Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5705 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7434.
Leg 11 PQ #6703 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5705 u jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7434.

Popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħi statistika ta' kemm twieldu tfal fl-2008, fl-1998, fl-1988, fl-1978 u fl-1968? Jista jagħti l-popolazzjoni bil-gender? Jista' jgħid jekk hemmx miżuri ħalli jħajjru iktar koppji jkollhom iktar tfal fix-xhur u snin li ġejjin milli qed jkollhom illum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Nies li għandhom dimentia

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm għandna nies irrapurtati li għandhom dimentia? Kemm huwa kkalkulat li hawn każijiet b'kollox mis-soċjetà li għandhom din l-kundizzjoni? Jista' jgħid x'inhi l-politika nazzjonali tal-Gvern dwar din il-kundizzjoni? Jikkonsidra din il-kundizzjoni li hija prijorità fil-qasam mediku?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsijiet numru 6307 u 6825.
Leg 11 PQ #7451 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Patrol Boats, helicopters u ajruplani — kuntrabandu/traffikar ta' nies

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif huma protetti x-xtajta tagħna? Kemm għandna patrol boats, helicopters, ajruplani li x-xogħol tagħhom huwa speċifikament dan? Kif jassiguraw li ma jidħolx kuntrabandu/traffikar ta' nies u armi permezz tal-baħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Forzi Armati joperaw sistema għall-ħarsien tal-kosta bbażata fuq numru ta’ radar u sistemi oħra ta’sorveljanza li huma kkontrollati ċentralment mill-Operations Centre li wkoll għandha sistema wiesgħa ta’ komunikazzjoni. Barra minn hekk il-FAM tħaddem ukoll disa’ (9) patrol boats ta’ diversi daqsijiet, l-akbar fosthom hija ta’ 54 metru. Minn naħa ta’ l-ajru, hemm żewġt (2) Maritime Patrol Aircraft, tlett (3) helicopters u erba’ (4) ajruplani żgħar. Ta’ min isemmi li hemm diversi proġetti oħra ppjanati sabiex tittejjeb il-kwalità u n-numru tas-sistemi għad-dispożizzjoni tal-FAM. L-ewwel proġett, li diġà tħabbar pubblikament, hu dak tax-xiri ta’ erba’ (4) patrol boats ta’ 21 metru. Iż-żewġ proġetti l-oħra jikkonċernaw xiri ta’ sistema moderna u sigura ta’ komunikazzjoni u ajruplan ġdid għas-sorveljanza. Dawn il-proġetti se jiġu ffinanzjati mill-External Borders Fund ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti. Fil-każ tal-proġetti tal-Patrol Boats u s-sistema ta’ komunikazzjoni dawn huma mistennija li jkunu konklużi sa l-aħħar ta’ din is-sena fil-waqt li l-proġett ta’ l-ajruplan hu mistenni li jkun konkluż sa Diċembru 2010. Huwa stmat li dawn il-proġetti flimkien se jiswew ftit inqas minn 23 miljun ewro. Minbarra l-operazzjonijiet numerużi u kontinwi li tagħmel il-FAM fuq il-baħar, ikun hemm ukoll operazzjonijiet speċifiċi flimkien mal-Pulizija u d-Dwana mmirati fuq l-oqsma partikolari bħat-traffikar tad-droga u kuntrabandu.

Mosta — żona tad-dib - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm biex iż-żona tad-"dib" ġewwa l-Mosta tingħata wiċċ ġdid, liema toroq jinstabu f'istat ħażin ħafna u l-ilma tax-xita qiegħed joħloq umdità kbira fid-djar għaliex qed jinxtorob mit-toroq ħżiena li hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7453 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sejħa għal għajnuna minn dgħajjes, laneċ u opri tal-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-għajnuna minn dgħajjes, laneċ u opri tal-baħar saret fl-2008 meta dawn kienu fuq il-baħar? Kemm minn dawn is-sejħiet ingħataw l-għajnuna regolari? Biex aħna armati bħala pajjiż ħalli nagħtu din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena 2008 il-FAM irċeviet total ta’ 637 – il sejħa għall-għajnuna. Dawn kienu jkopru firxa wiesgħa ta’ każijiet minn vapuri, dgħajjes żgħar fosthom tas-sajd, baħrin mweġġgħa, immigranti irregolari jew għawwiema. Bosta minn dawn ġew riżolti mingħajr il-ħtiega li jintbgħatu mezzi tal-ajru jew tal-baħar. F’każi oħrajn ir-Rescue Coordination Centre ta’ l-FAM talbet l-intervent ta’ mezzi ta’ pajjiżi oħra jew ta’ vapuri merkantili. F’134 każ intbgħatu mezzi Maltin. Ir-Rescue Coordination Centre tal-FAM topera sistema tal-Vessel Traffic Monitoring Information System li permezz ta’ numru ta’ radar u sistemi oħra tas-sorveljanza żżomm sorveljanza fuq il-bastimenti li jbaħħru fil-viċinanzi ta’ xtutna. Huwa magħruf li f’diversi drabi l-FAM avżat vapuri biex ibiddlu r-rotta biex jevitaw perikolu li kienu dehlin fih. Il-FAM ukoll topera il-Malta Coast Radio Station li tforni informazzjoni ta’ tbassir tat-temp u nformazzjoni ta’ safety għaċ-ċentru tal-Mediterran u żżomm sorveljanza lejl u nhar fuq frekwenzi tar-radju għal sejħiet ta’ distress. Barra minn hekk il-FAM tħaddem ukoll disa’ (9) patrol boats ta’ diversi daqsijiet żewġ (2) Maritime Patrol Aircraft, tlett (3) helicopters u erba’ (4) ajruplani żgħar. Kollha jistgħu jintużaw f’salvataġġ jew tfittxija minn żmien għal żmien skond iċ-ċirkostanzi.
Leg 11 PQ #7454 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna fuq laneċ tas-sajd Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'jiġri wara li jidħol messaġġ fit-turetta li lanċa tas-sajd Maltija għandha bżonn l-għajnuna għaliex qed tiġi attakkata minn lanċa oħra mhux identifikata? Kemm jikkalkula li ddum biex tasal din l-għajnuna jekk il-lanċa Maltija tkun 40 kilometru fuq ir-riħ t'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'ċirkostanzi kif deskritti mill-Interpellant, meta tidħol sejħa għal għajnuna fl-Operations Centre tal-FAM, tittieħed azzjoni immedjata biex jintbgħatu mezzi fuq il-post indikat fl-anqas ħin possibbli. Minn naħa l-oħra jinġabru dettalji relevanti minn diversi sorsi li jkunu jistgħu jgħinu f’intervent. Dak li jissejjaħ reaction time jiddependi minn diversi fatturi, l-ewwel fosthom hu dak ta' availability. Il-FAM dejjem ikollha ta' l-anqas patrol boat waħda fuq ir-ronda mal-kosta lejl u nhar, u drabi oħra patrol boats oħra aktar il-barra. Mezzi oħra tal-baħar ikunu standby fil-bażi u jkunu jistgħu jsalpaw fi ftit ħin. Minn naħa l-oħra dejjem ikun hemm helicopter u ajruplani standby. Fatturi oħra importanti jinkludu kundizzjoni tal-baħar, fejn kienet tinsab il-patrol boat tar-ronda meta daħlet is-sejħa għall-għajnuna, jekk kinitx impenjata fuq xogħol ieħor, jekk kienx bil-lejl jew bi nhar, il-visibilità eċċ. Bosta drabi il-FAM tkun tista' tintervjeni mill-ajru ferm aktar malajr milli bil-baħar, għaliex il-helicopters u l-ajruplani huma aktar veloċi u l-kundizzjonijiet tat-temp jaffettwawhom anqas. B'hekk sakemm tasal patrol boat, aktar iva milli le jintbgħat mezz ta’ l-ajru ħalli jintervjeni jew jirraporta fuq is-sitwazzjoni attwali tal-inċident.

Droga illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga illegali matul is-sena 2008? X'kienet tikkonsisti din id-droga u minn fejn inqabdet mill-ajruport, minn fuq il-baħar jew diġà kienet daħlet f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward l-ewwel mistoqsija u l-ewwel parti tat-tieni mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5018. Ninsab infurmat illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fl-ajruport kien jikkonsisti f' 20kg 505grms kokaina, 7kg 736.3grms eroina, 9,975 pillola ecstacy u 20kg khat, filwaqt li l-kumplament tal-ammonti kienu diġa' f'Malta.

Qxur u laneċ mhux reġistrati

Question

Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdid, x'passi qed jieħu l-gvern biex jsaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn jkunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7445 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kaċċa li tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed jiġi monitered kemm tgħaddi kaċċa minn fuq Malta u Għawdex? Kif qiegħed jiġi mwettaq dan il-monitering? Kemm hemm nies li qed jieħu sehem f'dan l-eżerċizzju? Kemm ilu sejjer dan il-monitering? X'kienu r-riżultati li nstabu? Kemm ġej jiswa b'kollox? Min sejjer iħallas dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed isir studju fuq kemm ipassu summien u gamiem. Dan l-istudju qed jiġi mmexxi minn Professur Grieg intiż sewwa f’dan il-qasam. Apparti l-Professur u team tiegħu, li qed janalizza d- data miġbura, hemm 73 osservatur mqassmin ma’ Malta u Għawdex jagħmlu l-osservazzjonijiet. L-istudju ilu għaddej minn Settembru tal-2007 u mistenni li jispiċċa f’Awissu 2010. Għad ma hemmx riżultati għaliex dawn jiġu evalwati fl-aħħar ta’ l-istudju. Il-Professur li qed jagħmel dan l-istudju ser jitħallas Euro 23,000 (Lm 9,874) liema spejjeż ser jitħallsu mill-Gvern.

Kuntratti speċjali ta' carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f'Malta u Għawdex? Hemm kuntratti speċjali li dawn l-ħaddiema qed jkollhom jiffirmaw? Dawn l-kuntratti huma standard jew kull resident jista' jagħmel wieħed tailormade għalih? X'qed jsir biex ma jkunx hemm abbuż fiżiku, mentali, sesswali u ekonomiku fuq dawn l-carers?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f’Malta u Għawdex hu ta’ 205. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tassigura ruħha li l-‘ carers ’ jitħallsu aktar mill-paga minima. Skond l-Att ta’ l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali kuntratt ta’ impieg huwa ftehim li jista’ jkun kemm bil-fomm jew bil-miktub li bih persuna tintrabat li tagħmel servizz lil, jew taħdem għal, prinċipal bil-ħlas ta’ paga. Fejn il-kuntratt ma jkunx sar bil-miktub, il-prinċipal għandu jagħti dikjarazzjoni ffirmata minnhu li tkun tinkludi l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg, lill-impjegat fi żmien tminn t’ijiem ta’ xogħol mill-bidu ta’ l-impieg. F’kull każ, il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fil-liġi għandhom ikunu rispettati kemm mill-prinċipal kif ukoll mill-impjegat. Dan ifisser li kull kundizzjoni ta’ xogħol miftehma, li tkun anqas favorevoli mil-liġi ma jkunx fiha effett, u għal dik il-kundizzjoni tapplika l-kundizzjoni minima tal-liġi. Informat ukoll li minn żmien għal żmien isiru spezzjonijiet ta’ rutina f’dan is-settur mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg biex jiġi aċċertat li l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali qed ikunu osservati. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu intervistati l-impjegati u jiġu ċċekkjati wkoll il-kuntratti ta’ l-impjieg/dikjarazzjoni dwar l-impjieg biex ikun żgurat li ta’ l-anqas il-minimu tal-kundizzjonijiet tal-liġi huma applikati. Barra minn hekk, kull meta d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg jirċievi lmenti speċifiċi jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Fejn jirriżultaw nuqqasijiet, jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun żgurat li r-regolamenti tal-liġi jkunu rispettati.

Ħaddiema barranin jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Diċembru 2008? Dawn ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew minn barra l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema setturi qed jaħdmu u kemm hemm minnhom settur b'settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistka għad m’ghandux l-informazzjoni għal perjodu mitlub jiġifieri Jannar – Diċembru 2008. Din l-informazzjoni tkun tista tingħata aktar il-quddiem la tkun miġbura.

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932
Leg 11 PQ #7440 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.