2,502 €
2005 - 8,318 €
2006 - 2,022 €
2007 - 4,611 €
2008 - 2,466 €
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3144 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mil-liċenzji tal-vetturi tal-art, minn muturi, karozzi u trakkijiet separatament? Jista' jgħid fiex jintużaw dawn il-flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku peress li ma indika l-ebda perjodu fid-domanda tiegħu.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3145 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' persuni 'l fuq minn sittin sena? Kemm minnhom huma nisa u irġiel? Kemm minn din il-popolazzjoni hija maħsuba li tmiss mal-linja tal-povertà?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond id-Demographic Review li ppublika l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika t-total tal-popolazzjoni tal-fuq minn 60 sena sa l-aħħar tas-sena 2007 kienet:
Ø rġiel: 37,484
Ø nisa: 46,901
Ø total: 84,385
Il-
poverty rate
fost dawn il-faxxa ta’ nies skond is-
Survey on Income and Living Conditons (SILC )2007
(income ref. year 2006)
stmata kif tidher:
Ø rġiel: 22%
Ø nisa: 19%
Ø total: 20%
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3152, 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 3151, 2507, 1802 u 1391 u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Ftuħ ta' Negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi mistoqsijiet parlamentari 3150, 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħħal flus minn fuq l-vetturi minħabba t-test tal-VRT matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Fiex qed jintużaw dawn il-flus? Kemm minnhom qed jintużaw ħalli jissewwew it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata karti nġabru għar-riċiklaġġ matul is-sena 2008? Kemm jaħseb li din iċ-ċifra tista' titla' matul is-sena 2009? Kif sejjer jara li din iċ-ċifra tintlaħaq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni li nista’ nagħti tirrigwarda biss dik miżmuma mill-WasteServ, u ma tirriflettix l-ammont miġbur minn entitajiet oħra.
Jien infurmat li minn Jannar sa Ottubru 2008 inġabru 4,441.53 tunnellata ta’ karti u kartun. Huwa proġettat li sa l-aħħar tas-sena jkunu nġabru madwar 5,500 tunnellata.
Il-Gvern huwa mpenjat li fis-sena 2009 jilħaq it-
targets
skond l-obbligi tad-direttiva. Għalhekk il-Gvern qed jinkoraġġixxi li jibdew joperaw l-iskemi għal ġbir ta’ materjal riċiklabbli biex flimkien mal-WasteServ ikunu jistgħu jintlaħqu u jinqabżu dawn l-ammonti.
Għal statistika fuq bażi nazzjonali nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata batteriji li jintużaw għal skop domestiku nġabru matul is-sena 2007 u 2008? X'qiegħed isir minn dawn il-batteriji użati u kemm qed tiġi tiswa lill-poplu din l-attività jiġifieri biex jinġabru u jintbagħtu fid-destinazzjoni tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ammont ta’ batteriji wżati li nġabru fl-2007 kien ta’ 9.49 tunnellati u fl-2008 kien ta’ 10.82 tunellati.
Il-ġbir tal-batteriji mill-kunsilli lokali, skejjel u ħwienet tiswa’ madwar €1160 fix-xahar. Il-batteriji kollha li jinġabru jintiżnu, jinqasmu f’tipi differenti u jinħażnu sakemm jkun hemm kwantità biżżejjed biex jiġu esportati.
Tajjeb wieħed jgħid ukoll li bejn is-snin 2005 u 2006 ġew esportati 100 tunnellata ta’ batteriji wżati li kienu inġabru matul numru ta’ snin. Din l-attivita swiet €186,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsiji f'St Vincent de Paule Residence? Kemm ilhom korsija kull persuna li hemm? Jekk tista' tqis li f'residenza li tgħix ħajtek fiha, korsija hijiex ideali? Xi pjanijiet hemm għal futur ħalli jakkomodaw lil dawn l-anzjani aħjar?
Jista' l-Ministru jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm anzjani jittieħdu minn St Vincent de Paule Residence għall-Isptar Mater Dei biex ħadulhom chest x-ray matul is-sena 2007, 2008? X'inhi r-raġuni għal dan meta f'St Vincent de Paule Residence hemm l-faċilitajiet kollha biex dan isir?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li qatt ma jintbagħtu anzjani minn San Vincenz għal Mater Dei Hospital biex jittieħdilhom Chest X-Ray.
Chest X-Ray jittieħed dejjem f'San Vincenz u meta r-Radiographer ma jkunx duty, jiġi apposta mid-dar biex jaqdi lir-residenti. Dan anke meta r-resident ikun/tkun bed-ridden għaliex l'X-Ray jittieħed permezz tal-postable machine.