Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7173 u jgħid x'hemm ippjanat biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità ħalli l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-għan tal-Gvern hu li sa fejn hu possibbli l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità fl-ambjent li jafu u viċin il-familji tagħhom. Għal dan il-għan diġa jeżistu diversi servizzi fil-komunità. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta' dawn is-servizzi.
Id-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani qed jaħdem fuq riformi fil-home help. Diġa tħejjew proposti dwar il-Home Help. Sadanittant twaqqaf grupp biex jara x'servizzi oħra huma meħtieġa biex jgħinu lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. Dan il-grupp lesta ix-xogħol tiegħu u bħalissa ir-rapport tagħhom qed jiġi studjat.
Informat ukoll li qed isir xogħol biex jinfteaħ l-ewwel night shelter fiż-Żejtun. Dan se jkun proġett pilota immirat għall-persuni li jgħixu waħedhom. Barra minn hekk, hemm għadd ta' inizjattivi oħra li qed jiġu kkunsidrati, fosthom it-twaqqif ta' Outreach team.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa kkalkulat li saru produzzjonijiet televiżivi bil-Malti matul is-sena 2008? Tista' tgħid jekk il-Gvern jagħtix għajnuna ta' inkoraġġiment lil dawk il-gruppi ta' żgħażagħ li jkunu jridu jtellgħu produzzjoni bil-Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jifformula l-Mistoqsija tiegħu f’mod aktar speċifiku biex inkun nista’ nagħti t-tweġiba li jixtieq.
Jaf il-Ministru li koppji li ngħataw plot xi 10, 15 jew 20 sena ilu u kienu għadhom fuq konvenju, issa qed jintbagħat għalihom biex jagħmlu l-kuntratt, liema kuntratt qed jiġi jiswa 'l fuq minn €2800, liema somma hija kbira biex titħallas kollha f'daqqa? Għalhekk jista' l-Ministru joħloq skema ġdida biex dawn in-nies involuti jkunu jistgħu jħallsu din is-somma fuq medda ta' snin u mhux kif isir il-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill Onor. Interpellant illi l-ispejjeż għall-iffirmar tal-kuntratti ta’ bejgħ ta’ appartamenti jew għall-kuntratti ta’ enfitewsi ta’ plots, ma’ jiġux stabbiliti mill-Awtorita’ tad-Djar. Il-benefiċċjarji jiġu mitluba minn nutar privat tagħhom biex iħallsu d-dritt tal-boll, ta’ l-insinwa, u ta’ spejjeż professjonali ta’ l-istess nutar.
Għadira — Permessi meħtieġa biex trakk ikun jista' jbiegħ xi prodotti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' permess għandu t-trakk kbir li qiegħed jarma fil-bajja ta' l-Għadira, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jarma bil-ġelat, bil-ħalib, bl-alkoħol, birra, sigaretti, hot snacks, eċċ.? Kemm iħallas għal dan il-permess? Il-permessi sanitarji huma up to standard? Jekk jista' jarma, meta ħariġlu l-permess? Hemm spazju għal iktar permessi bħal dawn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6825, jista' l-Ministru jgħid it-time frame li beħsiebu jieħu l-proċess imsemmi, hux sitt xhur, sena oħra jew ftit ġimgħat?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-posta li tidħol fil-pajjiż minn barra minn Malta tiġix iċċekjata qabel titqassam lir-residenti Maltin? Minn liema tip ta' skrutinju tgħaddi l-posta li tiġi minn barra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fasslet standards minimi dwar il-ħarsien ta’ l-integrita' tal-posta (“Minimum standards for Protecting the Integrity of Mail”), li allura jinkludu wkoll il-proċeduri marbuta mas-sigurta tal-posta qabel ma jsir id-distribuzzjoni.
Apparti dan, l-Att dwar is-Servizzi Postali jistipula numru ta’ oġġetti postali (postal article) li ma jistgħux jinġarru bil-posta. Ksur ta’ dawn id-dispozizzjonijiet hu meqjus bħala reat.
L-istess liġi tipprovdi li oġġetti postali fejn allura hemm suspett li hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi jista’ jinżamm u f’każijiet estremi anke jinqered bl-approvazzjoni ta’ l-Awtorita. L-Att dwar is-Servizzi Postali jistipula wkoll il-fakolta li ufficjal tad-Dwana fil-preżenza ta’ ufficjal ta’ l-operatur postali konċernata, jista’ jiftaħ oġġett postali, minbarra ittri, li jaslu minn barra minn Malta sabiex jiġu esegwiti d-dispożizjonijiet ta kull liġi dwar id-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata tiġieġ ġiet prodotta f'Malta matul is-sena 2008? Kemm-il tunnellata tiġieġ ġiet importata matul is-sena 2008? Jista' jgħid kemm-il tunnellata ta' laħam ieħor ta' tjur ġiet importata matul l-istess sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2008 ġew maqtula f’Malta 6975.235 tunnellati f’piż ħaj ta’ tiġieġ. Rigward iż-żewġ mistoqsijiet l-oħra, nitlob l-Onor Membru biex jagħmilhom lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm produtturi tal-majjal f'Malta? Kemm-il tunnellata ta' laħam tiġi maqtula mill-Biċċerija f'Malta kull ġimgħa? Jista' jgħid kemm-il tunnellata laħam tiġi mportata? Kemm-il tunnellata laħam ġiet importata matul is-sena 2008? Jista' jgħid x'tip ta' laħam ġie mportat matul l-istess sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru tal-produtturi tal-majjal f’Malta hu 158 u f’Għawdex 16.
L-ammont ta’ tunnellati ta’ majjal maqtul fl-2009 ġimgħa b’ġimgħa hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-aħħar żewġ domandi nitlob l-Onor Membru biex jagħmilhom lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paule — Karozza tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma frekwenti l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Dawn il-karozzi tal-linja jkunu low floor jew normali? Dawn ikunu aċċessibbli biex anzjani li jkollhom problemi ta' mobilità jkunu jistgħu jaċċessawhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reverse osmoses li hemm fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwiex qed jaħdem jew le? Jekk le, kemm ilu bil-ħsara? Meta hemm il-ħsieb li jissewwa? Kemm hi l-istima tat-tiswija? Għaliex jintuża dan l-impjant?
Response (DALLI, JOHN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Impjant tar-Reverse Osmoses li hemm fil-Blokk Padre Pio.
Ninsab informat li f'dan l-impjant żviluppaw ħsarat lejn nofs Diċembru 2008 u peress li dawn il-ħsarat baqgħu jiżviluppaw ta' spiss, inħasset il-ħtieġa li jsir stħarriġ fuq is-sistema mill-Water Research Technology. Minn dan l-istħarriġ irriżulta li kien hemm problema fil-membrane tas-sistema u għaldaqstant kellhom isiru testijiet fuq il-kwalita' ta' l-ilma. Dawn it-testijiet ma kienux konklussivi u fl-14 ta' Jannar 2009 saru iżjed testijiet fuq kampjuni ta' l-ilma.
Informat ukoll li fil-21 ta' Jannar, FM Environmental ħarġu stima biex isiru t-tiswijiet meħtieġa. Huwa maħsub li dawn it-tiswijiet jitlestew fi ftit ġranet oħra. L-istima tax-xogħolijiet hija €1,176.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-full complement tal-istaff tar-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm se jkollu bżonn iktar staff minħabba s-swali l-ġodda li se jiftaħ dalwaqt? X'tip ta' professjonijiet se jkollu bżonn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-full complement tal-istaff tar-Residenza San Vincenz de Paule huwa 926. Meta jiftħu s-swali l-ġodda ser ikun hemm bżonn 82 impjegati addizzjonali. Dawn huma Nurses, Carers u Cleaners.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur tal-biċċerija huwiex jaħdem jew le? Jekk le, x'qiegħed isir mill-biċċiet tal-annimali li s-soltu jinħarqu? Teżisti superviżjoni sabiex jaraw li dan ix-xogħol qiegħed isir? Min huwa responsabbli li dawn il-fdalijiet jiġu distrutti kif titlob il-proċedura? Meta jaħseb li dan l-inċeneratur se jibda jaħdem? Kemm hu stmat li se tiswa t-tiswija tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-inċineratur issa qiegħed jaħdem. L-informazzjoni dwar l-ispiża għadha qed tinġabar.
Rigward id-domandi l-oħra nirreferi lill-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 8011.
Awtorità dwar it-Trasport — rapport fuq toroq sekondarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport hijiex responsabbli mis-sigurtà u t-tiswijiet tat-toroq prinċipali biss, jew jekk hijiex responsabbli mis-sigurtà u t-tiswijiet tat-toroq sekondarji wkoll? Jekk iva, jista' jagħti l-aħħar rapport li għamlet l-awtorità dwar il-kundizzjoni li jinsabu fiha t-toroq sekondarji f'Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-trasport hija responsabbli milt-tiswijiet tat-toroq arterjali u distributorji kif indikati fil-Pjan ta’ struttura tal-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar. Ir-responsabbilta’ tat-toroq sekondarji hi delegata lill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-VRT tal-karozzi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm l-Onor Interpellant ma jagħtiniex raġuni valida għalfejn għandha tinġabar din l-informazzjoni ma narax li għandi nordna li jinġabru ċertifikati tal-VRT tal-karozzi ta' l-entitajiet kollha fir-responsabbilita tiegħi. Tali ordni tkun ħela ta riżorsi.
kuntratt għal min għandu art mogħtija mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-affarijiet sabiex residenti/sidien li jgħixu ġo djar li bnew fuq art mogħtija lilhom fi żmenijiet fejn kellna gvernijiet differenti, imma għadhom fuq konvenju, sejrin jiġu regolarizzati u jsiru il-kuntratti neċessarji? Nfakkar li esponenti tal-gvern preżenti tliet snin ilu kienu qalu li fi żmien sena kellhom jibdew jsiru dawn il-kuntratti u nies li kienu fuq konvenju kellhom jiġu regolarizzati? Jista' jgħid kemm hawn żoni f'Malta u f'Għawdex li fil-fatt qegħdin bil-konvenju u li qed jistennew li jsir il-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-Awtorita’ tad-Djar ma jkollhiex informazzjoni dwar meta l-art li fuqha mibnija dawn ir-residenzi ser tgħaddi f’idejn l-Awtorita’ sabiex ikun jista’ jsir il-kuntratt. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Informat ukoll li 50 lokalita f’Malta u f’Għawdex li qegħdin b’Konvenju u jrid isir il-kuntratt.
Għajnuna biex żgħażagħ joħorġu mill-problema tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ u persuni oħrajn talbu l-għajnuna biex jkunu jistgħu joħorġu mill-problema tad-droga matul is-sena 2008? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ bdew kors ta' riabilitazzjoni matul l-istess sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-2008 kien hemm 386 persuna li ġew referuti lid-Drugs Community Team u lit-Teen Support Services. Minn dawn 34 bdew il-kors ta' riabilitazzjoni matul l-istess sena. Madanakollu huwa tajjeb li wieħed jinnota li mit-386 klijent jista jkun hemm klijenti minnhom li jkunu bdew il-kors ta’riabilitazzjoni m’Aġenziji oħra eż. mal-Caritas jew l-OASI
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett li kien qiegħed jsir fuq għasafar tal-għana li jpassu minn fuq Malta u Għawdex u t-tkattir tagħhom għadux għaddej? X'kienu r-riżultati miksuba mill-istess studju s'issa? X'inhuma l-konklużjonijiet li waslu għalihom s'issa? Kif beħsiebu jiżviluppa dan l-istudju? Kemm ġie jiswa dan il-proġett s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu l-proġett ta’ tkattir tal-għasafar tal-għana. Dan il-proġett ilu sejjer għal dawn l-aħħar erba’ snin ġewwa l-Għammieri. Is-sena l-oħra, dan il-proġett beda wkoll f’Għawdex.
Bħala riżultati ta’ tkattir tal-għasafar, nista’ ngħid li l-proġett rnexxielu jkattar mis-sitt speċi ta’ għasafar tal-għana mis-seba’ tipi t’għasafar li qed inrabbu ġewwa l-Għammieri.
Jidher ukoll li l-proġett qed iservi biex iżid interess fost in-nies rigward it-tkattir u trobbija tal-għasafar.
Il-proġett sa issa ġie jiswa’ Euro 41,500 li jkopri bini ta’ guvi fuq żewġ siti waħda Malta u waħda Għawdex, xiri ta’ l-għasafar u żriegħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar qliegħ minn fuq id-diesel/petrol/pitlorju, dawl u ilma matul x-xhur:
a) Settembru 2008?
b) Ottubru 2008?
ċ) Novembru 2008?
d) Diċembru 2008?
e) Jannar 2009?
f) Frar 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega xi prospetti għandhom l-assistant care workers fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaqgħu f'dan il-grad? Xi scale jinsabu fih? Dawn jistgħu jsiru care workers? Jekk iva, x'korsijiet iridu jagħmlu? Dan il-kors huwa aċċessibbli għal kull assistant care worker? Kull meta jsir u kemm ilu ma jsir? Hemm il-ħsieb li jerga' jsir dalwaqt ? Jista' jgħid ukoll jekk dawn l-istess ħaddiema jistgħux isiru health assistants u allura jsiru scale 14 bħall-bqija tal-health assistants? Hemm job description li jifred ix-xogħol ta' health assistants minn dak ta' assistant care workers?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-iSptar Mater Dei hemm sitt (6) Assistant Care Workers: ħamsa (5) minnhom jinsabu fi skala 16 u wieħed (1) fi skala 17.
Wieħed jista’ isir care worker skont kif elenkat fil-
Classification, Regrading and Assimilation of the Social Work Class – Social Work Support Service,
iffirmat f’Lulju 1995 bejn il-gvern u l-Unions (GWU u UHM), jiġifieri jew permezz ta’ sejħa pubblika għal dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni ta’ GCE/SEC, jew li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja, jew li għandhom Journeyman’s Certificate jew kwalifika ta’ sengħa relata.
Informat ukoll li s-sejħa għal Health Assistants hija miftuħa għal dawk il-Hospital Auxiliaries li jkunu ilhom ħmistax (15) – il sena fis-servizz u jkunu għamlu kors qasir.
Iva, hemm
job descriptions
għall-Health Assistants u għall-Assistant Care Workers.