Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma tal-kunsilli lokali u meta sejra tiġi pubblikata? Din ir-riforma sejra ġġib tibdil fis-sistema tal-kunsilli? F'liema settur sejra tbiddel is-sistema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rapport dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali qiegħed fl-istadju ta’ diskussjoni fil-Kabinet.
Hu maħsub li t-tibdiliet isiru f’diversi setturi tal-operat tal-Kunsilli Lokali ħalli dawn il-kunsilli lokali jinfetħu dejjem aktar għall-bżonnijiet tal-lum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi differenti li joffru is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fejn jidħol tiswija ta' toroq, tindif u servizzi rigward il-ġonna pubbliċi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji/investituri/korporazzjonijiet u oħrajn li jixtiequ jiftħu negozji f'Malta? Kemm ilhom jistennew dawn l-applikanti li jingħataw il-permessi meħtieġa ħalli jagħmlu dan? X'tip ta' investimenti huma dawn u kemm għandhom ħsieb li jimpjegaw nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob l-Onor Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u cioe` għal liema permessi qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid kif inxtraw il-kotba li jużaw il-libreriji pubbliċi, jekk hux minn aġenti pubbliċi jew inkella minn postijiet oħra? Liema proċedura tintuża sabiex isir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba li inxtraw għall-Libreriji Pubbliċi, nxtraw mingħand aġenti pubbliċi jew distributuri li jkunu awtorizzati mill-aġenti pubbliċi jew awturi sabiex ibiegħu l-kotba tagħhom.
Il-proċedura li tintuża biex jinxtraw il-kotba għal-Libreriji Reġjonali u Fergħat hi dik fejn il-persuna li tieħu ħsieb il-librerija tagħżel il-kotba li għandhom jinxtraw għal dik il-librerija partikolari fuq pariri u listi li tirċievi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. Fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Uffiċjal Inkarigat flimkien mas-sezzjoni tal-akkwisti, fuq
feedback
minn kapijiet tas-sezzjonijiet u n-nies li jużaw il-librerija, jiġu identifikati l-kotba li għandhom jinxtraw biex jiżdiedu mal-kollezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess tal-bini tat-toroq u rranġar ta' dawk eżistenti kemm prinċipali kif ukoll sekondarji huwiex se jiġi ċentralizzat ħalli jkun hemm kordinazzjoni u kollaborazzjoni aħjar bejn dawk kollha involuti? Kien hemm xi żvilupp wara l-istqarrija tiegħu fil-parlament li kellu jkun hemm iktar ħsieb ta' kif jistgħu jintnefqu aħjar il-flus f'irranġar u bini tat-toroq tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern qed jesplora mudelli ta' bini u manteniment tat-toroq imħaddmin b'suċċess barrra minn Malta.
Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jkun ħadhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6702, 5814 u 5151 u jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6703, 5705 u jgħid kemm-il hotel, villa, restaurant u appartament kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma naħsibx li r-riżorsi limitati li għandu d-dipartiment għandhom jintużaw sabiex tinġabar l-informazzjoni peress li dan l-eżerċizzju jirrikjedi ħafna ħin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom kull ġimgħa għall-eżerċizzju fiżiku t-tfal tagħna li jattendu skejjel pubbliċi? Hemm xi studji li jgħidu kemm suppost għandu jkun dan il-ħin biex it-tfal jiġu mgħejuna jgħixu a healthy life style?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond iċ-ċirkulari DCM 28/2007 hu stipulat li l-istudenti kollha tal-primarja jagħmlu sagħtejn ta’edukazzjoni fiżika fil-ġimgħa. Ħafna drabi dan jiddependi mill-attitudni tal-kap ta’ l-iskola u ta’ l-għalliem individwali. Jidher illi b’mod prattiku ħafna skejjel qed jagħmlu żewġ lezzjonijiet ta’ 45 minuta-il waħda fil-ġimgħa b’uħud jilħqu l-miri hekk kif imniżżla fiċ-ċirkulari. Madanakollu l-ħin għalkemm hu determinanti m’huwiex l-uniku fattur li jiddetermina l-healthy lifestyle.
Fis-sekondarja, l-istudenti tal-Forms 1 u 2 qed ikollhom siegħa u nofs fil-ġimgħa. Fit-tlett snin l-oħra din qiegħda tonqos għal lezzjoni waħda fil-gimgħa ta’ tliet kwarti ta’ siegħa.
Hemm xi eccezzjonijiet bħal San Benedittu fejn l-istudenti għandhom tlett lezzjonijiet fil-ġimgħa.
Il-WHO u NASPE (Assoċjazzjoni Amerikana ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u Sport) fost l-oħrajn jirrakkommandaw minimu ta’ siegħa ta’ attivita’ fiżika kuljum. Dan ma jfissirx li jrid isir bilfors matul il-ħin ta’ l-iskola, madankollu l-iskola għandha rwol importanti meta tqis li ħafna studenti m’humiex involuti fl-ebda attivita’ fiżika wara l-ħin ta’ l-iskola.
L-isport u l-attivita’ fiżika huwa fattur wieħed, imma essenzjali, minn bosta sabiex l-istudent ikun jista’ jaddotta
healthy lifestyle
. Fost affarijiet oħra ta’ min isemmi d-dieta, in-nuqqas ta’ alkohol, trażżin ta’ tipjip u drogi u mistrieħ adekwat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex vera li f'Malta hawn rata għolja t'obeżità fit-tfal taħt it-12-il sena? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex din ir-rata tonqos u ma titkompliex din it-trend?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel stħarrig fost tfal ta’ l-iskola ta’ 11, 13 u 15 il-sena. Ir-rata tal-obesita f’dawn l-etajiet hija alarmanti, u fil-kas ta’ tfal ta’etajiet 13 u 15 il-sena, hija l-għola fl-Europa u l-Amerika ta’ fuq.
Il-figura għal-Malta huma dawn:
BMI (overweight u obese)
11 il-sena
13 il-sena
15 il-sena
Subien Bniet
Subien Bniet
Subien Bniet
2002
33.8% 23.5%
27.9% 16.7%
2006
25.4% 30%
31% 30.9%
32.1% 27.8%
Għal-din ir-raġuni, qed isiru diversi inizjattivi biex negħlbu din il-problema kemm f’livell individwali, kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Twaqqaf kumitat interministerjali ICCO, biex iħares lejn l-aspetti kollha li jistgħu jaffetwaw l-obesita f’kull eta. L-ICCO iħares lejn il-fatturi li jolqtu lit-tfal, u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni huwa nvolut għax huwa l-mezz kif nilħqu lit-tfal.
Informat li d-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel diversi kampanji nazzjonali biex jindirizza din il-problema.
‘Kul l-Ħamsa kuljum’ – Kampanja promozzjonali dwar il-konsum tal-frott u l-ħaxix –
Din il-kampanja nazzjonali li ser isir f’Ġunju li ġej, għanda l-għan li tqajjem kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza ta’ konsum xieraq ta’ ħaxix u frott kuljum. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni ta’ din il-kampanja qegħdin jitħejjew li jinkludu:
logo
,
poster
, fuljett edukattiv u kartolini b’riċetti li jippromwovu aktar konsum xieraq ta’ ħaxix u frott, b’hekk is-saħħa tal-pubbliku Malti tkun aktar mħarsa. Bħalissa wkoll qed jitħejja stħarriġ sabiex tinġabar informazzjoni fost il-pubbliku qabel Ġunju li ġej.
Proġett imexxi minn DG Sanco huwa il
-Joint WHO/EC DG SANCO Monitoring progress on improving nutrition, physical activity and preventing obesity in the EU (2008-2010)
: L-Għan ta’ dan il-proġett hu sabiex jkun irrappurtat l-ħidma li seħħet matul dan l-aħħar snin dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika. Dan jinkludi statistika u informazzjoni oħra;
policies
u
networks
; interventi prattiċi tajba u evalwazzjoni ta’ progress f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, twaqqaf
network
ta’
Focal Points
Nazzjonali dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika kif ukoll ġie stabbilit Grupp magħmul minn esperti li ġejjin minn setturi differenti sabiex tinġabar din l-informazzjoni. Isiru diversi
reklami televiżżivi li jippromwovu l-attivita’ fiżika imirata kemm għal adulti u kif ukoll għat-tfal tal-iskola, qegħdin bħalissa jintwerew matul is-sena fuq l-istazzjon nazzjonali televiżżiv Malti f’ħinijiet ta’ udjenza l-aktar qawwija. Il-kampanji edukattivi biex jippromovu l-attivita fiżika u dieta bilanċjata jkomplu mas-setturi speċifikati bħal skejjel u postijiet tax-xogħol u fil-komunita'.
Qed isiru ukoll diversi bidliet b’rizultat ta kollaborazzjoni bejn Id-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Sahha u Prevenzjoni ta’ Mard u id-Dipartment ta’l-Edukazzjoni bl-ghan li anka l-iskejjel jipprowuovu hajja aktar b’sahhitha u li tindirizza l-obesita permess ta’ attivita fizika u ghazla ta’ ikel bnin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dwan il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trends partikolari li permezz tagħhom qed tixgħel il-bozza l-ħamra fuq xi tip ta' investiment? Hemm xi investiment li huwa fil-periklu li jħalli xtutna minħabba xi raġuni partikolari? Jista' jgħid x'qed jippjana ħalli jinġibed iktar investiment ġdid lejn Malta u fl-istess ħin inżommu dak li għandna illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-riċessjoni dinjija qiegħda tinħass minn kumpaniji varji li joperaw f’Malta, l-aktar dawk li joperaw fis-setturi tal-elettronika u automotive. Pero’ dawk il-kumpaniji li jesportaw lejn l-Ingilterra wkoll qed ibatu minħabba l-valur tal-lira Ingliża.
Il-Gvern qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jgħin lil dawn il-kumpaniji f’diversi modi, kif ukoll jiddiskuti mal-kumpaniji konċernati individwalment. L-iskop tad-diskussjonijiet hu li mhux biss jiffaċċjaw din il-kriżi imma aktar u aktar biex iġibu investiment ġdid lejn Malta. Għal dan l-investiment il-ġdid, il-
Malta Enterprise
qed tgħin bl-aktar mod sostenibbli biex jinżammu u jinħolqu mpjiegi ġodda. Din hija il-prijorita’ ewlenija tal-Gvern.
Barra minn hekk, il-
Malta Enterprise
qiegħda tuża l-inċentivi preżenti biex tħajjar kumpaniji barranin ġodda jiftħu Malta kif ukoll tħajjar lil dawk li diġa joperaw f’Malta biex jespandu l-operat tagħhom. Is-setturi l-aktar promettenti huma dawk ta’ l-avjazzjoni, l-informatika, l-inġinerija u l-farmaċewtiċi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi fl-aħħar ħames snin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm ġew importati karozzi minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7147.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw armi tan-nar, fosthom snieter u armi tal-idejn, f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm ġew importati bullets, ċomb u skrataċ fl-istess perijodu? Ta' liema kalibru kienu l-bullets importati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Marzu 2009 inxtraw 18,782 arma tan-nar. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika taħt forma kompjuterizzata dwar l-importazzjoni ta' bullets, ċomb u skrataċ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux restrizzjonijiet kemm bħala kwantità kif ukoll bħala kobor fuq l-armi u l-immunizzjon li jista' jidħol fil-pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-elenku ta' dawk l-armi tan-nar u munizzjon li l-importazzjoni tagħhom f'pajjiżna hija projbita, tidher fl-Iskeda I tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Armi (Kap 480), liema kopja qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Spiżerija tal-għażla tiegħek — sistema ta' pilloli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ħalli s-sistema tal-pilloli li jinġabru mill-pażjenti direttament mill-Ispiżerija tal-Għażla tagħhom, tkompli tinfirex f'iktar postijiet ma' Malta u Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
L-onorevoli interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2532. L-eżerċizzju ta` evalwazzjoni tal-proġett pilota ġie konkluż u diġa inbeda l-proċess sabiex jiġu ndirrizzati dawk l-oqsma li jinħtieġu attenzjoni, fosthom is-sistema tal – IT. La darba din is-sistema tiġi stabbilita jkun jista jitkompla l-proċess sabiex l-Iskema tiġi mifruxa f` aktar lokalitajiet.