Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta jkun hemm żvilupp ta’ konstruzzjoni, fuq liema linja ta’ żvilupp joħorġu l-permessi fuq dik tal-2002, 2006 jew l-2009? Meta jingħata permess għall-iżvilupp ġdid jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ambjent naturali tal-post? Isir environment impact assessments? Jekk mhux fuq kull proġett, fuq liema proġetti jiġi mitlub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, applikazzjonijiet għal izvilupp jiġu deċiżi skond il-liġi tal-Ippjanar u l-Iżvilupp 2001. Jiġu wkoll ikkunsidrati l-linji gwidi Policy and Design Guidance 2007, il- Pjanijiet Lokali, l-Pjan ta’ Struttura u regolamenti oħra hekk kif stabbiliti mill-istess liġi.
Bħala aspett essenzjali tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ jew rifjut ta' permess għall-iżvilupp, trid titqies sew il-kompatibilità o meno ta' l-iżvilupp propost ma' l-ambjent ta' madwaru. F'deċiżjonijiet li jolqtu artijiet li jinsabu fil-kampanja jew inkella li fihom xi wirt naturali ieħor importanti, jinħtieġ li mhux biss tingħata attenzjoni qawwija lill-ambjent naturali iżda wkoll lill-
policies
protettivi u lir-restrizzjonijiet legali relevanti, tant li (skond il-merti tal-każ) permess ma jinħariġx jew inkella jinħareġ b'kundizzjonijiet u limitazzjonijiet xierqa.
Tista' tkun meħtieġa wkoll valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali (
environment impact assessment
- EIA) jew studji oħra tekniċi, bħala parti mill-istess proċess. Il-kriterji dwar liema proġetti jeħtieġu EIA huma stabbiliti fl-Avviż Legali 114 ta' l-2007, b'mod partikolari fl-elenku li jinsab fl-aħħar parti ta' l-istess avviż legali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel madwar Malta u Għawdex? Kemm hija l-kapaċità ta' kull skola? Kemm hemm skejjel battala jew binjiet li kienu jservu bħala skejjel u m'għadhomx jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħi statistika ta' kemm twieldu tfal fl-2008, fl-1998, fl-1988, fl-1978 u fl-1968? Jista jagħti l-popolazzjoni bil-gender? Jista' jgħid jekk hemmx miżuri ħalli jħajjru iktar koppji jkollhom iktar tfal fix-xhur u snin li ġejjin milli qed jkollhom illum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il child care centre hawn f'Malta u f'Għawdex? Kemm, fejn u meta beħsiebha tibni u tiftaħ oħrajn ġodda? Tista' ssemmi dawn l-proġetti bħala post, post? Tista' tagħti d-data ta' meta sejra tkun qed topera l-child care centre ta' kull post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 152, 858, 2147 u 2365.
Fir-rigward ta’
childcare centres
ġodda tal-Gvern li għad iridu jinfetħu, ninforma lill-Onor Interpellant li, wara li nfetħu tlett ċentri tal-Gvern f’Ħal Luqa, Raħal Ġdid u l-Għargħur, f’din il-leġislatura l-Gvern irid jiftaħ aktar ċentri f’Malta u f’Għawdex li joffru mhux biss ħarsien imma programm edukattiv li jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom. Għal din is-sena, il-Gvern alloka s-somma ta’ € 438,000 li minnhom iridu jintefqu fondi sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa ħalli jitlestew ċentri li ser jinfetħu matul din is-sena, fosthom iċ-ċentri tas-Siġġiewi u ta’ Pembroke, kif wkoll oħrajn f’lokalitajiet diversi.
Jista' l-Ministru jgħid x'iniżjattivi ġodda hemm pjanati għas-sena 2009 ħalli jħajjar iktar il-mara biex tibqa' fid-dinja tax-xogħol u iktar nisa jitħajjru joħorġu f'dan is settur?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' sapport jeżistu fil-prattika sabiex jagħtu sapport lil mara ħalli tkopmli fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qed jaħdmu mal-Gvern fuq bażi ta' flexi hours ? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qegħdin bir-reduced hours ħalli jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-gvern fi flus lil kuntratturi u agenti li jforni lill-gvern f’pinnoli u apparat mediku? Jista’ jgħid meta beħsiebu jaqta’ dan id-dejn? Hemm xi pjanijiet biex għal futur ma nerġgħux nispiċċaw f’din iċ-ċirkustanza?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Gvern fl-aħħar ta’ Frar 2009 kellu jagħti l-ammont ta’ Euro 29,092,375 lill-fornituri Maltin u Barranin għall-mediċini u surgical devices. Minn dan l-ammont, inqas minn Euro 3 miljun kienu dovuti għall-150 ġurnata jew aktar u qegħdin jitħallsu f’Marzu 2009. Il-kuntratti tas-supply ta’ mediċini u surgical devices jispeċifikaw li l-valur tal-fattura trid titħallas sa’ 150 ġurnata minn meta s-supply tiġi aċċettata mid-Dipartiment tas-Saħħa. Għaldaqstant, l-ammont dovut jitħallas meta jkun il-waqt li għandu jitħallas.
Informat ukoll li l-pjanijiet preżenti jinkludu li l-ordinijiet għall-mediċini u
surgical devices
isiru aktar viċin meta huma meħtieġa billi l-kuntratti kollha jesiġu
delivery period
iqsar u għalhekk jitnaqqas iż-żmien ta’
stockholding
fl-iStores ewlieni tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex sejjer jħalli lil dawk is-sidien tal-ħwienet li għandhom stokk ta’ basktijiet tal-plastic sabiex jagħmlu użu minnhom matul is-sena 2009 kollha? Jekk persuna għandha maħżen basktijiet tal-plastic għal sena, dan jista’ jibqa’ juża dawn il-basktijiet jew se jkunu marbutin bl-użu ta’ dawn il-basktijiet sa xi data? X’jiġri mill-basktijiet żejda li jkun fadallu fl-istokk tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li kif digà ħabbart fil-pubbliku, mill-1 ta’ Mejju li ġej, il-basktijiet tal-plastik li se jinbiegħu irid ikollhom fuqhom il-marka ta’ kontroll skond il-ligi ta’ l-eko-kontribuzzjoni, rrispettivament mill-fatt jekk il-basket li qed jinbiegħ kienx stokk qadim jew le. Min jifdallu basktijiet mhux użati li ma jkunx jista’ jużahom se jkun jista jitlob rifużjoni ta’ l-eko-kontribuzzjoni li jkun ħallas fuqhom. Din it-talba għandha ssir sal-15 ta’ Mejju 2009.
Sadanittant, il-GRTU, li kontinwament qed nikkonsultaw magħha fuq dan is-suġġett, qed tagħmel stħarriġ ħalli tara x’implikazzjonijiet ser iħallu dawn il-miżuri fuq il-bejjiegħa li l-iktar ser jintlaqtu u x’rimedji oħra jkun hemm forsi jittieħdu biex jittaffa l-effett tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iltaqa’ d-DPPM (Directorate for Pharmaceutical Policy and Monitoring) matul is-sena 2008? Liema pilloli ġew ikkonsidrati biex jidħlu fuq il-kartuna s-safra matul is-sena 2008? Kemm hemm pilloli approvati mid-DPPM u li għadhom ma daħlux fis-sistema ta’ pilloli b’xejn fuq il-kartuna s-safra?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-baġit tac-CDAU? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi talba minn dan il-unit biex jixtru toys u apparat għat-tfal matul is-sena 2008 u għadha ma ġietx milqugħa sal-lum? Jista' jgħid jekk hux beħsiebu jimplimenta dawn it-talbiet matul is-sena 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li s-CDAU m’għandux baġit specifikament allokat għalih, iżda jaqa’ taħt il-baġit ta’ l-iSptar Mater Dei.
Ma jirriżultax li kien hemm talbiet minn dan il-unit biex jinxtraw toys u apparat għat tfal li ma ġewx milqugħa.
Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hawn pazjenti bid-dimentia u li jgħixu fil-komunità? Jista’ jgħid kemm huwa in-numru dawn l-pazjenti li għandhom din il-kundizzjoni u huma istituzzjonalizzati? Jista’ jgħid jekk huwiex fil-ħsieb tiegħu li jibdew jipprovdu l-kura sintomatika li hawn fis-suq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li f'Malta hu stmat li hawn madwar 4350 persuna bid-Dimenzja. Ma hemmx studji li jħarsu lejn kemm minn dawn il-pazjenti jgħixu fil-komunita' u kemm jgħixu f'istituzzjoni. Statistika mill-Ewropa tindika li madwar 66% tal-persuni bid-dimenzja jgħixu fil-komunita'.
Informat ukoll li bħalissa, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħda tagħmel eċerċizzju biex tiġi riveduta l-lista ta' mediċini li jittieħdu b'xejn bil-kartuna s-safra (Schedule 5). Waħda mill-mardiet proposti għal kunsiderazzjoni hija d-dimenzja.
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5091, 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4652 u 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Elezzjoni ġenerali — Nies li ġew minn barra biex jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5158 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ivvutaw nies fis-siegħa żejda li ngħatat fl-aħħar elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta bl-ajruplani apposta biex jivvutaw? Minn fejn kienu dawn in-nies u fi x'ħin illandjaw l-ajruplani li kienu qed iġorru n-nies? X'ħin għamlu iċ-checkout dawn il-passiġġieri? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali żżomm biss statistika dwar kemm ivvutaw nies fl-elezzjonijiet ġenerali fis-2.00pm u f'għeluq il-votazzjoni. Għaldaqstant m'hemmx informazzjoni oħra dwar numru ta' votanti f'ħinijiet oħrajn. L-anqas ma jinżammu ammonti dwar kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta. L-Air Malta nfurmat lill-Kummissjoni Elettorali li 3,057 persuna wżaw it-titjiriet speċjali bi prezz sussidjat iżda l-Kummissjoni m'għandhiex l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5674 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Jista' jgħid dawn il-flus fuq liema proġetti ġew u kemm nistgħu nibqgħu nirċievu l-istess għajnuna? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kontribuzzjoni li Malta għamlet lejn l-Unjoni Ewropea u kif kienu maqsumin dawn il-kontribuzzjonijiet? Jista' jgħid jekk konniex eleġibbli għal xi fondi u minħabba xi raġuni dawn il-fondi tlifnihom? X'kienet ir-raġuni li minħabba fiha tlifna l-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn huma l-konsulenti legali tal-WasteServ Malta? Meta rebħu l-offerta? Kemm hu twil f'ammont ta' żmien il-kuntratt li sar magħhom? Kemm hi r-rata li jitħallsu biha? Il-Gvern huwa marbut magħhom b'xi mod? Huma kif inhuma marbutin mal-Gvern? Xi jsir jekk jinkiser dan il-ftehim? Hemm penali min-naħa tal-Gvern jew tagħhom li jridu jħallsu jew jitħallsu?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamnetari 5347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u jgħid x'inhu l-użu tal-heliport f'Għawdex bħalissa? Kemm hemm impjegati jaħdmu hemm? Minn min hu ffurmat il-bord tal-heliport? Kemm jitħallsu l-membri ta' dan l-bord? X'inhuma l-pjanijiet għall-2009 għall-heliport? Vera li l-Armata sejra tibda tagħmel użu minnu għall-helicopters tagħha? Kemm kienet l-ispiża fil-manutenzjoni tal-heliport għas-sena 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5814 u 5151 u jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5705 u jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?