Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir ħalli l-problema tal-iżbroffar tad-drenaġġ fil-bajjiet, tispiċċa darba għal dejjem u dan għaliex nhar il-Ħadd 15 ta' Marzu 2009, fl-4.30 p.m. diġà stajna ninnotaw bajja f'Paceville fejn kien hemm dan l-iżbroff? Issa li għadna fix-xitwa, jista' jara tistax issir xi ħaġa ħalli sa ma jasal is-sajf din il-ħsara tissewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżbroff li kien hemm Paceville kien kaġun ta’ sadd fil-mejn tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel tindif fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ dawn il-bajjiet qabel jidħol l-istaġun tas-sajf. Il-Korporazzjoni qed ukoll tinstalla sistema ta’ monitoraġġ tal-pompi ħalli tara li l-operazzjoni tal-pompi tad-drenaġġ tkun tiffunzjona l-ħin kollu u jekk jiżvillupaw xi ħsarat tieħu azzjoni immedjata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru, jew le, l-fatt li sejrin jinbidlu l-arloġġi tad-dawl u l-ilma għal oħrajn li jibagħtu messaġġ kull tant ħin ħalli dawn jżommu aġġornat l-kont u l-account ta' kull individwu? Jista' jgħid jekk ġiex deċiż min sejjer jipprovdi din is-sistema? Jekk din is-sistema l-ġdida hijiex sejra tiġi implimentata matul is-sena 2009? Jista' jgħid jekk din is-sistema hijiex implimentata f'xi post ieħor fl-Ewropa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-istqarrija pubblika li għamilt fl-4 ta' Frar 2009 li kienet rappurtata b'mod estensiv fil-meżżi tal-komunikazzjoni u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza Sptar Monte Carmeli — swali għal kura tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinbnew iktar swali fir-Residenza tal-Isptar Monte Carmeli għall-kura tal-anzjani? Kemm sejrin jesgħu klijenti dawn is-swali u kemm huwa ppjanat li jieħdu residenti dawn is-swali?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-iSptar Monter Carmeli bħalissa qed jinbnew żewġ swali oħra għall-kura ta' l-anzjani. Dawn bejniethom jesgħu 64 sodod u se jkunu lesti biex jilqgħu l-ewwel pazjenti lejn Awissu li ġej.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi matul is-sena 2008? Kemm kienet din l-ispiża? Kemm żdiedu l-kotba fil-libreriji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2008 inxtraw 1,084 ktieb ġdid għall-Libreriji Pubbliċi.
L-ispiża għal dan kienet ta’ Ewro 10,148.
Minbarra dawn il-kotba kien hemm 22,113-il ktieb mogħtija bħala donazzjoni u b’hekk iż-żieda totali ta’ kotba fil-libreriji kienet ta’ 23,197.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew mislufa kotba mil-libreriji pubbliċi matul is-sena 2008? Tista' tagħti rendikont librerija b'librerija? Tista' tgħid jekk it-trend f'dawn il-libreriji jurix li s-self ta' dawn il-kotba hux qed jiżdied jew hux qed jonqos?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju tal-affarijiet li fadal fil-bini tal-Isptar San Luqa fis-swali li m'għadhomx jintużaw? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi affarijiet minn dawn jintużaw f'xi sptar ieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-inventarju ta' l-affarijiet li kien fadal fil-bini ta' l-iSptar San Luqa fis-swali li m'għadhomx jintużaw, sar.
Informat ukoll li xi affarijiet minn dawn fil-fatt qegħdin jintbagħtu fi Sptar Karin Grech, Sptar Monte Dei, Sptar Sir Paul Boffa, Sptar Monte Carmeli u Residenza San Vinċenz, Ċentri tas-Saħħa, Ċentru Ħidma Soċjali, kif ukoll istituzzjonijiet governattivi oħra u NGO's għall-użu tagħhom.
Residenza San Vinċenz de Paule — karozzi tal-linja qrib swali
Question
Jista' l-Ministru jitlob arranġament fis-sistema tat-trasport pubbliku ħalli l-karozzi tal-linja li jwasslu l-qraba tal-anzjani fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ikunu jistgħu jibqgħu deħlin fl-istess residenza u jwasslu lill-qraba iktar viċin is-swali abitati mir-residenti? Jista' jirrimedja għal din it-talba peress li jidher ċar li ħafna mit-tfal tar-residenti qegħdin ikunu anzjani huma wkoll u fil-ġranet tax-xitwa dawn ikollhom biċċa triq twila sakemm jaslu fis-swali fejn ikunu qed jgħixu l-qraba tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-suġġeriment tiegħu ser jiġi inkluż fil-kunsiderazzjonijiet għad-disinn ta' network ta' servizz ġdid għat-trasport pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern biex joħroġ il-Gazzetta tal-Gvern printjata? Kemm tinxtara din il-gazzetta? Kemm isir qliegħ jew telf fuq l-istess gazzetta? Hemm il-ħsieb li tibda ssir anke issa li għandna E-Government?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ persuni abbonati fil-Gazzetta tal-Gvern ivarja minn xahar għall-ieħor, imma bejn wieħed u ieħor, ras għal ras, in-numru jitla’ għal 600 abbonat fis-sena.
Meta tiżen sew l-ispejjeż tal-produzzjoni biex tiġi ppreparata u stampata l-Gazzetta tal-Gvern, wieħed mill-ewwel jinduna li d-dħul ġenerat mill-bejgħ tal-Gazzetta ma jkoprix l-ispejjeż tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-verżjoni elettronika tal-Gazzetta tal-Gvern li wieħed isib fuq is-sit elettroniku tad-DOI fl-istess ġurnata li tiġi stampata, hija bla ħlas.
Irid jingħad ukoll, li barra l-obbligi legali biex tiġi stampata din il-pubblikazzjoni, il-Gvern iqis li parti mill-kontenut tal-Gazzetta hu ta’ natura soċjali.
Qed ninkludi ukoll rendikont dettaljat tal-ispejjeż u d-dħul relatat mal-Gazzetta tal-Gvern għas-Sena 2008 li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa r-rwol tal-volontiera li hemm fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm minn dawn l-volontiera fil-qasam tas-saħħa? Se jiġu rikonoxxuti b'xi mod għal dan ix-xogħol siewi li qed jagħmlu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-iSptar Mater Dei bħalissa hemm madwar 200 voluntiera li jattendu b’mod regolari. Dawn jinkludu 38 student li qegħdin jagħmlu ‘posting’ qasir li huwa parti mis-‘Systems of Knowledge Project’.
Ir-rwol principali tal-voluntiera huwa li jassistu lill-pazjenti u lil kull min jattendi fl-iSptar Mater Dei biex jindikawlhom it-triq u jgħinu wkoll biex is-servizz ikun provdut ahjar. Rwol iehor importanti huwa li jitkellmu ma’ pazjenti f’certi swali meta ma jiġux iżuruhom il-qraba.
Voluntiera jservu te, kafe, bibiti friski jew ilma provduti mill-isptar lill-pazjenti, qraba u membri tal-istaff fl-Outpatients Department waqt li jkunu qegħdin jistennew għal-vista.
Informat ukoll li permezz ta’ partnership li l-gvern iffirma sentejn ilu ma’ SOS Malta, dawn jieħdu ħsieb li l-voluntiera jingħataw
support
psikoloġiku u morali, kif ukoll taħriġ skond il-ħtieġa biex ikunu jistgħu jagħtu servizz komplet u mill-aħjar lill-pazjenti. SOS Malta tgħin ukoll biex isir reklutaġġ regolari ta’ voluntiera matul is-sena.
Ix-xogħol tal-voluntiera jiġi rikonoxxut permezz ta’ għoti ta’ mementos waqt ricevimenti u attivitajiet li jsiru matul is-sena. Tinħareg uniformi u
badge
tal-identita għal kull persuna.
Persuna bi bżonnijiet speċjali — boarded out - allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna bi bżonnijiet speċjali tistax toħroġ boarded out jekk tkun għadha tgħix mal-ġenituri tagħha? Kemm irid ikun l-income tal-ġenituri/ħutha sabiex hija tieħu/ma tieħux allowances tal-bord? Kemm irid ikollhom flus il-bank sabiex dawn il-persuni ma jkunux jikkwalifikaw għall-benefiċċji tal-mard?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pensjoni tad-Disabilita` ma’ tiddependix fuq il-mezzi tal-membri tal-familja iżda tal-persuna li tapplika għall-pensjoni tad-disabilita`. Il-Pensjoni tad-Disabilita` għalkemm hija benefiċċju mhux kontributorju ma’ tiddependix fuq il-kapital, iżda biss fuq id-dħul tal-persuna li tagħmel it-talba għal din il-pensjoni. Id-dħul tagħha fil-ġimgħa, kalkolat skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V tat-Tieni Skeda (skond l-Att tas-Sigurta Socjali Kap. 318) ma’ jkunx aktar mill-paga minima nazzjonali kif applikabbli lil persuni ta’ tmintax-il sena jew iżjed kif stabbilita b’Ordni ta’ Standard Nazzjonali taħt l-Att dwar l-impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. (Inżid ngħid li l-ammont tal-paga minima nazzjonali tintuża biss bħala kejl).
Jista' l-Ministru jikkategorizza b'liema kundizzjoni l-persuni li ħarġu boarded out matul is-sena 2008 ġew kwalifikati, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm kien hemm ċittadini li kellhom l-kundizzjonijiet identifikati kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li ħarġu boarded out skond il-kundizzjoni medika tagħhom u li sussegwentament ikkwalifikaw għal pensjoni tal-Invalidita’ kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6274 u jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6281 u tgħid kemm qed jattendu tfal fiċ-Child Care Centres ċentru b'ċentru? Kemm huma l-fees li trid tħallas biex tibgħat lit-tfal f'dawn iċ-ċentri? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi huwa responsabbli mill-proviżjoni ta’ Childcare Centres tal-Gvern. Ir-regolatur tas-settur ser jibqa’ d-Dipartiment tal-Istandards Soċjali li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Politika Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex iż-żewġ ECG Technicians li ilhom snin sħaħ jaħdmu fl-Isptar t'Għawdex għadhom jidhru fuq il-kotba li qed jaħdmu fil-ECG Department tal-Isptar Mater Dei u ż-żewġ ħaddiema għadhom jiġu mħallsa mill-isptar f'Malta? Hemm raġuni għal dan u meta hemm ħsieb li dawn iż-żewġ ħaddiema jsiru uffiċjalment trasferiti f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-trasferimenti mid-Diviżjoni tas-Saħħa lejn il-Ministeru għal Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-istess Diviżjoni u jsiru bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm min-nies li daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari matul is-sena 2008:
a) iżżewġu f'Malta?
b) kellhom tfal?
ċ) ħallew ħajjithom?
d) suppost kienu parti minn dan il-grupp imma m'hemmx traċċi ta' x'sar minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx fil-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet qed jaħdem fuqhom sabiex jerġa' jżid il-kwalità kif ukoll il-kwantità ta' turisti li għandhom iżuru Malta fl-2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern, permezz tal-isforzi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, kontinwament jesegwixxi pjani li huma ntiżi sabiex itejbu l-kwalità tat-turisti li jżuru Malta. Dawn il-pjani jkopru kemm l-aspett ta' prodott, sabiex permezz ta' titjib fl-offerta nkunu nistgħu nattiraw profil ta' turist aħjar, kif ukoll permezz ta' marketing li jindirizza dawk il-vjaġġaturi li l-aktar jaqbel għall-pajjiżna. Il-pjan fir-rigward ta' kwantita’ ta' turisti jibni fuq is-sentejn rekord li għadha kif irreġistrat Malta bejn l-2007 u l-2008, liema sentejn igħinuna niffaċċjaw l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom it-turiżmu internazzjonali b'kuraġġ li għandna destinazzjoni attraenti u mfittxija minn numru sostanzjali ta' turisti internazzjonali.
Ftehim bejn il-Gvern u l-Unjoni Ħaddiema Maqugħdin — allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nursing aids, health assistants, care workers u assistant care workers li qed jibbenefikaw mill-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Unjon Ħaddiema Maqugħdin fis-7 ta' Marzu 2008, ġurnata qabel l-elezzjoni ġenerali? Kemm hemm minn dawn l-kategoriji ta' ħaddiema li diġà qed jibbenefikaw minn allowances li laħqet €1150 fis-sena? Kemm fadal ħaddiema f'dawn il-gradi li għadhom ma ħadux dawn l-allowances u għaliex dawn għadhom ma ħadux dawn l-allowances s'issa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-pillola li ssemmiet fil-gazzetta "The Times" tas-16 ta' Diċembru 2008, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tista' tintuża minflok l-injection fuq il-pazjenti tad-dijabete, hux se titniżżel fil-lista ta' pilloli b'xejn fil-kartuna r-roża?
Jista' jgħid jekk isirx costing ta' kemm qed jiġi jiswa pazjent illum u kemm jiġi jiswa jekk din il-pillola tidħol fis-seħħ? Jiġi kkunsidrat li jekk tidħol din il-pillola l-pazjenti ma jkollhomx għalfejn jittaqqbu iktar u allura jkollhom inqas tbatija?
Response (DALLI, JOHN)
Il-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Agius Decelis hija il-Januvia li hija d-ditta ta’ l-ingredjent farmaċewtiku Sitagliptin. Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti mill-Marketing Authorisation Holder biex din il-mediċina tiġi kkunsidrata għall-introduzzjoni fil-formularju tal-gvern.
Rigward il-
costings
u il-vantaġġi ta’ medicini ġodda fuq oħrajn alternattivi li diġa qegħdin fil-formularju, wieħed irid jgħid li dawn jagħmlu parti integrali mill-evalwazzjoni ta’ kull mediċina li għaliha jkun hemm talba biex tiġi inkluza fil-formularju.
Tista' l-Ministru tgħid il-għala ħarġu riżultati tal-kindergarten 2 u l-kindergarten 1 baqgħu ma ħarġux? Tista' tgħid il-għala ċerti applikanti bil-pre school certificate ġew aċċettati għall-call ta' kindergarten 2 u oħrajn bl-istess ċertifikat irrifjutawlhom l-applikazzjoni? Tista' tinħareġ applikazzjoni mill-aktar fis għal kindergarten2 sabiex dawk li ma tħallewx japplikaw, ikunu jistgħu japplikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultati tal-Kindergarten Assistants 2 ħarġu għax l-intervisti tal-applikanti kienu saru u seta’ jiġi ppreparat ir-rapport bir-riżultat mill-Bord tal-Għażla li ġie approvat mill-PSC u għalhekk seta’ jiġi ppublikat.
Is-sejħa għal
Kindergaten Assistants
1 hija sejħa separata. L-intervisti għal din is-sejħa saru kollha. Kif tlestew l-intervisti, tħejja r-rapport bir-riżultat li ntbagħat lill-PSC.
Iċ-ċertifikat tal-
Pre School
ġie kkunsidrat komparabbli mill-MQRIC (
Malta
Qualifications Recognition Information Centre
) u għalhekk dawk kollha li kellhom dan iċ-ċertifikat u applikaw għal
Kindergarten Assistants
2 ġew imsejħa għal intervista. Ma kien hemm ebda applikazzjoni minn dawk li applikaw għal
Kindergarten Assistant
2 li ġiet irrifjutata.
Applikazzjoni oħra għall-
Kindergarten Assistants
2 toħroġ meta jkun hemm il-ħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux il-ECG Technicians kollha fl-Isptar t'Għawdex għandhom l-istess shifts? Għaliex l-ECG Technicians jaħdmu sat-8.00 p.m. meta s-servizz tal-ECG għandek bżonnu 24 siegħa kuljum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ECG Technicians mhux kollha għandhom l-istess shift għax hekk jirrikjedi is-servizz.
Wara it-8.00p.m., l-ECG isir, kif dejjem sar ħlief għall-perjodu ta' ftit xhur, min-nurses u t-tobba tal-Emerġenza.