Legislature:
Category:
Reset
Active:

Klandestini — spejjeż għall-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5667 u jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti bejn Jannar u Diċembru 2008 sabiex iżomm il-klandestini f'Malta? Kemm minn dawn l-ispejjeż huma ġejjin minn għajnuna tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom irid iħallashom il-Gvern Malti? Kemm huwa kkalkulat li jiġi jiswa kull klandestin kull jum? Jista' jgħid kemm għandna persuni fi status ta' klandestin illum il-ġurnata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ispejjeż għall-Gvern Malti dwar iż-żamma tal-immigranti bejn Jannar u Diċembru 2008 hi stmata kif gej: Centri Miftuha € 4,907,236.91 Detenzjoni € 8,277,697.24 Spejjez Rikorrenti Totali: € 13,184,934.15 Dawn jinkludu €77,739.69 bħala l-ko-finanzjament li l-Gvern ħareġ biex jitwettqu proġġetti Ewropej ta’ natura mhux kapitali biex isiru inizjattivi u jinxtraw servizzi u provizjon għaċ-Ċentri; in-nefqa totali fuq dawn il-proġetti kienet tammonta għal €267875.76. Spejjeż Kapitali: Ċentri Miftuħa fondi lokali €126,380 Spejjeż Kapitali Progetti Ewropej (Totali): Detenzjoni €339,743.76 Ċentri Miftuħa €137,821 ------------------ Totali €477564 ------------------ Għar-rigward ta’ l-aħħar żewġ domandi nirreferi nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numri 6717 u 6527 rispettivament.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

taxxi fuq qliegħ kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jikkompara dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali Jannar 2008 ma' Jannar 2009? Qiegħed jara nuqqas mid-dħul ta' taxxi fuq qliegħ kapitali fl-2009 meta kkomparat ma' l-2007 u l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Jannar 2008 € 4,546,541 Jannar 2009 € 3,809,765 Għadu kmieni wisq biex tipprevedi x’ser inkun l-andament matul is-sena 2009. Li hu żgur hu, li l-kriżi finanzjarja madwar id-dinja mhux ser tgħin biex ikun hemm żieda immedjata fil-bejgħ tal-propjeta.

Dimensia — servizzi fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-pjanijiet li għandu l-gvern dwar l-pazjenti li jkollhom d-dimensia? Kif beħsiebha Malta taffaċċja dan l-problema li kull ma marru qed tiżdied? Hemm servizzi ġodda li sejjer jintroduċi fil-komunità jew f'xi istituzzjoni minħabba din il-kundizzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina — Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li l-mediċina li l-isem tagħha qed jintbgħat separatament, l-gvern Nazzjonalista qiegħed ibiegħ l-istess mediċina ħames darbiet iktar għolja mill-istess prezz ta' kull kaxxa għanda ittinbrat fuqha? Jista' jispjega kif pinnoli li jinxtraw mill-ispiżeriji f'Malta jiġu jiswew ħafna aktra mill-ispiżeriji f'pajjiż Ewropej meta tqis li l-pagi u l-pensjonijiet tagħna huma ħafna iktar baxxi minn ta' dawk il-pajjiżi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Residenza San Vinċenz de Paule — residenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm daħlu residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 2006 u Jannar 2009 sena b'sena? Jista' jgħid jekk dawn ir-residenti daħlux mill-kommunità jew inkella minn xi istituzzjoni oħra sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule u homes oħra — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jippubblika t-tul ta' żmien kemm kien ilhom jistennew fil-waiting lists ir-residenti li daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u l-homes matul is-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health Insurance fuq bażi nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jispjega aħjar x'għandu f'moħħu meta jgħid li jrid jagħmel health insurance fuq bażi nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern qiegħed jikkunsidra mudelli differenti sabiex jiżgura s-sostenibbilita' tas-sistema tas-saħħa fit-tul. Informat li bħalissa ma hemm ebda proposti konkreti f'dan ir-rigward.

Kunsill lokali — skrivan skala 15 - kwalifiki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li wieħed għandu jkollu/ha biex jidħol skrivan skala 15 fl-uffiċċju tal-kunsill lokali? Liema regoli japplikaw u meta daħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kwalifiki li persura irid ikollha biex tidħol skrivan/a ma’ Kunsill Lokali huma regolati permezz tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) – Avviż Legali numru 127 ta’ l-1998 li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998.

reserved parking — persuni bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reserved parking lokal b'lokal minħabba persuni li għandhom bżonnijiet speċjali? Jista' jgħid jekk huwiex vera jew le li sejra tidħol taxxa ġdida fuq dawn ir-reserved parking slots jew jekk humiex sejrin jibqgħu bla ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Residenzi ta' l-anzjani — eżerċizzju fiżiku

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm-il home għandu taħt ir-responsabilità tiegħu li għandha faċilitajiet li permezz tagħhom l-anzjani jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku? Kemm-il home attwalment toffri programmi ta' eżerċizzju fiżiku lill-anzjani li jkunu qed jgħixu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mellieħa Home — servizzi differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex resident li jgħix fil-Mellieħa home jiġi jiswa ħafna iktar minn resident li jgħix ġewwa homes oħrajn tal-istat stess? X'servizzi differenti qed jieħdu dawn l-anzjani? Dawk tal-Mellieħa qed jieħdu servizzi li f'homes oħrajn ma jeżistux?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-differenza ta' kemm jiġi jiswa anzjan fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa għad-djar tal-anzjani tal-Gvern l-oħra ma tirriflettix it-tip jew kwalita' ta' servizzi li jingħataw imma joħroġ mill-ftehim li kien iffirmat fit-12 ta' April, 2007. Ma hemm l-ebda differenza bejn is-servizzi li jingħataw lill-anzjani li qegħdin fid-Dar tal-Mellieħa u dawk li jingħataw lill-anzjani li qegħdin fid-djar l-oħra tal-gvern. Ninsab informat ukoll li l-prezz imħallas fid-Dar tal-Mellieħa tinkorpora ħlas li jsir lill-kuntrattur biex tkopri l-ispiża kapitali li għamel hu biex tinbeba u tiġi attrezzata din id-dar tal-Anzjani. Wieħed irid iqis ukoll li is-salarji ta' l-istaff li huma impjegati tal-Gvern huma mħallsa mill-Gvern.

Mosta — Child Care Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child care centres tal-istat f'Malta u Għawdex u kemm hawn privati? Jista' jgħid meta iċ-child care centre tal-Mosta sejjer jopera? Jista' jgħid xi pjanijiet għandu għal dan il-qasam?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6305 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lil Gvern biex joħroġ il-Gazzetta tal-Gvern printjata? Kemm tinxtara din il-gazzetta? Kemm isir qliegħ jew telf fuq l-istess gazzetta? Hemm il-ħsieb li tibda ssir anke issa li għandna E-Government?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Statistika tal-klandestini

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika ta' kemm hawn klandestini qed jgħixu f'Malta? Kemm kien dan in-numru f'2008? Veru li hemm binja ġewwa l-Imtarfa li beħsibhom jibdew jużawha bħala residenza għall-klandestini? Minn meta sejrin jibdew x-xogħlijiet fuq din ir-residenza u meta jaħsbu li tkun tista' tibda tintuża?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 6527. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement ma hemm ebda ħsieb li jinħolqu faċilitajiet ġodda.

Isptar Mater Dei — Arja Kundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba tnaddfu u nbidlu l-filters tal-air conditions tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2008? Jista jgħid jekk isirux spezzjonijiet biex jara li s-sistema tal-ajra kundizzjonata tkun waħda ta' livell u li ma tkunx qed tikkawża hija stess l-problemi mediċi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.