Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi u operazzjonijiet f'ortopedija, fil-kirurġija, fil-oftalmoloġija, fil-kardjoloġija fis-snin 2006, 2007, 2008? x'inhuma l-miri għas-snin 2009 u 2010?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm surġenti li damu iktar minn 15, 20 u 25 sena fil-Korp tal-Pulizija bħala surġenti? Kemm kien hemm li damu aktar minn 25 sena f'din il-kariga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm għandu ġibjuni l-gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm hija l-kapaċità li jaħżnu ilma dawn il-ġibjuni? Kemm issirilhom manutenzjoni f'sena u kemm-il darba sarulhom manutenzjonijiet matul is-sena 2008? Għandu l-ħsieb li jibni iktar ġibjuni matul is-sena 2009? Jekk iva, fejn u kemm-il metru kubu ilma jkunu jistgħu jesgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li għaddej eżerċizzju biex jiġi aġġornat in-numru ta’ ġibjuni li jilqgħu l-ilma tax-xita u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern. S’issa hu magħruf li hemm 115-il ġibjun li b’kollox hu stmat li jesgħu madwar 173,360 metri kubi (madwar 38.5 miljun gallun) ta’ ilma. Matul 2008 sar xogħol ta’ manutenzjoni u tindif fuq numru ta’ ġibjuni.
Hu ppjanat li matul 2009 jinbeda xogħol ta’ kostruzzjoni fuq żewġ ġibjuni, wieħed ta’ 40,000 metru kubu (8.8 miljun gallun) f’Mosta Road, Lija u ieħor ta’ 60,000 metru kubu (13.2 miljun gallun) f’Wied il-Għasel, Burmarrad.
Elezzjoni ġenerali — Nies li ġew minn barra biex jivvutaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvutaw nies fis-siegħa żejda li ngħatat fl-aħħar elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta bl-ajruplani apposta biex jivvutaw? Minn fejn kienu dawn in-nies u fi x'ħin illandjaw l-ajruplani li kienu qed iġorru n-nies? X'ħin għamlu iċ-checkout dawn il-passiġġieri? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dritt ta' ċittadin — ħsarat fil-vettura/karozza minħabba ħofor
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jġarrab ħsarat fil-vettura/karozza tiegħu minħabba n-nuqqas ta' manutenzjoni fit-toroq tagħna, għandux dritt li jfittex lil kunsill lokali għall-ispejjeż? Jista' ċittadin ifittex lil xi awtorità minħabba l-ħsarat li jkun ġarrab minħabba xi ħofra fit-triq? Jekk iva, xi proċedura jrid jagħmel? Jekk le, għal liema raġuni dan id-dritt huwa miċħud?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li f'din il-Kamra jintalbu jew jingħataw pariri legali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-riforma tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kif imħabbra fil-budget nhar it-3 ta’ Novembru 2008, inkludiet ukoll il-muturi b’żewġ u erba’ roti. Muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar ma ġewx inklużi.
Jista' l-Minstru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4451, 4008 u 2955 u jgħid jekk jistax jieħu passi ħalli s-sistema tad-drenaġġ fi Triq in-Naxxar, inti u tiela' lejn il-Mosta tiġi rranġata ħalli tieqaf darba għal dejjem il-problema li wara kull bexxa xita jfur id-drenaġġ fl-istess triq u dawn it-toroq idumu ġranet wara x-xita bir-riħa tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4453, 3914 u 2856 u jgħid meta l-bypass tal-Imtarfa sejra tiddawwal sewwa tul it-triq kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ qed tagħmel studju dwar il-possibilta li jitnaqqas id-dawl f’toroq arterjali u minflok jiġu użati aktar apparat passiv bħal rifletturi. F’dan il-kuntest, bħalissa l-ADT mhiex qed tikkunsidra li ddawwal l-imsemmija triq.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4449, 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir xi proġett biex tinqala' triq u terġa' ssir fin-naħa ta' Triq Wied is-Sir il-Mosta wara l-Knisja? Jista' jgħid jekk hemmx xi proġett ippjanat għal din in-naħa tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Ex Human Resources Manager
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Human Resources Manager tal-Awtorità dwar it-Trasport inħarġilhiex ħlas ta' €34,500 f'cheque wieħed? Jista' jispjega għaliex sar dan il-ħlas mill-Awtorità lil din il-persuna li isimha qed jidher separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq l-Għassa tal-Pietà matul is-sena 2008? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol inbeda qabel is-sena 2008 u jekk le, meta nbeda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kampanja għas-segreataju ġenerali tal-Commonwealth — nefqa globali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja tal-eks Ministru Frendo għal segretarju ġenerali tal-Commonwealth? Kemm żar pajjiżi l-eks Ministru qabel din l-elezzjoni? Kemm swiet kull żjara u minn min kien akkumpanjat? Fuq liema kriterji ntgħażel it-team tal-kampanja tiegħu f'isem Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża totali tas-safar qabel l-elezzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth fl-2007 laħqet € 170,756.07 kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-team tal-kampanja intagħżel fuq id-diskrezzjoni tal-Ministru.